B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16583, jista’ l-Prim Ministru jgħid it-62 talba li daħlu lill-Gvern taħt il-Freedom of Information Act, dwar xiex kienu u minn min saru waħda waħda? Jista’ jagħti r-raġuni għat-18-il talba minnhom li ġew miċħuda waħda waħda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dawn it-62 talba , 19 saru mill-mezzi tax-xandir u 43 saru minn ċittadini privati.
Dawn huma l-mezzi tax-xandir li għamlu it-talbiet:
Standard Publications Ltd
Times of Malta
Media Today Co Ltd
Malta Today
Union Press
Għar-rigward tad-dettalji dwar ċittadini privati, dawn ma jistgħux jingħataw għar-ragunijiet ta’ data protection .
Rigward ir-raġuni għat-18-il talba minnhom li ġew miċħuda, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ghall-Mistoqsija Parlamentari nru 16583.
Residenza San Vinċenz de Paul – rapporti ta’ każi ta’ frodi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14971 u jgħid jekk minn Marzu 2013 ‘il hawn kienx hemm rappurtati każi ta’ frodi fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm-il każ kien hemm? Kemm-il persuna kienet involuta? Xi gradi u rwoli qed jaqdu dawn il-persuni? X’tip ta’ investigazzjonijiet saru? X’irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 lil hawn kienu rappurtati tmien (8) każijiet ta’ frodi li kienu jinvolvu tmien (8) persuni fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Il-gradi, it-tip ta’ investigazzjonijiet li saru, u xi rriżulta mill-investigazzjonijiet qed jiġu indikati fit-tabella t’hawn taħt:
Gradi u Rwoli
Il-Każ ikkonċernat kien jikkonċerna ksur ta’ Regolament Numru (X)
X’Azzjonijiet ittieħdu minn dak li Irrizulta mill-Investigazzjonijiet li Saru
Pharmacist
Regulament numru 19
(Twissija rigward “minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”).
Mill-investigazzjoni li saret, ħareġ li it-twissija għandha tinbidel f’waħda verbali.
Senior Staff Grade
(Medical Class)
Regulament numru 19
(Twissija rigward “minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”).
Mill-investigazzjoni li saret, ħareġ li it-twissija għandha tinbidel f’waħda verbali.
Senior Clerk (Gardening Section Role)
Regulament numru 20
(F’ka¿ ta’ criminal offence, tinħareġ charge letter)
Sospensjoni ta’ tlett (3) ijiem
Health Assistant
Regulament numru 18
(Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”)
Admonishment
Social Assistant
Regulament numru 18
(Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”).
Admonishment
Senior Tradesman
Regulament numru 18
(Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”)
Admonishment +Tnaqqis fil-paga
Health Assistant
Regulament numru 18
(Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”)
Mill-investigazzjonijiet li saru, irri¿ulta li dan il-ka¿ partikolari ma kienx ka¿ ta’ frodi.
Supervisor
Regulament numru 18
(Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”)
Admonishment + Tnaqqis fil-paga
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux indikazzjonijiet ta’ kemm tnaqqas il-faqar sa issa b’effett tal-istrateġija kontra l-faqar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif l-Politika Strateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali ġiet mnehdija f’Diċembru 2014, għadu kmieni wisq biex wieħed janalizza x’effett din kellha fuq il-faqar u l-esklużjoni soċjali f’pajjiżna. Biex nagħti eżempju lill-Onor Interpellant, meta illum ninsabu fl-2015, l-istatistika li tħabbret riċentament dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali tirreferi għall-2013, u hija bbażata fuq id-data tal-2012. Jiġifieri l-effett ta’ kwalunkwe miżuri li qed jittieħdu bħalissa, f’termini statistiċi mhux se jkun magħruf qabel l-2018.
Ta’ min wieħed isemmi illi l-Politika Strateġika fiha 94 azzjoni li jridu jiġu implimentati sal-2024. Madanakollu, diġa’qed tittieħed azzjoni fuq diversi miżuri; ewlenin fosthom il-miżuri mħabbra fl-aħħar Baġit, li huma intiżi li jgħinu lil dawk il-persuni li huma l-aktar vulnerabbli jew fil-bżonn fis-soċjetà. Uħud minn dawn il-miżuri li ġew implimentati riċentament taħt din il-leġislatura u li huma lkoll miżuri kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali huma dawn li ġejjin:
- Ftuħ ta’
Childcare Centres
b’xejn;
- Inċentivi fiskali li jippromovu x-xogħol;
- Tnaqqis fit-Taxxa tad-Dħul;
- Il-Garanzija taż-Żgħażagħ,
- Kumpens għal kontribuzzjonijiet imħallsa lil min sal-aħħar tal-2014 ma kellux bolol biżżejjed biex seta’ jikkwalifika għal pensjoni minima nazzjonali; jew biex itejjeb il-pensjoni;
- Tneħħija ta’ anomaliji fil-pensjonijiet;
- Tnehdija fil-jiem li ġejjin għal riforma fil-pensjonijiet.
ĦAL QORMI – TRIQ ĠORĠ MIFSUD CHIRCOP – GĦOTI TA’ TARMAK
Question
B’ referenza għall-mistqosija parlamentari 15553, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-evalwazzjoni biex tinbena u tingħata t-tarmak Triq Ġorġ Mifsud Chircop f'Ħal Qormi? Jista' l-Ministru jgħid jekk sakemm jibda jingħata x-xogħol tat-tarmak ġewx indirizzati l-preokkupazzjonijiet tar-residenti tat-triq dwar aċċess perikoluż u nuqqas ta’ servizzi għall-familji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-policy eżistenti, normalment jibda x-xogħol fuq triq meta l-iżviluppaturi/residenti jkunu ffurmaw t-triq skont l-obligi tagħhom u l-iżvilupp tagħha jkun iżjed jew qrib is-70%. Għaldaqstant, din it-triq fil-preżent mhix eliġibbli biex tiġi nkluża fil-programm ta’ toroq residenzjali ta’ Transport Malta. Rigward servizzi, infurmat ukoll li dawn jiġu mgħoddija qabel l-intervent ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq se jiġu mibnija jew mogħtija t-tarmak f’Ħal Qormi? Meta se jibdew u meta se jitlestew? Kemm hi stmata li tkun l-ispiża?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Qormi se jiġu asfaltati t-toroq rurali ta’ Triq Għar Ram u Triq it-Tiġieġ permezz tal-programm kurrenti ta’ xogħol fuq toroq rurali.
Dan barra interventi fuq toroq arterjali u distributorji skont l-esiġenzi u prioritajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern bediex jikkonsidra passi kif se jtaffi t-traffiku esaġerat li qed jgħaddi ta’ kuljum minn Triq l-Imdina, Ħal Qormi li hi triq arterjali li suppost tieħu t-traffiku li ġej min-naħa tar-Rabat u Ħaż-Żebbuġ għal Belt, u li minħabba staġnar qawwi, volum konsiderevoli ta’ traffiku qed jagħżel li jgħaddi minn toroq residenjali f’Ħal Qormi, anke minħabba d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħlaq parti minn Triq l-Imdina (ħdejn l-Imgħallaq)?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10885.
Jista’ l-Ministru jgħid hux jistudja serjament xi pjan biex jibni toroq/bypass li jiddevjaw it-traffiku minn toroq residenzjali f’Ħal Qormi u li tibgħat it-traffiku direttament minn Triq l-Imdina għal toroq/bypass oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent Transport Malta għaddejja bi studju estensiv fejn qed tħejji l-ewwel Transport Master Plan għall-gżejjer Maltin fejn se jkun hemm pjan ħolistiku sabiex fosthom jiġu ndirizzati problemi t’immaniġġar tat-traffiku fuq livell nazzjonali. Għaldaqstant, kull proġett ġdid li jinvolvi bini ta’ toroq u infrastruttura se jiġi kkunsidrat fl-isfond ta’ dan il-pjan.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15480 jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew jinbnew il-culverts għall-ilma tax-xita fi Triq San Ġwakkin, Triq il-Belt Valletta, Triq il-Blata, Triq il-Bard, triq il-Ħammieri u Triq il-Mitħna f’Ħal Qormi? Jista’ jgħidilna meta huwa ppjanat li jitlestew? Jista’ jgħidilna kemm huwa smat li se jiswew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-culverts ta’ storm water fit- triqat msemmijja hu mistenni li jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħol hu mistenni li jieħu bejn 18 u 20 ġimgħa biex jitlesta kollu.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6771, 8833, 9201, 10890 u 10891 biex jiġi kkumplimentat il-proġett ta’ kontra l-ilma tal-għargħar li sar fil-wied f’Ħal Qormi b’fondi tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ tisbieħ fil-madwar tal-wied u biex jinbena mill-ġdid iċ-ċint ta’ madwar il-wied b’mod partikolari minn Triq il-Mitħna sa Triq Correa u anke n-naħa ta’ Triq Pawlu Farrugia?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin se toħroġ sejħa għall-offerti biex isiru xogħlijiet fuq il-ħitan ta’ madwar il-wied minn Triq il-Mitħna sa’ Triq Correa u Triq Pawlu Farrugia.
B’referenza għall-mistosija parlamentari 12648, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn single parents jieħdu benefiċċji soċjali fl-aħħar tas-sena 2014 u kemm naqsu llum wara l-miżuri mħabbra fil-baġit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2014 kien hawn 5,555 single parents jieħdu l-benefiċċji soċjali.
Fl-aħħar ta’ April 2015 l-ammont niżel għal 5,184.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsja parlamentari 12650 u jgħid x’tip ta’ benefiċċji soċjali huma intitolati għalihom is-single parents?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-single parents jistgħu jkunu ntitolati għal Għajnuna Soċjali għal Single Mother, Għajnuna Soċjali tal-Qagħad jew ukoll għat-tapering tal-Għajnuna Soċjali li jkunu qed jirċievu jekk jibdew jaħdmu, apparti childcare b’xejn u child supplement skont means testing.
Jistgħu wkoll jikkwalifikaw għall-Għajnuna Medika (SKA) jekk ibatu minn mard kroniku u Għajnuna tal-Ħalib (MG) jekk ikollhom trabi taħt id-9 xhur li ma jkunux jistgħu jreddgħawhom għal raġunijiet mediċi. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas jikkwalfikaw għall-
Allowance
tat-Tfal.
Beneffiċji oħra li s-
single parents
jistgħu jikkwalifikaw għalihom jinkludu ukoll il-Benefiċċju tal-Enerġija (EB) u l-karta r-roża għall-medicini b’xejn.
Barra minn hekk huma ntitolati wkoll għal in-work benefit skont numru ta’ kriterji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12651 u jgħid kemm hawn single parents f’Malta li jirċievu l-benefiċċji li huma intitolati għalihom? Kemm jammonta dan il-benefiċċju għal kull individwu? Kemm huwa l-ammont globali minfuq fuq dan il-benefiċċju? X’persentaġġ hija din in-nefqa fuq in-nefqa totali tal-benefiċċji soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hawn 5,184 single parent li huma benefiċjarji tal-għajnuna soċjali. L-ammont tal-benefiċċju jvarja minn persuna għall-oħra peress li huwa means tested.
Il-ħlas globali f’erba’ ġimgħat u l-persentaġġ mit-total imħallas għax-xahar ta’ April 2015, maqsuma skont il-benefiċċji huwa kif ġej:
SA (Għajnuna Soċjali) - €2,237,818 (3.75%)
SUP (Għajnuna Soċjali għal
Single Parents
) - €1,281,482 (2.15%)
UA (Għajnuna Soċjali tal-Qagħad) - €1,396,045 (2.34%)
SKA (Għajnuna Medika) - €1,397,518 (2.34%)
L-ammont globali li tħallas fuq benefiċċji soċjali (inklużi kemm il-benefiċċji kontributorji kif ukoll dawk non-kontributorji) matul ix xahar t’April 2015, kien ta’ €59,663,421.
Il-persentaġġi huma kif murija hawn fuq.
Fil-każ ta’
Allowance
tat-tfal (liema nefqa qed tinġieb għal attenzjoni tal-Onor. Interpellant iktar l-isfel), dan il-persentaġġ huwa kkalkulat fuq l-aħħar ħlas, jiġifieri l-perjodu Jannar 2015 sa April 2015.
CA (
Allowance
tat-tfal) - €6,008,248 (10.07%)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, sa issa, spiċċaw single parents minn fuq il-benefiċċji soċjali jew daħlu f’sistema ta’ tapering permezz tal-miżura mħabbra fil-baġit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu tas-sena 2015, l-ammont ta’ single parents li jirċievu benefiċċji soċjali naqas b’371. Minn meta beda l-benefiċċju tat-Tapering f’Jannar 2014, l-ammont ta’ single parents li bbenefikaw minn dan il-benefiċċju kien ta’ 418.
PBS ––kelliema tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni mistiedna fi programmi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid waqt il-programmi tal-Public Broadcasting Services minn Marzu 2013 salp-lum, kemm-il darba ġew mistiedna kelliema tal-Gvern u kemm-il darba ġew mistiedna kelliema tal-Oppożizzjoni? Jista’ jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar mill-2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixitieq ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni kienet ġiet mogħtija f’risposta preċedenti għall-mistoqsija parlamentari 14091.
TVM – clips ta’ diskorsi tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppozzizzjoni waqt l-aħbarijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista, xahar b’xahar, ta’ kemm-il darba ttieħdu clips tal-Prim Ministru fil-kariga kostituzzjonali tiegħu u bħala mexxej Laburista u tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kariga tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista li xxandru fuq l-aħbarijiet tat-8p.m. tal-istazzjoni nazzjonali mill-10 ta’ Mejju 2013 sat-30 ta’ April 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm il-PBS dejjem iżżomm bilanċ fejn jidħlu clips ta’ diskorsi tal-mexxejja tal-Partiti, m’għandhiex għad-dispozizzjoni tagħha din l-istatistika. Il-PBS għandha fiduċja li l-Awtorità tax-Xandir tiġbor din l-istatistika mill-moniteraġġ li tagħmel tas-servizzi tal-aħbarijiet.
TVM – clips ta’ diskorsi tal-Ministri, Segretarji Parlamentari u Deputati tal-Gvern u tal-Oppozzizzjoni waqt l-aħbarijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista, xahar b’xahar, ta’ kemm-il darba ttieħdu clips tal-Ministri, Segretarji Parlamentari, Deputati tal-Gvern u Deputati tal-Oppożizzjoni li xxandru fuq l-aħbarijiet tat-8p.m. tal-istazzjon nazzjonali mill-10 ta’ Mejju 2013 sat-30 ta’ April 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija ngħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari preċedenti 14090. Nixtieq ninfurmah li jekk qed jirreferi għar-rappurtaġġi tal-aħbarijiet dawn isiru skont il-valur tal-aħbar. Normalment lanqas jiġu rappurtati kelliema tal-Gvern iżda jiġu rappurtati meta jkun hemm valur ta’ aħbar. Il-PBS għandha fiduċja fl-Awtorità tax-Xandir li tiġbor din l-istatistika mill-moniteraġġ li tagħmel tas-servizzi tal-aħbarijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jokkupa l-pożizzjoni ta’ konsulent tal-Kap Eżekuttiv tal-PBS bħalma kienu infurmati l-impjegati permezz ta’ ittra mibgħuta lilhom jew jekk ingħatatx xi inkarigu ieħor? Kemm dam konsulent tal-Kap Eżekuttiv? Jekk m’għadux, x’kariga qed jokkupa bħalissa? X’kien il-pakkett ta’ ħlas inkluż il-perkaċċi, għaż-żewġ karigi? Xi proċedura ta’ ingaġġ ġiet segwita biex imtlew iż-żewġ karigi?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-persuna msemmija hija mpjegata mal-PBS fuq bażi ta’ ‘Contract For Service’ għal xogħol relatat mal-website. Ix-xogħol ta’ konsulenza lis-CEO li tingħata minn din il-persuna, m’hijix inkluża fil-kuntratt u għaldaqstant ma hemmx remunerazzjoni għaliha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba daħlet lill-Gvern taħt il-Freedom Information Act minn meta l-liġi daħlet fis-seħħ sal-lum? Jista' jgħid minn min saru u dwar xiex saru? Jista' jgħid kemm minnhom ġew milqugħa? Jekk kien hemm minnhom li ma ġewx milqugħa jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minn meta daħlet fis-seħħ il-Freedom of Information Act, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rċieva 62 talba. Minn dawn intlaqgħu 33 talba. 18 kienu rifjutati. 4 talbiet għadhom qed ikunu evalwati. 7 talbiet ingħalqu mill-applikanti jew ma kienux japplikaw. It-talbiet saru mill-mezzi tax-xandir jew minn individwi privati. It-talbiet ikopru aspetti varji tat-tmexxija pubblika. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar jew ghaliex l-informazzjoni kienet diga pubblika, jew għaliex l-informazzjoni ma tistax tigi kkwantifikata jew għaliex għad hemm proċeduri legali pendenti.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru culverts biex jilqgħu l-ilma tax-xita fi Triq Dun Marju f’Ħal Qormi? Kemm huwa stmat li jiswa dan ix-xogħol? Meta jista’ jibda dan ix-xogħol? Meta jista’ jitlesta dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu maħsub li ssir culvert minn fejn Triq San Gorg tiltaqa’ ma’ Triq Dun Mario u tibqa sejra sa Triq il-Wied fejn saru il-culverts tal-Proġett għal kontra l-għargħar.
Hu stmat li dan ix-xogħol jiġi jiswa madwar €74,000 u mistenni li jibda u jitlesta matul din is-sena.