Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #22484 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Qormi Sports and Fitness Park – żamma adekwat tas-siġar

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm żamma adekwata tas-siġar u l-pjanti li jsebbħu l-Qormi Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, minħabba li bħalissa u f’ħafna okkażżjonijiet qed tirrenja t-telqa u l-abbandun?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kunsill lokali ta’ Ħal Qormi kien wasal fi ftehim li jieħu ħsieb it-tindif u s-siġar. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22485 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Qormi Sports and Fitness Park – manutenzjoni ta’ apparat

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li l-Qormi Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, ikollu manutenzjoni tal-apparat u żamma xierqa u nadifa tal-madwar b’mod regolari biex dan il-post tassew jitgawda mill-Qormin u min-nies tal-madwar? Jista’ jgħid għaliex il-Kunsill Malti għall-Isport kien neħħa l-persuni assenjati biex jieħdu ħsieb din il-faċilità? Jista’ jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport għandux kuntratti stabbiliti għall-ħarsien u l-manutenzjoni ta’ din il-faċilità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ manutenzjoni qed isir kull darba li jkun hemm bżonn. Dwar il-ħaddiema li kienu jieħdu ħsieb din il-facilità, wieħed talab revocation of detailing u l-ieħor ġie assenjat fuq xogħol ieħor. Madankollu, ta’ kull ġimgħa l-post jiġi ċċekjat minn ħaddiem ta` SportMalta. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv għax il-manutenzjoni ssir mill-ħaddiema tekniċi ta’ SportMalta.
Leg 12 PQ #22486 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Qormi Sports and Fitness Park fi Triq l-Imdina

Question

Wara li l-Qormi Sports and Fitness Park ġie żviluppat b’faċilitajiet mill-aqwa fosthom bi klabb u pitch tal-hockey u ieħor tal-boċċi, kif ukoll b’outdoor gym u faċilitajiet oħra li jitgawdew minn tfal, żgħażagħ u adulti, jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi żviluppata l-aħħar parti tal-Qormi Sports and Fitness Park fin-naħa ta' Triq l-Imdina?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-aħħar parti tal-iżvilupp tal-Qormi Sports and Fitness Park kienet suġġett ta' diskussjoni bejn SportMalta u l-Malta Basketball Association, iżda dan l-iżvilupp ma kienx fil-prijoritajiet ta' din l-assoċjazzjoni. Għaldaqstant, l-art ser tiġi rritornata lura lid-Dipartiment tal-Artijiet.

MCCAA – investigazzjonijiet dwar geo-blocking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru investigazzjonijiet mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, dwar geo-blocking fejn allura konsumatur ma jkunx jista jixtri prodott ta’ ditta partikolari online li possibilment ikun irħas għax id-ditta jkollha policy li prodott jista’ jinbiegħ biss mill-outlets tagħha f’Malta? X’kien l-eżitu tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li sal-lum ma sarux investigazzjonijiet direttament fuq geo-blocking kif deskritt fil-Mistqosija Parlamentari. Dan is-suġġett qed jiġi diskuss b’mod attiv mal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, liema Ministeru huwa primarjament responsabbli mid-Digital Single Market Strategy. Dan is-suġġett huwa wieħed prinċipali, flimkien ma suġġetti oħra relatati, li ser jiġu ndirizzati flimkien mall-Membri Stati l-oħra. Fil-fatt, riċentament, kienu għaddejjin diversi konsultazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward, liema konsultazzjonijiet qed nistennew l-eżitu tagħhom.
Leg 12 PQ #22210 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Messaġġ tal-ewwel tas-sena — atturi u aġenziji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema persuna jew aġenzija pproduċiet il-messaġġ tiegħu lin-nazzjon f’lejlet l-ewwel tas-sena imxandar fuq l-istazzjon pubbliku? Jista’ jgħid ukoll min huma l-atturi li ħadu sehem f’din il-produzzjoni u fuq liema kriterju ntgħażlu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-produzzjoni tal-messaġġ kienet f’idejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Ma kienx hemm atturi.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21336 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21337 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (BONNICI, OWEN)

M’għandi xejn x’inzid mat-tweġiba li tgħajt għal mistoqsija parlamentari numru 21414.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — nefqa fuq reklamar u Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21338 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #21536 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21339 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21412 (wieħed u għoxrin elf, erba’ mija u tnax).
Leg 12 PQ #21537 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21340 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar, u għaldaqstant r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #22209 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Messaġġ tal-ewwel tas-sena — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-produzzjoni tal-messaġġ tiegħu lin-nazzjoni f'lejlet imxandar fuq l-istazzjoni pubbliku fl-ewwel tas-sena? Jista' jagħti rendikont tan-nefqa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ispiża totali kienet ta’ €8,474.50, imqassma hekk :- Filming u Editing €2,400 Direction & Coordination €1,150.50 Lighting €1,600 Transport €1,200 Drone Filming €2,124

Awtorità tad-Djar – spiża fuq pagi/tenders fil-qasam tal-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża f’pagi/tenders jew konsulenzi fil-Qasam tal-IT tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ispiża matul is-sena 2015 fil-qasam tal-IT, inkluż il-pagi, tenders jew konsulenzi, sa issa laħqet is-somma ta' €137,380.

Awtorità tad-Djar – proġett tal-IT

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19988, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol differenti ta’ IT se tkun qed tikseb l-Awtorità tad-Djar meta tikseb it-tender li qed toħroġ għas-sistema tal-Informazzjoni Teknoloġika?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-sistema l-ġdida tal-Informazzjoni Teknoloġika hija mistennija li tnaqqas diversi proċessi ripetittivi, u fl-istess ħin jonqos l-użu tal-files u karti permezz ta' document management, kif ukoll ipproċessar b’mod awtomatiku flok b’mod manwali. Barra minn hekk, finalment, is-sistema mistennija toffri wkoll servizzi online għall-klijenti tal-Awtorità tad-Djar.
Leg 12 PQ #21529 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21329 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21530 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21332 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21333 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn aktar x’ inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 21333.
Leg 12 PQ #21532 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21334 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif murija fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Expression of Interest — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inħarġu Expressions of Interest minn Marzu 2013 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-Expressions of Interest? Ġew reklamati fuq il-media? Jekk iva, fuq liema media ġie reklamat kull Expression of Interest ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – Chairman, Kap Eżekuttiv u Executive Heads — management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-persuna hemm fil-management tal-Awtorità tad-Djar, inkluż iċ-Chairman, Kap Eżekuttiv, u Executive Heads iillum u f’Marzu 2013? Kemm kienet l-ispiża u x’kienu l-gradi u l-pakketti finanzjarji inkluż perkaċċi tal-management f’Marzu 2013 u kemm huma llum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm l-Awtorità tad-Djar għandha periti impjegati magħha, kif ukoll oħrajn li jagħtu servizz fuq bażi definit, kemm b’direct order jew b’Expression of Interest? X’inhu l-ħlas għal kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 8 periti impjegati magħha u 10 periti li qed jagħtu servizz fuq bażi definit. Minn dawn l-10 periti li qegħdin fuq kuntratt definit, 7 qegħdin magħżula b’direct order u 3 b’expression of interest. Aktar dettalji qed jingħataw fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.