Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha nutara l-Awtorità tad-Djar f’Marzu 2013 u kemm għandha llum? Jista’ jgħid jekk humiex fuq bażi definita jew indefinita jew b’kuntratt? X’kienet l-ispiża għas-servizzi notarili f’Marzu 2013 u x’inhi l-ispiża llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’Marzu 2013, l-Awtorita` tad-Djar kellha 2 Nutara fuq Kuntratt għal Servizz fuq bażi definita. Fil-preżent, l-Awtorita tad-Djar, timpjega 2 Nutara fuq Kuntratt Indefinit kif ukoll 2 nutara b’Kuntratt għal Servizz taħt bażi definita.
L-ispiża notarili f’Marzu 2013 kienet tammonta għall-medja ta' €2,466.46 fix-xahar, filwaqt li l-ispiża fil-preżent, tammonta għall-medja ta' €6882.19 fix-xahar.
Ta’ min jinnot li d-dħul minn bejgħ ta’ propjeta, konvenji kuntratti eċċetra fl-2012 kien ta’ € 4,040,563 filwaqt li din is-sena hu stmat li d-dħul ikun ta’ madwar 16-il miljun Ewro.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar kellhiex konsulenzi jew direct orders, sabiex isiru Bordijiet jew laqgħat speċifiċi? Jekk fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-2015, l-Awtorita' tad-Djar, ma tatx direct orders u/jew konsulenzi biex isiru Bordijiet jew laqgħat speċifiċi.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qattx kellha ilmenti minn konsumaturi dwar xiri ta’ proprjetà li wara li ġie ffirmat il-konvenju nstab li ma kienx hemm il-permessi neċessarji tal-bini? X’passi tieħu l-Awtorità jekk jinstab li bejjiegħ ikun qed ibiegħ proprjetà mibnija b’mod irregolari? X’passi tieħu l-Awtorità jekk jinstab li l-bejjiegħ jew aġenzija mqabbda minnu jibqa’ jirreklama l-proprjetà mibnija b’mod irregolari? X’rimedji jieħu l-konsumatur li jispiċċa jidħol fi spejjeż żejda anke jekk ma jixtrix?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qatt ma kellha ilmenti minn konsumaturi dwar xiri ta’ proprjetà li wara li ġie ffirmat il-konvenju nstab li ma kienx hemm il-permessi neċessarji tal-bini.
Infurmata wkoll li jekk jirriżulta xi każ bħal, fejn l-ammonti involuti jeċċedu l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi jew fejn il-bejjiegħ hu huwa stess il-konsumatur, il-kwistjoni hija regolata mill-Kodiċi Ċivili u inoltre il-każ jiġi rreferut lill-MEPA l-kwistjoni relattivi għall-permessi tiġi investigata.
Meta jinstab il-bejjiegħ li huwa kummerċjant jew aġenzija fl-isem il-kummerċjant jirreklamaw propjeta’ mibnija b’mod irregolari, l-MCCAA tieħu l-passi skont il-provvediment dwar ir-reklamar qarrieq fl-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur fejn min ikun qed jikser il-liġi jista’ jew l-ksur jirriżulta, jeħel multi bejn €470 u mhux iktar minn €47,000.
Meta konsumatur jidħol fi spejjeż anke hekk ma jixtrix, l-Uffiċċju jagħmel medjazzjoni mal-bejjiegħ sabiex il-konsumatur jieħu l-kumpens. Jekk ma tintlahaqx soluzzjoni amikevoli l-konsumatur jista jieħu l-każ quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur jista’ jitlob sa €3,500 kumpens u €500 danni morali.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra min kienu l-membri għal kull Bord tal-Għażla għas-sejħiet interni li ħarġu fit-23 ta’ Diċembru 2014 kif ukoll għal dawk iż-żewġ sejħiet li ħarġu fil-21 ta’ Mejju 2015? Xi kwalifiki għandhom dawn il-membri? Fuq liema kriterji ntgħażlu l-membri tal-Bordijiet tal-Għażla u x’kariga għandhom? Il-Bordijiet tal-Għażla għall-pożizzjonijiet tekniċi kienu komposti minn xi ħadd tekniku, sabiex b’hekk tiġi magħżula persuna teknika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-kwalifiċi tal-membri magħżula fuq il-Bordijiet ta’ Għażla, ivarjaw fl-esperjenza, kwalifiċi u/jew r-responsabbiltajiet li jaħdmu fihom fis-sezzjonijiet rispettivi. Il-membri maħtura kienu kwalifikati u esperjenzati biżżejjed biex jevalwaw u jeżaminaw l-kandidati li ressqu għall-interviews tas-sejħiet li għalihom qed issir referenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha ħaddiema l-Awtorità tad-Djar sa Frar 2013, sal-aħħar tal-2014 u sa Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm impjegati ġew ingaġġati minn Marzu 2013 sal-lum, x’kienu l-pożizzjonijiet, fuq liema bażi ġew impjegati jekk hux definit jew indefinit? X’kienet il-paga tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar kellha s-segwenti impjegati fil-perjodi indikati fil-mistoqsija parlamentari, kif qed jiġi muri fit-tabella t’hawn taħt:
Perjodu
Numru ta’ Impjegati
Frar 2013
117-il impjegat li minnhom 3 ġew sekondati u 11 oħra
detailed.
Diċembru 2014
116-il impjegat li minnhom 6 ġew sekondati u 8 oħra
detailed.
Settembru 2015
125 impjegat li minnhom 6 ġew sekondati ma’dipartiment ieħor u 2 ġew sekondati minn dipartiment ieħor, filwaqt li 8
detailed.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża ta’ direct orders minn Marzu 2013 sa Settembru 2015? Jista’ jgħid jekk l-ammonti dovuti għal kull direct order tħallasx u jekk le x’fadal jitħallas? F’każ li kien hemm direct orders għas-servizzi, fuq liema bażi intgħażlu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni biex tingabar tiehu process fit-tul jkun apprezzat jekk l-interpellant jispecifika ghal liema direct order qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inħarġu tenders minn Marzu 2013 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders? Ġew reklamati fuq il-media? Jekk iva, fuq liema media ġie reklamat kull tender?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtha? Tista' tagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni miġbura qed tiġi vverifikata mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u t-tweġiba tingħata fl-iqsar żmien possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa globali fuq l-organizzazzjoni taċ-CHOGM? Fuq xiex intefaq dan l-ammont? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq iċ-CHOGM? Kemm tħallas kull kuntrattur? Liema xogħol ingħata b’tender u liema xogħol ingħata wara sejħa pubblika?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi in-nefqa globali fuq l-organizzazzjoni tac-CHOGM minn-naħa tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tammonta għal €2,041.57 li ntefqu f'inviti għall kunċert u ikla, Overtime għall-fotografi tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, spejjeż ta' telefonija u trasport. L-ammont ta' overtime imħallas lill-uffiċjali tal-Protocol and Consular Service ma jiffurmax parti minn din is-somma minħabba li dan għadu qed jinħadem.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa totali tal-Gvern fuq reklamar u informazzjoni dwar il-Budget 2016? Fuq xiex intefaq dan l-ammont? Min kienu u kemm tħallsu l-kuntratturi li ħadmu fuq dan ix-xogħol? Liema xogħol ingħata b’tender u liema xogħol ingħata wara sejħa pubblika?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qattx kellha ilmenti minn konsumaturi dwar xiri ta’ proprjetà? Kemm kellha minn dawn il-każijiet? X’tip ta’ rimedji ngħataw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fir-rigward ta’ xiri ta’ proprjetà ma ġewx reġistrati lmenti. Huwa limitatament fir-rigward ta’ xogħlijiet strutturali mhux kompletati skont il-kuntratt jew li saru mhux in linja mas-sengħa u l-arti, li f’dawn l-aħħar sentejn ġew reġistrati żewġ ilmenti u dan dejjem limitatament safejn l-ammont ma jeċċedix is-somma ta’ €3500. Dawn iż-żewġ ilmenti ġew riżolti.
Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — nefqa fuq reklamar u Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.