Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq tal-Baħrija — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol li qed isir fuq it-triq tal-Baħrija?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ġurnalisti – xogħol fil-ġurnata libera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurnalisti li fil-ġurnata libera tagħhom matul il-ġimgħa jidħlu jagħmlu xogħol ieħor? X’xogħol qed jagħmlu? Kemm qed jitħallsu żejjed u b’liema rata qed jitħallsu dawn il-persuni? Kif jintgħażlu? Meta ħarġet is-sejħa fost il-ħaddiema? Kemm ħaddiema rrispondew u urew interess għal din is-sejħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 8 ġurnalisti li jagħmlu xogħol fuq bażi kontributorja fil-ġurnata. Ix-xogħol li jagħmlu flimkien mar-rata applikabli huma indikati hawn taħt: Ammont ta’ Ġurnalisti Xogħol li jsir Rata ta’ pagament 1 Qari ta’ Aħbarijiet u assistent tal-produzzjoni f’TVAM €68 u €40 kull darba 1 Assistent tal-Produzzjoni f’TVAM €40 kull darba 1 Preżentazzjoni ta’ Ħadt l-aħbar €50 fil-gimgha 1 Qari tal-Aħbarijiet €68 kull darba 1 Qari tal-Aħbarijiet €60 kull darba 1 Assistent tal-Produzzjoni f’Dissett €200 kull programm 1 Produzzjoni u Preżentazzjoni tal-Programm Dissett €300 kull programm 1 Arkivar Rata ta’ €8 kull siegħa b’massimu ta’ 12-il siegħa fil-ġimgħa L-għażla ssir skont il-ħtiġijiet tal-kumpanija u d-disponibbilta’ tagħhom.

PBS – persuni fuq position of trust jew contract for service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm persuni mal-Public Broadcasting Services li ġew ingaġġati fuq bażi ta’ position of trust jew contract of service u contract for service? X’pakkett finanzjarju, inkluż perkaċċi, għandhom dawn l-individwi? X’funzjoni qed jaqdu dawn l-individwi? Jista’ jgħid kemm minn dawn se jingħataw impjieg permanenti fil-PBS fix-xhur u s-snin li ġejjin?

Response (BONNICI, OWEN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba kienet ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari precedenti 13423. Ta’ min iżid ukoll li fil-PBS m’hemm ħadd ingaġġat fuq bażi ta’ position of trust. Nixtieq ninfurmak li l-applikazzjonijiet kollha għal pożizzjonijiet permanenti fil-PBS jkunu ppubblikati skont il-proċeduri normali u għaldaqstant kulħadd jkollu ċans japplika għall-pożizzjonijiet mħabbra.

PBS — konsulenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13425 jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ konsulenti li ġew impjegati mal-Public Broadcasting Services mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed u waħda minnhom? Kemm-il siegħa jaħdmu? X’inhi r-rata ta’ ħlas għal kull siegħa? F’kull każ x’perkaċċi oħra jingħataw? Jista’ jgħid jekk dawn humiex parti mit-total ta’ 115-il ħaddiem imsemmija f’mistoqsija parlamentari 13423?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li ma ġie ingaġġat l-ebda konsulent mal-PBS.

PBS – impjegati – pagi, benefiċċji u perkaċċi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13426, jista’ l-Ministru jagħti l-pagi, il-benefiċċji u l-perkaċċi tal-iskali u l-gradi tal-impjegati kollha li jaħdmu fil-Public Broadcasting Services skont kif speċifikat fil-ftehim kollettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spejgat fir-risposta nru. 13426, is-salarji tal-ħaddiema tal-PBS huma regolati mill-Ftehim Kollettiv u ma jinkludu ebda perkaċċi li huma koperti bil-Ftehim Kollettiv. Bla ħsara għall-dan ħaddiema fil-gradi ta’ Coordinators u Ġurnalisti jingħataw mobile allowance.

PBS – postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema vacancies se jimtlew fix-xhur li ġejjin fil-Public Broadcasting Services?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS timxi mal-proċeduri stabbiliti sabiex jimtlew l-postijiet vakanti fi ħdan il-Kumpanija u għaldaqstant meta tinħoloq vacancy, toħroġ l-avviżi neċessarji.

PBS – rappurtaġġ fl-aħbarijiet ta’ TVM

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14090 u jgħid kemm-il darba sar rappurtaġġ ta’ kelliema tal-Gvern u kemm-il darba sar rappurtaġġ ta’ kelliema tal-Oppożizzjoni waqt l-aħbarijiet ta’ TVM, xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif mitlub qed jingħata fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fuq l-istess medda ta’ xhur, bejn Jannar 2011 u Marzu 2013 kien hemm 2498 bejn SOTs ( Sounds on Tape) u coverages għan-naħa tal-Gvern u 747 bejn SOTs u coverages għan-naha tal-Oppozizzjoni. Il-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS tagħmel l-għazliet tagħha dwar fejn jintalbu SOTs u dwar fejn isiru c overages fuq il-bażi ta’ dak li jkun ta’ news value
Leg 12 PQ #16540 Sitting 270 2015-06-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

LSAs u għalliema – trasferimenti bejn skejjel tal-Istat u dawk tal-Knisja jew indipendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ċaqliq ta’ learning support assistants u għalliema li jixtiequ jimxu minn skola tal-Istat għal skola tal-Knisja jew indipendenti u vici versa hux se jkun possibbli mis-sena skolastika li jmiss?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet bejn il-partijiet involuti. Verbalment intlaħaq qbil ta' kif għandu jitħaddem dan il-provediment, iżda għadni m'iniex f'pożizzjoni li ngħid jekk din is-sistema tidħolx fis-seħħ mis-sena skolastika li jmiss.
Leg 12 PQ #16541 Sitting 270 2015-06-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għat-Turiżmu

Titjiriet issussidjati tal-Air Malta –referendum u elezzjonijiet lokali 2015

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li gawdew mit-titjiriet issussidjati tal-Air Malta biex ġew Malta ħalli jivvutaw fir-referendum u l-elezzjonijiet lokali tal-11 t'April 2015? Kemm minn dawn il-passiġġieri kienu eletturi u kemm minnhom kienu dipendenti, mhux eletturi? Minn liema ajruporti taru lejn Malta? X'kienet is-somma globali li tħallset bħala sussidju?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru totali ta’ passiġġieri li vvjaġġaw lejn Malta għar-Referendum 2015 kien biss ta’ 1,723. Votanti għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma kinux eliġibbli għal titjiriet bi prezz speċjali. Mill-passiġġieri li ġew fuq dawn it-titjiriet, 1,346 kienu votanti eliġibbli u 377 oħra dipendenti tagħhom (mhux eletturi). L-ajruporti li minnhom taru dawn il-passiġġieri huma l-ajruporti li minnhom l-Air Malta għandha scheduled flights. Il-prezz totali u kummerċjali mħallas għal dawn il-biljetti kien jammonta għal €1,349,538.43, liema somma madankollu tinkludi l-ispejjeż kollha involuti. Ir-rati tal-biljetti kienu jvarjaw abbażi tar-rotta u d-disponibbilità fuq l-ajruplan.
Leg 12 PQ #16542 Sitting 270 2015-06-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Votanti li vvutaw ġimgħa qabel l-elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm votanti, distrett b'distrett, ivvutaw ġimgħa qabel il-ġurnata proprja tal-votazzjoni skont l-art. 77(3A) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali fl-elezzjoni ġenerali tal-2013, l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew tal-2014 u r-referendum t'April li għadda? Jista' jgħid kemm votanti, lokalità b'lokalità, ivvutaw ġimgħa qabel fl-elezzjonijiet lokali t'April li għadda skont l-istess parti tal-liġi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Anness hawn it-tagħrif mitlub: ADVANCED VOTING Districts General Elections 2013 MEPs 2014 Referendum 2015 District 1 125 95 79 District 2 113 92 42 District 3 167 92 60 District 4 131 60 48 District 5 138 73 70 District 6 117 80 47 District 7 174 89 65 District 8 208 122 99 District 9 238 178 152 District 10 222 172 126 District 11 226 129 200 District 12 253 173 124 District 13 116 93 123 TOTALS 2228 1448 1235 Advanced voters Localities Local Council Elections 2015 il-Birgu 9 l-Isla 10 Ħal Qormi 24 Ħa¿-¯ebbuġ (M) 27 is-Siġġiewi 15 Ħ'Attard 89 Ħal Balzan 28 Bir¿ebbuġa 19 Ħad-Dingli 10 Floriana 7 il-G¿ira 14 Għajnsielem 13 Ħal Għargħur 18 il-Ħamrun 35 L-Iklin 22 Ta' Kerċem 8 Ħal Kirkop 3 Ħal Luqa 8 il-Marsa 11 Marsaxlokk 6 il-Mosta 79 il-Munxar 15 in-Nadur 21 Paola 20 il-Qala 14 Ħal Safi 9 San Ġiljan 51 San Lawrenz 3 San Pawl il-Baħar 50 Santa Luċija 5 is-Swieqi 58 ix-Xagħra 24 i¿-¯ebbuġ (Għ) 9 i¿-¯urrieq 19 TOTAL 753

programm TVAM- telespettaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jarawh nies il-programm TVAM fuq TVM? Kemm żied jew naqqas telespettaturi fl-aħħar xhur dan il-programm? Għaliex seħħ dan it-tibdil fl-udjenza?

Response (BONNICI, OWEN)

Skont l-istħarriġ tal-Awtorita’ tax-Xandir, matul ix-xhur ta’ Frar 2014, Ottubru 2014 u Frar 2015, il-medja tal-udjenza tal-programm TVAM li jiġi trasmess fuq TVM bejn is-0700hrs u t-0830hrs, baqa’ prattikament l-istess f’din l-aħħar sena, iżda ta’ min jgħid li ġiet reġistrata żjieda żgħira meta kkumparat ma’ l-ewwel kwart tal-iskeda kurrenti. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-programm hu wkoll mxandar fuq ir-radju. Madanakollu ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hi pubblika. It-Tnejn It-Tlieta L-Erbgħa Il-Ħamis Il-Ġimgħa Udjenza Medja ta' Kuljum Frar 2014 2,000 3,000 2,000 2,000 3,000 2,400 Ottubru 2014 Not Available 3,684 1,423 6,050 Not Available 2,231 Frar 2015 3,400 1,945 2,166 4,680 Not Available 2,438

programm TVAM – spiża tal-produzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiswa l-produzzjoni tal-programm TVAM fuq TVM? Kif inhi mqassma n-nefqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummercjali.

programm TVAM – ħlasijiet u benefiċċji lill-preżentatriċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas u x’benefiċċji aktar mill-paga normali tingħata l-preżentatriċi li tipproduċi l-programm TVAM fuq l-istazzjon nazzjonali? Jista’ jgħid x’inhuma l-benefiċċji li tingħata l-preżentatriċi għal kull programm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-preżentatriċi li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant li l-preżentatriċi qed titħallas l-istess ammont li kienu jitħallsu ż-żewġ preżentaturi qabel.

Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa – bini ta’ culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema toroq ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa se jkunu qed jinbnew culverts biex jilqgħu l-ilma tax-xita? Meta se jibda x-xogħol fuq dawn il-culverts?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li se jinbnew culverts għall-ilma tax-xita fi Triq San Ġwakkin, Triq il-Belt Valletta, Triq il-Blata, Triq il-Bard, Triq il-Ħammieri u Triq il-Mitħna f’Ħal Qormi. Filwaqt li se ssir tiswija ta’ culvert fi Triq Wied in-Noqor f’Ħal Luqa.
Leg 12 PQ #15411 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kunsill Malti għall-Isport – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ġie impjegat mal-Kunsill Malti għall-Isport u meta saret is-sejħa pubblika għall-ingaġġ? Fuq liema bażi ġie ngaġġat dan l-individwu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant ġie ngaġġat fuq bażi ta' person of trust u beda fi Frar 2014.
Leg 12 PQ #15412 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kunsill Malti għall-Isport – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-grad u kemm hi l-paga u l-pakkett sħiħ ta’ perkaċċi fis-sena tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-orarju tax-xogħol marbut mal-kariga u allura kemm kien l-ammont ta’ sigħat f’overtime fix-xahar u l-ammont fix-xahar li tħallas l-istess individwu kemm ilu impjegat mal-Kunsill Malti għall-Isport sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-paga tal-individwu indikat mill-Onor. Interpellant hija ta’ €12,755 fis-sena u tirċievi wkoll il-Bonus ta’ Ġunju u Diċembru u l-Income Supplement ta’ Marzu u Settembru. L-orarju tax xogħol marbut mal-kariga huma 40 siegħa fil-ġimgħa flessibli skont l-esiġenzi tax-xogħol. L- overtime mħallas lil din il-persuna huwa kif ġej: Xahar Sigħat Overtime Ammont April 2014 8 73.60 Mejju 2014 38 349.60 Ġunju 2014 18 165.60 Settembru 2014 18 165.60
Leg 12 PQ #15413 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kunsill Malti għall-Isport – xogħol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn jirrapporta għax-xogħol l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-ġranet u l-ħinijiet meta ċ-Chairman ma jkunx qiegħed fuq impenji tal-Kunsill Malti għall-Isport jew imsiefer? X’tip ta’ xogħol jagħmel f’dawn il-ġranet u min jikkonferma l-attendenza tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant taħdem 40 siegħa fil-ġimgħa li jiġu mqassma skont l-esiġenzi tax-xogħol. Ix-xogħol tiegħu huwa relatat max-xogħol taċ-Ċermen u l-Bord tad-Diretturi tal-KMS. Sal-lum il-prassi kienet li meta ċ-Ċermen ikun imsiefer dan l-individwu joħroġ bil-leave. Iċ-Ċermen jivverifika l-ħinijiet tax-xogħol u wara jibgħat l-attendenzi lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani.
Leg 12 PQ #15414 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Chairpersons — xufiera

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li ċ-chairpersons tagħhom għandhom xufier assenjat magħhom? Kemm minn dawn huma chairmen mhux eżekuttivi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onor Interpellant li c-chairperson tal-IPSL, ma għandux xufier assenjat miegħu.

Liċenzja ta’ parker

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu liċenzja li jopera bħala parker? Jekk fl-affermattiv, fejn hu l-parking li din il-persuna tieħu ħsieb u f’liema ġranet u minn x’ħin sa x’ħin dan l-individwu mistenni jkun fil-parking indikat? Dan l-individwu jirċievi remunerazzjoni għal dan ix-xogħol u jekk fl-affermattiv kemm?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi fid-dettalji li ngħataw separatament mill-Onorevoli Interpellant, in-numru tal-karta tal-identità ma jirreferix għall-individwu ndikat.

Ħal Qormi — Triq Ġorġ Mifsud Chircop - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbena u tingħata t-tarmak fi Triq Ġorġ Mifsud Chircop f'Ħal Qormi? Jista' jgħid jekk sakem jibda jingħata x-xogħol tat-tarmak huwiex u kif se jindirizza l-preokkupazzjonijiet tar-residenti tat-triq dwar aċċess perikoluż u nuqqas ta’ servizzi għall-familji?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tevalwa s-sitwazzjoni ta’ din it-Triq li għadha qed tiġi żviluppata.