B'referenza għall-istqarrija tal-Gvern li saret ftit tal-jiem ilu li rreferit għal tqassim ta' riżorsi u equipment ta' logħob indoor lil diversi skejjel tal-istat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' skejjel li ngħataw dan l-equipment? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-pjan biex fil-futur equipment simili jitqassam ukoll lill-iskejjel tal-knisja u indipendenti? Jekk iva, meta se jsir dan it-tqassim? Jekk le, jista’ jgħid għaliex skejjel tal-knisja u indipendenti mhux se jgawdu minn tali inizjattiva?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, b’fondi Ewropej, inxtara apparat tal-isports għall-Iskejjel tal-Istat. Kien ilu jinħass il-bżonn li jinxtara apparat simili sabiex l-Iskejjel tal-Istat ikollhom apparat li jgħin lill-istudenti waqt attività sportiva. Skejjel tal-Knisja u/jew dawk Indipendenti għandhom il-fakultà li japplikaw għal kull Fond Ewropew relevanti huma stess.
L-Iskejjel primarji kollha tal-Istat fl-għaxar Kulleġġi ngħataw dan l-apparat:
Cheese mat, floor mat u springboard għall-ġinnastika, relay batons għall-atletika u agility step ladders għall-fitness
L-Iskejjel Medji u Sekondarji kollha tal-Istat fl-għaxar Kulleggi ngħataw dan l-apparat:
Mejda tat-table tennis, mejda tat-table soccer, mejda għall-isnooker/pool, swimming boards, relay batons għall-atletika u apparat għall-badminton.
Minbarra dan xi apparat imsemmi hawn fuq tqassam ukoll fl-ALP Paola, GEM 16+ tal-Gzira, Giovanni Curmi Higher Secondary tan-Naxxar, Mikelang Refalo Sixth Form t’Ghawdex, Education Hub fl-iMsida, il-Learning Resource Centre tal-Hamrun u l-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Local Enforcement System Agency (LESA) se tagħmel speed cameras fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi (il-bypass tas-Siġġiewi) biex jiġu evitati aktar inċidenti fatali? X' inhuma l-pjanijiet? Meta se jitwettqu?
Response (BONNICI, OWEN)
L- Aġenzija LESA sa llum ma rċieviet l-ebda talba jew applikazzjoni biex tiġi installata Speed Camera fil-Bypass tas-Siġġiewi.
Fid-dawl ta’ dan l-Aġenzija LESA ser tiddiskuti dan is-suġġett mal-Awtorita kompetenti, Transport Malta, fil-futur qarib biex wieħed jistabilixxi x’inhi l-aħjar azzjoni u deċiżjoni li għandha tittieħed.
Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Scheme – Plots f’Ħal Qormi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-valur oriġinali li d-Dipartiment tal-Artijiet ried iħallas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ħal Qormi? Minbarra fl-inħawi Ta’ Farsina, f’liema toroq ta’ Ħal Qormi jinsabu dawn il-plots? Kemm hu stmat li hu l-valur tas-suq tal-lum u li għad baqgħalhom jieħdu s-sidien oriġinali tal-art? Kemm-il dar jew familja hemm f’Ħal Qormi li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhijiex imħallsa mill-Gvern? Meta se jitħallsu dawn l-ammonti?
Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Scheme – Plots f’Ħal Luqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-valur oriġinali li d-Dipartiment tal-Artijiet ried iħallas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ħal Luqa? F’liema toroq ta’ Ħal Luqa jinsabu dawn il-plots? Kemm hu stmat li hu l-valur tas-suq tal-lum u li għad baqgħalhom jieħdu s-sidien oriġinali tal-art? Kemm-il dar jew familja hemm f’Ħal Luqa li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhijiex imħallsa mill-Gvern? Meta se jitħallsu dawn l-ammonti?
Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Scheme – Plots fis-Siġġiewi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-valur oriġinali li d-Dipartiment tal-Artijiet ried iħallas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme fis-Siġġiewi? Minbarra fl-inħawi ta’ Kirċeppu, f’liema toroq tas-Siġġiewi jinsabu dawn il-plots? Kemm hu stmat li hu l-valur tas-suq tal-lum u li għad baqgħalhom jieħdu s-sidien oriġinali tal-art? Kemm-il dar jew familja hemm fis-Siġġiewi li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhijiex imħallsa mill-Gvern? Meta se jitħallsu dawn l-ammonti?
Siġġiewi – Triq Mons Mikiel Azzopardi – miżuri ta’ saħħa u sigurtà
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24382 u peress li jien infurmat li l-Kunsill kien ressaq numru ta’ proposti lil Transport Malta f’Ottubru 2015, jista’ l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-miżuri mitluba fosthom twessiegħ ta’ bankini fil-kantunieri, reviżjoni tal-linji tal-karreġjati, stallazjoni ta’ tabelli u miżuri oħrajn neċessarji ta’ saħħa u sigurtà fi Triq Mons Mikiel Azzopardi (il-bypass tas-Siġġiewi) biex jiġu evitati aktar inċidenti fatali? X’ inhuma l-pjanijiet? Liema huma l-miżuri li se jitwettqu? Meta se jitwettqu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġa ġie sjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 24382, wara li l-Kunsill Lokali ressaq il-proposti msemmija f’Ottubru 2015, Transport Malta talbet iktar informazzjoni lill-Kunsill, liema informazzjoni waslet għand l-Awtorita’ fl-4 t’April 2016. Din se tiġi evalwata u l-Kunsill Lokali se jiġi nfurmat bid-deċiżjonijiet meħuda.
Siġġiewi – Triq Mons Mikiel Azzopardi – miżuri ta’ saħħa u sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru speed cameras u meta se jittieħdu miżuri oħra ta’ saħħa u sigurtà fi Triq Mons Mikiel Azzopardi (il-bypass tas-Siġġiewi) biex jiġu evitati aktar inċidenti fatali? X’inhuma l-pjanijiet? Meta se jitwettqu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li talbiet għal speed cameras ma jiġux sottomessi lil Transport Malta iżda għandhom jintbagħtu lill-Local Enforcement System Agency(LESA) li min-naħa tagħhom ikomplu jipproċessawhom skont il-proċeduri stabbiliti.
Rigward miżuri oħra ta’ sigurta jien infurmat li permezz ta’ korrispondenza datata 28 ta’ Jannar 2015 Transport Malta approvat pjanta li tinkludi: pelican crossing viċin kantuniera ma’ Triq il-Ħsad, build-outs fil-kantunieri tal-viċin biex jiġi kkontrollat aħjar is-sewqan eċċessiv, waiting-lane biex il-karozzi jkollhom fejn jistennew qabel ma jidħlu fi Triq l-Andar filwaqt li tnaqqset il-wisa’ tal-karreġjati biex tipprojbixxi l-vetturi milli jaqbżu ‘l xulxin.
Fit-13 ta’Marzu, waqt laqgħa fuq il-post, il-Kunsill Lokali kien fi qbil li jimplimenta l-linji tal-karreġjati skont l-approvazzjoni tat-28 ta’ Jannar 2015. Permezz ta’ korrispondenza elettronika datata 16 ta’ Marzu 2015 Tranpsort Malta approvat ukoll linja kontinwa matul Triq Mons. Mikiel Azzopardi, filwaqt li ggwidajna l-Kunsill Lokali dwar xi proposti oħrajn li ssemmew waqt laqgħa fuq il-post.
Fit-12 ta’ Ottubru 2015 l-Awtorita’ rċeviet numru ta’ proposti li dwarhom il-Kunsill Lokali kellu jagħmel laqgħa ta’ konsultazzjoni mar-residenti. Fid-19 ta’ Ottubru 2015, l-Awtorita` tablet lill-Kunsill Lokali sabiex jgħaddilha l-minuti ta’ din il-laqgħa u l-fehmiet tar-residenti dwar dawn il-proposti sabiex inkunu nistgħu l-Kunsill Lokali b’mod aħjar. Fis-6 ta’ Jannar 2016 l-Awtorita` reġgħet fakkret lill-Kunsill Lokali sabiex jibgħat l-informazzjoni li kienet intalbet f’Ottubru 2015. Din l-informazzjoni waslet għand l-Awtorità fl-4 t’April 2016 fejn din se tiġi evalwata u l-Kunsill Lokali jiġi nfurmat bid-deċiżjonijiet meħuda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pensjonanti tas-Servizzi Brittaniċi, sena b’sena, li mill-1979 tnaqqsitilhom xi parti mill-pensjoni kontributorja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba minħabba li tali informazzjoni ma tinżammx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, sena b’sena, kien l-ammont totali li tnaqqas mill-pensjoni kontributorja lill-pensjonanti tas-Servizzi Brittaniċi mill-1979 lil hawn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba minħabba li tali informazzjoni ma tinżammx.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21329 u 21529 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Ministeru għat-Turiżmu — Nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21332 u 21530 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21333 u 21531 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq reklamar u informazzjoni hija kif ġej;
Ministeru u Dipartimenti
2013 - €32,786.73
2014 - €23,100.21
2015 - €24,756.92
Transport Malta
2013 – €177,248.93
2014 – €154,710.43
2015 – €113,340.57
Grand Harbour Regeneration Corporation
2013 –€1,535.29
2014 –€1,937.73
2015 –€4,367.47
Malta National Laboratory Ltd — proċess ta' likwidazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15030, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-likwidatur konkludix ir-rapport ta’ likwidazzjoni u meta se jitħallsu l-membri li kien hemm fuq il-Bord tal-Malta National Laboratory?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Likwidatur informa lill-Awtorita’ Maltija ghall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li l-proċess tal-Likwidazzjoni tal-‘Malta National Laboratory’ għandu jiġi konkluż sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Kull ħlas dovut jiġi mħallas wara l-konklużjoni ta’ dan il-proċess.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn inxtara l-liquid hand wash għall-Garaxx tal-Gvern mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm intefaq f’xiri ta’ hand wash kull sena? Kif ingħata l-kuntratt ta’ xiri ta’ liquid hand wash?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 6414 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 348, nhar it-Tnejn 25 ta' Jannar 2016)
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 213932 u jgħid x’kienet in-nefqa totali tal-Gvern fuq reklamar u informazzjoni dwar il-Budget 2016? Fuq xiex intefaq dan l-ammont? Min kienu u kemm tħallsu l-kuntratturi li ħadmu fuq dan ix-xogħol? Liema xogħol ingħata b’tender u liema xogħol ingħata wara sejħa pubblika?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-ispiza fuq il-kampanja ta’ informazzjoni dwar il-Budget 2016 kienet ta’ €200,560. Din tkopri spejjez marbuta ma’ filming, editing, dwal, sound, produzzjoni ta’ avvizi informattivi fuq gazzetti, televizjoni, radju u online, konferenzi tal-ahbarijiet u logistika kollha relatata. Din l-ispiza kienet €19,440 jew 9% inqas mill-ispiza fuq il-kampanja ta’ informazzjoni dwar il-Budget 2015.
Ix-xoghol sar minn Force 5, webee, Que Sound, Nexos, TEC, HALO, AF Signs, Matthew Cesareo, Aaron Briffa, Centrecom, Vintage Concepts, Ikona Artworks u PBS. Ix-xoghol inghata skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern, wara li intalbu kwotazzjonijiet.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ispiza fuq il-Budget 2016 kienet ukoll €184,762 jew 48% inqas minn kemm kienet l-ispiza marbuta mal-kampanja ghall-Budget 2013, l-ahhar budget tal-gvern li kien jaghmel parti minnu, li kien maghruf minn qabel li ma kienx se jigi approvat mill-Parlament. L-ispiza fuq il-kampanja ghall-Budget 2013 kienet ta’ €385,322. L-approvazzjoni ghall-hlas ta’ din l-ispiza ingħatat mill-Ministru tal-Finanzi ta’ dak iz-zmien, lejliet id-data tal-ahhar elezzjoni generali.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 21341 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Tista' l-Ministru twiegeb mistoqsija parlamentari 21342 u tgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtha? Tista' tagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 21343 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jara li d-dawl fil-Qormi Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi jergħu jinxtegħel, minħabba li tfal u żgħażagħ qed jitħallew jilagħbu filgħaxija b’mod perikoluż?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-Qormi Sports and Fitness Park qed isir eżercizzju ta’ verifika fuq il-konsum tad-dawl peress li l-kontijiet qed ikunu iktar għoljin minn norma.
Qormi Sports and Fitness Park – manutenzjoni fuq bandli
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni fuq bandli u apparat ieħor fil-Qormi Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, minħabba li tfal u żgħażagħ qed jitħallew jilagħbu f’dan il-park b’detriment għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni ta’ dan il-park qed issir b’mod regolari, u kull tiswija li jkun hemm bżonn qegħda ssir.