Jista’ l-Ministru jgħid min qed iħallas għall-programm dwar iċ-CHOGM fuq PBS? Jekk hu l-PBS, jista’ jgħid kemm qed jiswa u fuq xiex qed jintefqu l-flus? Jekk il-programm hu tal-PBS, jista’ jgħid jekk il-ħlas tal-impjegat huwiex wieħed addizzjonali għal dan il-programm? Min qed jitħallas ta’ dan ix-xogħol u kemm qed jitħallas?
Response (BONNICI, OWEN)
Billi l-programm in kwestjoni m'huwiex tal-PBS, tali informazzjoni m'hijiex disponibbli.
Jista’ l-Ministru jispjega fuq liema bażi ntgħażlet il-preżentatriċi tal-programm li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex taqra l-aħbarijiet tas-6:00pm u ta’ 8:00pm min fost il-ġurnalisti kollha ta’ TVM li fil-preżent ma jaqrawx il-qari tal-aħbarijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qari tal-aħbarijiet tas-6 u tat-8 m’huwiex kunsidrata bħal parti mix-xogħol regolari tal-ġurnalisti. Ma nbidel xejn minn snin ta’ qabel dwar kif issir l-għażla ta’ min jaqra l-aħbarijiet.
Peress li konvint li l-Ministru jifhem d-distinzjoni bejn dejn u self kapitali, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 20039 u jikkonferma dak li deher dan l-aħħar fil-midja stampata li l-PBS għandha aktar minn €14-il miljun dejn?
Response (BONNICI, OWEN)
Le. Ma nikkonfermax għax m’huwiex veru. Il-PBS tippubblika l-kontijiet finanzjarji mal-MFSA malli jkun finalizzat l-awditjar ta’ kull sena finanzjara.
Peress li l-Ministru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20039 diġà qal li l-uniku self li għandha l-PBS huwa dak ta’ natura kapitali li kien ittieħed fl-2012, jista’ l-Ministru jagħti l-ammont ta’ kemm żdied id-dejn mill-2013 ‘l hawn u għaliex żdied dan id-dejn?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-PBS tippubblika l-kontijiet finanzjarji mal-MFSA malli jkun finalizzat l-awditjar ta’ kull sena finanzjara.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kontijiet pendenti għandha l-PBS mill-2013 ‘l hawn mal-ARMS Ltd, VAT, CIR u NI?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali. Madanakollu, l-PBS tassigura li m’għandha ebda problemi mal-entitajiet imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-2013 ‘l hawn il-PBS għandux xi pagamenti pendenti mal-EBU jew pagament ta’ memberships oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali. Biss, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-PBS m’għandha l-ebda problemi mal-EBU jew xi entitajiet oħra dwar memberships.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il PBS għandu loans ma’ banek kummerċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS tippubblika l-kontijiet finanzjarji mal-MFSA malli jkun finalizzat l-awditjar ta’ kull sena finanzjara.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li għandhom parentela ma’ xi membru fil-bord tal-PBS u li ġew impjegati mal-PBS jew li kienu impjegati tal-PBS u ħadu promozzjoni? Liema kienu dawn il-każi? Xi gradi huma? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi jinvolvu? F’kull każ saret sejħa pubblika jew interna? F’kull każ min kien fuq il-bord tal-għażla għal kullimpjieg jew għall-promozzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien ġie impjegat mingħajr sejħa bħala konsulent tal-Kap E¿ekuttiv u amminstrattur tal-website tal-PBS, issa ġiex fil-fatt impjegat bħala full-time tal-istess post mal-PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, kien qed jagħti servizz fuq il-website f’kapaċita’ ta’ contract for service.
Ninsab infurmat ukoll li din il-persuna ġiet impjegata full-time wara sejħa pubblika skont il-proċedura stabbilita li għaliha ma applika ħadd għajr il-persuna msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-gradi u l-pagi tal-ġurnalisti mal-PBS? Jista’ jgħid jekk hemmx persuni li jaħdmu fl- inews room tal-PBS li għandhom pagi li joħorġu mill-istruttura normali? Fuq liema kriterju dawn il-persuni għandhom paga li toħroġ minn din l-istruttura? Min huma dawn il-persuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-ġurnalisti kollha jaqgħu taħt l-istruttura uffiċjali tal-pagi hekk kif stabbilita fil-Ftehim Kollettiv.
Tabella li turi l-istruttura tal-pagi qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament daħlet bħala Sales Executive mal-PBS u ngħatat promozzjoni ta’ ġurnalista fl-ogħla skala mingħajr ma kellha is-seniority u l-esperjenza neċessarja? Saret sejħa pubblika biex sar dan? Min kien fuq il-bord tal-għażla biex sar dan? X’salarju u perkaċċi kellha inizjalment u x’salarju għandha issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, daħlet taħdem mal- PBS bħala salesperson, iżda ġiet trasferita b’mod temporanju fuq xogħol tal-website anke minħabba l-fatt tal-kwalifiki lingwistiċi għoljin tagħha. Bħalma dejjem għamlet il-kumpanija, iċ-ċaqlieq intern tal-impjegati isir skont il-ħtieġa tas-servizz. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li ma kien hemm ebda bdil fis-salarju tal-persuna msemmija.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l- Oppozizzjoni għaddejja bi kritika dwar impiegi mal-Gvern jew entitajiet tiegħu, nittama li issa mhux se jikkritika lill-Gvern talli juża r-riżorsi eżistenti tiegħu biex itejjeb il-kwalita’.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Kap Eżekuttiv ġie kkonfermat fil-kariga? Meta seħħ dan? Jista’ jikkonferma li l-Kap Eżekuttiv żamm l-istess kundizzjonijiet li kellu qabel?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv tal-PBS għadu bl-istess kuntratt li sar taħt Gvern preċedenti. Ladarba għadu bl-istess kuntratt, s’intendi l-kundizzjonijiet għadhom l-istess.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kif intefqu t-3.5 miljun ewro f’sussidji li l-PBS ħadu mingħand il-Gvern mill-2013 lil hawn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li l-proċedura m’hijiex li l-Ministru jagħti rendikont imma li jkun hemm audit professjonali ta’ kif intuża l-PSO.
L-Audit se jkun konkluż lejn l-aħħar ta’ dina s-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Public Broadcasting Services bħala full-time jew part-time, jew fuq bażi ta’ konsulenza,jew fuq contract of service jew contract for service minn Marzu 2013? Kemm minn dawn kienu fuq bażi ta’ position of trust u mingħajr sejħa pubblika? X’pakkett finanzjarju, inkluż perkaċċi, għandhom dawn l-individwi? X’funzjoni qed jaqdu dawn l-individwi? Kemm kienet iż-żieda ta’ persuni li ħadmu b’mod jew ieħor mal-PBS minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu impjegati mill-2013 sal-lum f’position of trust, contract for service, contract of service, jew b’konsulenza u li f’xi ħin ingħataw impjieg permanenti fil-PBS? Min huma dawn il-persuni? X’karigi kienu jokkopaw oriġinarjament u x’karigi qed jokkupaw issa? X’pakketti finanzjarji u perkaċċi kellhom qabel u għandhom issa? F’kull każ saret sejħa pubblika? F’kull każ min kienu l-persuni fuq il-bord tal-għażla?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-persuni msemmija hawn taħt kienu mpjegati fuq bażi ta’ contract for service, u eventwalment ingħataw impjieg permanenti mal-PBS wara sejħa pubblika.
Bord tal-Għażla
– Manager Corporate Services u News Manager
Bord tal-Għażla – Kap Ezekuttiv u Manager Corporate Services
Kariga Originali
Kariga Prezenti
Pakkett Finanzjarju Qabel
Pakkett Finanzjarju
Prezenti
Overall Administration of tvm.com.mt
Administrative Officer – Website
€13.61/hr
Skont il-Ftehim Kollettiv
Website Content Editor
Junior Manager – Website Content Editor
€14.90/hr
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-responsabbiltajiet u dmirjiet tal-individwu
Administrative Officer - Website
Administrative Officer – Website
€10.44/hr
Skont il-Ftehim Kollettiv
Station Engineering Manager
Station Engineering Manager
€16.35
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-responsabbiltajiet u dmirjiet tal-individwu
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fil-PBS minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ f’kull każ jagħti d-dettalji, dwar x’kienet il-kariga, il-grad u l-pakkett finanzjarju bil-perkaċċi qabel u wara l-promozzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixiteq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-PBS ingħataw ħames promozzjonijiet minn Marzu 2013 sal-lum. Skont kif jidher fit-Tabella t’hawn taħt:
Grad ta’ Qabel
Grad Prezenti
Pakkett Finanzjarju ta’ Qabel
Pakkett Finanzjarju Prezenti
Journalist
Manager News & Registered Editor
Skont il-Ftehim Kollettiv
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-reponsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-individwu
Sports Coordinator
Manager Sports
Skont il-Ftehim Kollettiv
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-reponsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-individwu
Sales Coordinator
Junior Manager Sales Administration
Skont il-Ftehim Kollettiv
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-reponsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-individwu
Administrative Officer
Sales Administration Coordinator
Skont il-Ftehim Kollettiv
Skont il-Ftehim Kollettiv
Director/Editor
Programmes Coordinator
Skont il-Ftehim Kollettiv
Skont il-Ftehim Kollettiv
Residenza San Vinċenz de Paul — struzzjonijiet lill-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tmexxija tar-Residenza San Vinċenz de Paul qed tagħti struzzjonijiet lill-ħaddiema biex jorbtu lill-pazjenti għaliex il-Gvern qed iħoss li qed tiġi spiża kbira biex ikompli jħalli lill-ħaddiema biex jagħmlu constant watches? Jista' jgħid jekk iħossx li l-irbit ta' pazjenti b'dan il-mod imurx kontra d-dinjità tal-bniedem? Jista' jgħid jekk din tmurx kontra direttivi jew prassi li kienu jintużaw fil-passat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qiegħed jintuża harness fuq struzzjonijiet mogħtija mit-tim multidixxiplinarju, kompost minn tobba, paramediċi u infermiera li jagħmlu evalwazzjoni tal-pazjenti ġewwa r-Residenza. Mill-evalwazzjonijiet ta’ dan it-tim, ikun deċiż, skont il-kas, li f’tali ċirkustanzi, jkun aħjar li l-pazjenti jintużalhom harness għal protezzjoni tal-istess residenti. Bl-ebda mod l-użu tal-harness qiegħed jiġi utilizzat biex wieħed jifranka l-ispejjeż tal-ħaddiema li jservu bħala constant watch għal anzjani ġewwa r-Residenza.
Pazjenti li għandhom problema bil-bilanċ u huma f’riskju li jaqgħu mis-sodda jew minn armchairs ikolhom bżonn ta’ harness.