Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS – qari ta’ aħbarijiet — ġurnalist

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-PBS waqqaf lill-ġurnalist li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-qari tal-aħbarijiet tas-6pm u tat-8pm? Jista’ jikkonferma li l-preżentatriċi ta’ TVAM li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament riċentament bdiet taqra l-aħbarijiet hi tas-6pm u tat-8pm? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni li ngħatat lil dan -individwu għalfejn twaqqaf mill-qari tal-aħbarijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor, interpellant li l-istazzjon jemmen li l-qari tal-aħbarijiet għandu preferibilment isir mill-ġurnalisti tiegħu kif fil-fatt qed jiġri. Il-persuna indikata m'huwiex ġurnalist tal-Kamra tal-Aħbarijiet. F’dan il-kuntest nikkonferma li l-ġurnalista li kienet tippreżenta wkoll TVAM bdiet taqra l-aħbarijiet ta’ TVM.

PBS – contract of service — individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħatax impjieg fiss jew contract of service mal-PBS? Jekk ingħata kuntratt fiss, kienet saret sejħa? X’paga, remunerazzjonijiet u perkaċċi għandu? Jekk ingħata contract of service, jista’ jelenka l-paga u r-remunerazzjoni skont il-kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta hija fin-negattiv. Dispost li nispjega lill-Onor Interpellant, jekk hu jixtieq, in-natura tan-ness bejn PBS u l-individwu li d-dettalji dwaru nghataw separatament.

PBS – Malex House — inawgurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir l-inawgurazzjoni ta’ Malex House fil-PBS li fi kliem iċ-Chairman tal-PBS kellu jitlesta fl-ewwel kwart ta’ din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tendering process tal-proġett ta’ Malex House għadu għaddej u huwa pjan importanti għall-futur tal-PBS. Dan il-proġett jikkonsisti f’television studio flimkien ma’ uffiċini u kif ukoll parkeġġ. Peress li kien hemm bżonn li jsir xi tibdil minħabba żviluppi teknoloġiċi, kellhom jerġgħu jiġu riferuti lura sabiex jiġi akkommodat dan it-tibdil. Sakemm isir it-tibdil neċessarju, it- time frames qed jiġu riveduti sabiex dan il-proġett jitlesta bl-għola standards possibbli.

PBS – impjegati ssekondati f’postijiet oħra tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ persuni li huma impjegati mal-PBS iżda li huma ssekondati f’postijiet oħra tal-Gvern? Min huma dawn il-persuni? Xi grad kellhom fil-PBS? Xi rwol marru fih dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ persuni li ġew issekondjati ma’ entitajiet tal-Gvern. Persuna ġiet issekondata bħala Communications Coordinator fl-Uffiċċju tal-President, filwaqt li persuna oħra ġiet issekondata mal-Universita’ ta’ Malta. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq li jingħataw l-ismijiet, nista’ nagħmel dan privatament.

PBS — Ħaddiema maċ-ċivil jew entitajiet pubbliċi sekondati mal-PBS

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ persuni li huma impjegati maċ-ċivil jew entitajiet pubbliċi iżda ġew issekondati mal-PBS? Min huma dawn il-persuni u x’xogħol jagħmlu? X’allowance jew perkaċċi ġodda qed jingħataw dawn il-persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ persuni li ġew issekondjati mal-PBS minghand entitajiet tal-Gvern. Persuna ġiet issekondata mill-MEUSAC, filwaqt li persuna oħra ġiet issekondata minn mal-IPSL. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq li jingħataw l-ismijiet, nista’ nagħmel dan privatament.

PBS — Kariga ta’ inidividwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16555, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Contract for Service għax-xogħol relatat mal-website tal-Public Broadcasting Services li ġie mogħti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ingħatax wara sejħa għall-interess esterna jew interna fil-Public Broadcasting Services? Jekk le, jista’ jgħid għaliex? X’inhuma l-ħlas u l-perkaċċi tal-kuntratt li għandu l-individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS timxi mal-prassi stabbiliti meta timpjega nies fuq bażi ta’ ‘contract for service’, għaldaqstant il-persuna mmsemmija ġiet mpjegata mal-PBS bl-istess mod u manjiera, b’salarju ta’ €31,000 u kif ukoll jingħata allowance ta’ €2,000.
Leg 12 PQ #16755 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Triq tal-Baħrija — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol li qed isir fuq it-triq tal-Baħrija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-toroq Sajf ta’ San Martin u tan-Niqra huma maħsuba li jitlestew fix-xhur li ġejjin.

Ħal Qormi — Triq Dun Marju - culverts

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16591 rigward bini ta’ culverts biex jilqgħu l-ilma tax-xita fi Triq Dun Marju f’Ħal Qormi u peress li l-problema tal-ilma tal-għargħar tmur lil hinn u hija akbar minn sempliċiment il-parti li tibda minn Triq San Ġorġ u tibqa' sejra sa Triq il-Wied, jista' l-Ministru jikkonsidra li jibni l-culverts tul Triq Dun Marju kollha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-problema ta’ għargħar fi Triq Dun Marju f’Ħal Qormi hi l-aktar kritika fin-naħa t’isfel tat-triq. Għal dan il-għan, ser isiru culverts biex jinġabar l-ilma tax-xita minn fejn Triq Dun Marju tiltaqa’ ma’ Triq San Ġorġ sa Triq il-Wied.

Ħal Qormi – Triq il-Vitorja – zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jagħmel lights maż-zebra crossing fin-naħa ta’ Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi bejn Pjazza Alexandra u Triq tal-Ħlas, biex jitnaqqas il-perikolu għar-residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li minn records ta’ Transport Malta ma hemm l-ebda talba sabiex iz-zebra crossing ta’ Triq Vitorja tiġi upgraded għal pelican crossing.

Ħal Qormi – Triq l-Imdina – Zebra Crossing

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jagħmel zebra crossing bil-lights fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi fl-inħawi tal-ħanut ta’ Ganza biex jitnaqqas il-perikolu għar-residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li, fil-post fejn qed tiġi ssuġġerita li ssir pelican crossing, id-distanzi ta’ visibilita’ mhux twal biżżejjed skont il-veloċita’ tas-sewqan. Għaldaqstant, dan il-post mhux kkunsidrat bħala adekwat biex jaqsmu n-nies minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurta’.

programm TVAM- telespettaturi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16543, jista’ l-Ministru jgħid kemm rawħ nies il-programm TVAM minn meta beda (anke jekk bi preżentaturi differenti) sal-lum? Jista’ jagħti dan ir-rendikont sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-udjenza medja ta’ telespetatturi tal-programm TVAM bejn Ottubru 2011 and Frar 2015, hija mniżżla f’din it-tabella, skont l-istħarrig tal-Awtorita’ tax-Xandir. Dan il-programm jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7am u t-8.30am. Monday Tuesday Wednesday Thursday Friday Average Daily viewership October -December 2011 2,861 8,082 4,756 1,200 0 3,380 January - March 2012 3,343 3,814 5,689 1,227 3,636 3,542 April -June 2012 7,144 0 5,923 3,699 10,046 5,362 October -December 2012 3,000 3,000 2,000 4,000 0 2,400 January - March 2013 8,000 8,000 4,000 3,000 3,000 5,200 April –June 2013 6,000 5,000 3,000 2,000 5,000 4,200 February 2014 3,000 2,000 2,000 2,000 3,000 2,400 October 2014 3,684 0 1,423 6,050 0 2,231 February 2015 1,945 3,400 2,166 4,680 0 2,438

Ġurnalisti – xogħol fil-ġurnata libera

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16546, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa fost il-ġurnalisti kollha tal-Public Broadcasting Services biex min hu interessat jagħmel xogħol ieħor fil-ġurnata libera tagħhom? Jekk ma saritx sejħa, għaliex? Min qed jagħżel min jidħol jagħmel xogħol extra u min le u fuq liema kriterju qed issir din l-għażla?

Response (BONNICI, OWEN)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 16743 ninforma lill-Interpellant li t-tweġiba qed tingħata fir-risposta għall-mistoqsija numru 16744.

Ġurnalisti – xogħol fil-ġurnata libera

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16546, jista’ l-Ministru jgħid min, fil-Public Broadcasting Services, qed jiddeċiedi liema ġurnalist jagħmel xogħol li mhux essenzjalment ġurnalistiku bħall-arkivjar?

Response (BONNICI, OWEN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16744, ninforma lill-Onorevoli li l-arkivar tal-materja ġurnalisitku idealment isir u jsir bl-aħjar mod mill-ġurnalisti. Hija prerogattiva tal-management li jara min huwa l-aħjar persuna li tista’ tagħmel dax-xogħol fuq bażi ta’ kontributorja. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan sar bl-istess mod li saru l-għażliet ta’ mill-anqas disa’ ġurnalisti fit-taqsima tal-aħbarijiet li barra x-xogħol regolari tagħhom għandhom xogħol ieħor fuq bażi kontributorja fil-ġurnata franka tagħhom kif spejgat fit-tweġiba parlamentari 16546.

PBS – impjegati – pagi, benefiċċji u perkaċċi

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13426 u 16549, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehhim kollettiv għall-ħaddiema fil-Public Broadcasting Services?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim Kollettiv tal-Public Broadcasting Services ltd. (2014-2018).

PBS – postijiet vakanti

Question

Peress li mistoqsija parlamentari 16550 titlob vacancies li se jimtlew fix-xhur li ġejjin fil-Public Broadcastin Services u mhux informazzjoni dwar il-proċedura, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16550 u jgħid liema vacancies se jimtlew fix-xhur li ġejjin fil-Public Broadcasting Services?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iktar x’inżid mat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari numru 16550.

PBS — Kariga ta’ inidividwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16555, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu xogħol l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala konsulent tal-Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services? Fuq xiex jagħti pariri lill-Kap Eżekuttiv? X’kompetenzi, kwalifiċi u esperjenzi għandu l-persuna msemmija biex jagħmila ta’ konsulent tal-Kap Eżekuttiv? Saret sejħa biex jimtela l-post ta’ konsulent tal-Kap Eżekuttiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kif diga intqal fit-twegiba ghal mistoqsija Parlamentari 16555, l-persuna indikata tagħti s-servizz tagħha fuq il-web b’ contract for service. Skont l-obbligi miftiehma, l-persuna indikata kellha tipprovdi lil kap ezekuttiv tal-PBS sensiela ta’ miżuri u inizjattivi biex jogħla il-livell u titjieb il-webpage tvm.com.mt . Nista’ nikkonferma li dawn il-pariri ngħataw u ħafna minnhom ġew attwati fl-aħħar xhur u oħrajn qegħdin fil-fażi li jiġu attwati. Dawn il-bidliet anke fid-dehra tal-webpage kellhom ir-riżultati mixtieqa. Dwar il-kompetenza tal-persuna, r-riżultati jitkellmu waħedhom. Dwar il-kwalifiki, l-persuna hija gradwata fil-komunikazzjoni mill-Universita ta’ Malta u kellha esperjenza ġurnalistika b’mod partikulari fil-midja immedjata. Peress li dan huwa contract for service ma hemmx obbligu li issir sejħa pubblika. B’dan il-proċess, il-PBS setgħet tagħmel evalwazzjoni tal-ħiliet u talenti bħala parti mill-programm strateġiku tagħha biex tkompli isaħħaħ il-preżenza tagħha fil-midja immedjatika.

Ħal Qormi – pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku

Question

Peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari W229, il-Ministru kkonferma li ma għandux pjan għall-immaniġġar tat-traffiku ffokat fuq Ħal Qormi, u peress li f’Novembru li għadda fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11621, il-Ministru stqarr li mhux possibbli li jsiru studji dwar it-traffiku ġo Ħal Qormi minħabba l-impatt tax-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fi Triq il-Kosta, Naxxar u peress li l-ġurnali qed jirrapportaw lill-Ministru jgħid li x-xogħol fl-imsemmija triq se jkun lest f’Lulju li ġej, jista’ l-Ministru jgħid meta beħsiebu jfassal pjan ħolistiku għall-immaniġġar tat-traffiku ffokat fuq Ħal Qormi biex ma jħallix lil Ħal Qormi jitkisser u l-kwalità ta' ħajja tar-residenti tiegħu tittiekel ftit ftit minħabba dħaħen, storbju u kwestjonijiet ta’ saħħa u sigurtà?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-pjan holistiku tat-traffiku qed jiġi studjat, evalwat u mħejji bħala parti mit-Transport Plan li qed tiġi ppreparata minn Transport Malta.

Ħal Qormi – pjan għall-immaniġġar tat-traffiku

Question

Peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari W229 il-Ministru kkonferma li ma għandux pjan għall-immaniġġar tat-traffiku ffokat fuq Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-lum il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi talabx lill-Gvern biex dan isir? Jista’ jpoġġi din it-talba fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 10886 u 13095.

Ħal Qormi – maniġġar tat-traffiku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 10886 u 13097 fejn il-Ministru elenka ħames miżuri speċifiċi fl-immaniġġar tat-traffiku għal Ħal Qormi, fosthom: 1. addizzjoni ta’ inner flare fi Triq Ħal-Luqa fl-inkroċju tar-roundabout k/m Triq L-Imdina 2. twessigħ ta’ parti minn Triq L-Imdina għal żewġ karreġġati fil-parti minn k/m Triq San Bartilmew sa biswit k/m Triq il-Ġdida 3. l-immarkar tal-linji tal-karreġġata mar-roundabout ta’ Triq Manuel Dimech k/m Triq Ħal-Qormi 4. l-immarkar tal-linji tal-karreġġata mar-roundabout ta’ Triq Manuel Dimech k/m Triq L-Imdina 5. addizzjoni ta’ inner flare fit-triq li tagħti minn Triq San Bastjan għall-inkroċju tar-roundabout k/m Triq Manuel Dimech, Jista’ l-Ministru jgħid liema minn dawn il-miżuri mħabbra f’Diċembru li għadda saru sal-lum? Jista’ jgħid, dawk li ma sarux sa meta se jsiru? Jista’ jgħid jirriżultalux li l-miżuri li saru tawx ir-riżultat mixtieq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-miżuri tlestew: - Addizzjoni ta’ inner flare fi Triq Ħal-Luqa fl-inkroċju tar-roundabout k/m Triq L-Imdina; - L-immarkar tal-linji tal-karreġġata mar-roundabout ta’ Triq Manuel Dimech k/m Triq Ħal-Qormi; - L-immarkar tal-linji tal-karreġġata mar-roundabout ta’ Triq Manuel Dimech k/m Triq L-Imdina. Fir-rigward ta’ dawn il-miżuri, dawn għadhom ma tlestewx sal-lum: - Twessiegħ ta’ parti minn Triq l-Imdina għal żewġ karreġġati fil-parti minn k/m Triq San Bartilmew sa biswit k/m Triq il-Ġdida - dan ix-xogħol għadu fi stadju ta’ ppjanar; - Addizzjoni ta’ inner flare fit-triq li tagħti minn Triq San Bastjan għall-inkroċju tar-roundabout k/m Triq Manuel Dimech - ix-xogħlijiet għandhom jitlestew f’qasir żmien u huma marbuta ma’ xogħlijiet oħra fil-viċinanzi. Ninsab infurmat li Transport Malta rat titjib kemm mill-lat t’effiċjenza tat-traffiku kif ukoll f’dak li jirrigwarda sigurtà fis-sewqan.

Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - tarmak

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15158, jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmak għall-ewwel darba f’parti minn Triq Amleto Spiteri f’Ħal Qormi minn Triq l-20 ta’ Jannar lejn id-direzzjoni tal-Marsa li għadha qatt ma saret bit-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 15158, il-parti tat-triq imsemmija li taqa’ fl-iskema hija diġà asfaltata. Transport Malta hija nfurmata li parti żgħira oħra minn din it-triq se tiġi skemata u għaldaqstant din il-parti tat-triq se tiġi nkluża mal-lista ta’ toroq li għandhom jiġu asfaltati għall-ewwel darba skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.