Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li kif indikat fit-tabella mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra, ħamsa w tmenin fil-mija ta’ x’intefaq s’issa minn dan il-Ministeru f’kampanji ta’ reklamar u informazzjoni ġie mħallas minn Fondi Ewropej. Tajjeb nenfasizza li l-attivitajiet li jsiru biex jiġi kkomunikat kif il-Fondi Ewropej qed jiġu utilizzati joħroġ minn obbligu stipulat f’artiklu 7 ta’ EC Regulation 1828/2006.
Irrid nirrimarka wkoll li fil-kuntest ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, d-definizzjoni li ttieħdet għal “kampanji ta’ reklamar u informazzjoni” hija promozzjoni t’attivitajiet jew temi fejn sar disseminazjoni tal-informazzjoni fuq perjodu ta’ żmien.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru nefaq €2,175.82 fl-2015 f'reklamar u nformazzjoni.
Ministeru għat-Turiżmu — Nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10922, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu Locally Enlisted Personnel mas-Servizzi Ingliżi qed ikollhom tnaqqis mill-Pensjoni Kontributorja minħabba li qed jirċievu l-Pensjoni tas-Servizz mill-Gvern Ingliż? Kemm min dawn huma ex-RAF? Kemm minnhom ġew pensjonati l-Ingilterra għax kienu komplew is-servizz tagħhom hemmhekk wara l-1979?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mhuwiex possibli li jingħata n-numru eżatt tat-tipi ta’ pensjonanti li kienu mas-Servizzi Inglizi u li qiegħda titnaqqsilhom il-Pensjoni Kontributorja. Dan minħabba li sabiex din l-informazzjoni tinġabar, ikun hemm bżonn li jinqalgħu l-każijiet kollha u jiġu eżaminati wieħed wieħed manwalment. Madankollu, bħalissa n-numru ta' pensjonanti li kienu mas-Servizzi Ingliżi u li għad għandhom il-pensjoni tas-sigurta’ soċjali imnaqqsa jammonta għal madwar 384 pensjonant.
Għalliema ta’ nazzjonalità barranija – skejjel primarji, sekondarji u post sekondarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hawn għalliema ta’ nazzjonalità barranija li qegħdin fl-iskejjel primarji, sekondarji u post sekondarji Maltin, skola b’skola? Jista’ jgħid kemm hemm għalliema li kisbu ċ-Ċittadinanza Maltija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel statali hemm żewġ għalliema ta’ nazzjonalità barranija, waħda qiegħda shared fl-iskola Sekondarja ta’ Santa Venera u l-Middle School ta’ Birkirkara, u għalliema oħra li qiegħda fl-iskola Sekondarja tal-Handaq. Id-Direttorat m’huwiex f’pożizzjoni jgħid kemm hemm għalliema li kisbu ċ-Ċittadinanza Maltija.
L-informazzjoni dwar għalliema ta’ nazzjonalità barranija fl-iskejjel primarji, sekondarji u post sekondarji tal-Knisja u Indipendenti, skola bi skola, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..
Infurmat ukoll li fl-MCAST hemm żewġ Lecturers ta’ nazzjonalità barranija u tnejn oħra li kisbu ċ-Ċittadinanza Maltija, filwaqt li l-Junior College m’għandux għalliema ta’ nazzjonalità barranija.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li f’dawn l-aħħar xhur il-banek irrifjutaw li jisilfu aktar flus lill-PBS? X’kienet ir-raġuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Membru li din hija allegazzjoni mhux veritiera, tant li sal-lum il PBS għadha ma għamlitx użu mill-faċilitajiet tas-self kollu li għandha għad-dispozizzjoni tagħha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20049, jista’ l-Ministru jikkonferma b’mod ċar li l-Kap Eżekuttiv ġie kkonfermat fil-kariga? Meta seħħ dan? Jista’ jikkonferma li l-Kap Eżekuttiv bil-kuntratt il-ġdid żamm l-istess kundizzjonijiet li kellu qabel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ġie iffirmat ebda kuntratt ġdid mas-CEO tal-PBS għaliex il-kuntratt li sar fi żmien amministrazzjoni preċedenti għadu fis-seħħ u s'intendi ladarba għadu bl-istess kuntratt, huwa għadu jgawdi mill-istess kondizzjonijiet preċiż.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20040, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-fondi ta’ €3.5 miljun li jgħaddi l-Gvern lill-PBS biex jintefaq bħala Public Service Obligation huwiex fil-fatt jintuża biex jixxandar programm ta’ boxing internazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi ta’ €3.5 miljun mhux qed jintużaw biex jixxandar programm ta’ boxing internazzjonali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20040, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux f’pożizzjoni li jagħti garanzija li l-fondi ta’ €3.5 miljun allokati għall-Public Service Obligation humiex qed jintefqu mill-PBS skont il-kriterji li l-fondi mogħtija mit-taxxi tal-poplu huma allokati għalihom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli membru li l-fondi ta’ €3.5 miljun allokati lill-PBS qed jintefqu skont il-kriterji li huma allokati għalihom.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20040, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-audit professjonali ta’ kif intuża l-fond allokat mill-Gvern lill-PBS għall-Public Service Obligation mill-2013 ‘l hawn,jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
L-audit għas sena Ottubru 2013-Settembru 2014 ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jitlesta. Dan għandu jkun iffinalizzat fl-aħħar ta’ Novembru.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20040, jista’ l-Ministru jikkonferma li mill-2013 ‘l hawn ma sarux audit professjonali dwar kif intuża l-fond allokat mill-Gvern lill-PBS, għall-Public Service Obligation? Jekk diġà sar xi rapport, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 20040.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-PBS kellu nuqqas ta’ fondi biex joħroġ il-pagi ta’ Novembru? Jista’ jgħid jekk hux minnu li l-Gvern kellu jalloka fondi addizzjonali biex il-ħaddiema ma jibqgħux bla pagi? Jista’ jikkonferma li l-fondi addizzjonali li ħareġ il-Gvern kienu ta’ nofs miljun Ewro? X’wassal biex il-PBS ma kellux fondi għall-pagi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS dejjem kellha fondi għall-pagi, inkluż dawk ta’ Novembru 2015.
Il-Gvern qatt ma alloka fondi addizjonali biex jinħargu il-pagi tal-ħaddiema, inkluż ta’ Novembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx impjegati tal-PBS, inkluż dawk b’contract of service u contract for service li qed jagħmlu xi xogħol barra minn Malta? X’inhu dan ix-xogħol? F’liema pajjiż qegħdin? X’inhu l-introjtu tal-PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm żewġ impjegati fil-PBS, li wara s-suċċess tal-Junior Eurovision Song Contest li sar f’Novembru tas-sena l-oħra f’Malta, ġew irrakkomandati minn Uffiċjali tal-European Broadcasting Union sabiex jgħinu fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior Eurovision Song Contest, li ser jittella’ f’Sofia.
Ċertament dan se jgħin biex il-ħiliet ta’ dawn iż-żewġ impjegati tal-PBS ikompli jikbru u pjattaforma biex pajjiżna juri t-talent tekniku li għandna.
Dan ix-xogħol qed isir fil-ħin liberu tagħhom u assolutament m’hu qed jinvolvi ebda spejjeż, la diretti u lanqas indiretti, għall-PBS.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed fuq contract of service mal-PBS? Meta ġie ffirmat dan il-kuntratt? X’inhu x-xogħol li dan l-individwu hu mistenni li jagħmel skont it-termini tal-kuntratt? Fuq liema kriterju ma nħarġitx sejħa pubblika għall-ingaġġ? Kemm tħallas dan l-individwu kull xahar sal-lum? Kemm-il darba ntbagħat fuq xogħol barra l-pajjiż f’isem il-PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. membru li l-persuna ndikata ma hijiex impjegata mal-PBS iżda tagħti servizzi tagħha fil-Kamra tal-Aħbarijiet bħala freelancer. Informat li din il-persuna ilha tagħti dan is-servizz mill-2007 ħlief għal perjodu meta l-persuna kienet qed titħarreġ fl-Ingilterra u fl-Istati Uniti biex tkompli tispeċjalizza fil-midja televiżiva.