B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26159 u peress li kien hemm numru mhux ħażin ta’ ġenituri li lmentaw dwar iż-żieda qawwija fit-tariffi għat-trasport għat-tfal tal-iskola, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tgħid meta se tiġi konkluża l-investigazzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Informata li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għaddej bl-investigazzjoni dwar il-każ. Filwaqt li l-Uffiċċju qiegħed jagħti prijorità lil din l-investigazzjoni, f’dan l-istadju ma tistax tingħata data definittiva meta l-investigazzjonijiet se jiġu konklużi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26161 jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xandir tal-Isports Forum fuq TVM 2 kienx kopert bħal Public Service Obligation? Peress li l-Ministru wieġeb li dan l-avveniment kien kopert minn ftehim kummerċjali, jista’ l-Ministru jispjega aħjar x’kien hemm kummerċjali fix-xandir ta’ trasmissjoni ta’ diskussjoni pubblika bħal din?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż tekniċi marbuta mal-filming ta’ dan l-avveniment li sar fuq jumejn, ġew koperti minn Sport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba, matul din is-sena skolastika, tfal minn skejjel tal-Gvern, li jkollhom statemented LSA one-to-one intbagħtu lura d-dar minħabba nuqqas ta' LSA? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni b’mod globali kif ukoll għal kull skola u kull kulleġġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li kien hemm numru mhux ħażin ta’ ġenituri li lmentaw dwar iż-żieda qawwija fit-tariffi għat-trasport għat-tfal tal-iskola, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta Għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) stħarrġitx kemm hemm familji li se jkunu milquta minn dawn iż-żidiet? Jekk iva, tista’ tgħid kemm hemm familji involuti? Tista’ wkoll tgħid jekk il-ġenituri ġewx infurmati dwar ix-xogħol li qiegħda tagħmel l-MCCAA biex tindirizza din il-kwistjoni? Jekk iva, kif ġew infurmati u kemm-il laqgħat ġew organizzati mal-ġenituri konċernati? Jekk fin-negattiv, tista’ tispjega għaliex dan ma sarx? Tista’ tgħid jekk l-investigazzjoni li qed tagħmel l-MCCAA, ġietx konkluża u jekk le taħsibx li din il-kwistjoni għandha tkun mogħtija prijorità ħalli l-ġenituri jkunu jafu jekk għandhomx iħallsu t-tariffi l-ġodda jew le qabel ma tibda s-sena skolastika li ġejja? Jekk din l-investigazzjoni ġiet konkluża tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni tal-Awtorità?
Response (DALLI, HELENA)
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għadu għaddej bl-investigazzjoni dwar iż-żieda fit-tariffi tat-transport tat-tfal tal-iskola.
F'dan l-istadju l-Uffiċċju għalkemm ħa in konsiderazzjoni dak li kellhom xi jgħidu l-ġenituri fl-ilment tagħhom, ħass li kellu jikkuntatja direttement lill-parti investigata u lill-iskejjel. Madakollu, l-Uffiċċju ma jeskludix li jista' jiltaqa’ ma’ xi ġenituri jekk in-neċessita’ tirrikjedi.
L-Uffiċċju m'għandux in-numru ta’ familji li jistgħu jiġu milquta mis-sena skolastika li jmiss.
MCCAA – Investigazzjoni fuq żieda ta’safe deposit boxes
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġietx konkluża l-investigazzjoni li kellha tagħmel l-MCCAA wara li f’Settembru tas-sena l-oħra bank li ismu qed jingħata separatament kien żied it-tariffi tas-safe deposit boxes? Tista’ tgħid kemm-il laqgħa saret mill-MCCAA ma’ dawk il-konsumaturi li ġew milquta b’dawn iż-żidiet u meta kien dan? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta’ din l-investigazzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Permezz tal-intervent tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA, t-termini u l-kundizzjonijiet relattivi għas-servizz ta’ safe deposit boxes, ġew minnufih riveduti mill-bank konċernat, u bħala riżultat ta’ dan ġiet żgurata l-konformità mal-liġijiet applikabbli fl-aħjar interess u għall-protezzjoni tal-konsumaturi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-PBS it-trasmissjoni fuq TVM2 tal-Isports Forum li ġie organizzat minn Sport Malta bejn it-22 u t-23 ta’ April 2016? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ mistiedna li ġew intervistati waqt il-programm speċjali li sar fuq l-istess stazzjoni matul din l-istess trasmissjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjez marbuta ma’ dan l-avveniment kienu koperti permezz ta’ ftehim kummerċjali bejn il-PBS u Sport Malta. In-nies li ġew intervistati fl-istudio jew inkella ġie imxandar b’mod dirett l-intervent tiegħu/tagħha matul il-jumejn tal-Forum Nazzjonali huma:
Onor. Luciano Busuttil, Ċermen, SportMalta
Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport
Onor. David Agius, Kelliem għall-Oppozizjoni
Mark Cutajar, Kap Eżekuttiv, SportMalta
Julian Pace Bonello, President Kumitat Olimpiku Malti
Yves Le Lostecque, Kap tad-Dipartiment, Politika tal-Isport u l-Programmi, DG EAC, Kummissjoni Ewropea
Agata Dziarnowska, Uffiċjal tal-Politika tal-Isport u l-Programmi, DG EAC, Kummissjoni Ewropea
Dr John M. Cachia, Kummissarju, Uffiċċju tal-Kummisarju għas-Saħħa Mentali
Dr Jesmond Schembri, Maniġer Customer Care, Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali
David Gatt, Kap tal-Kommunokazzjoni, Maltco
Dr Karen Zammit Southernwood, Kap tat-Taqsima Regolatorja, SportMalta
Dr Charmaine Gauci, Direttur, Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u prevenzjoni tal-Mard, Ministeru tas-Saħħa
Joe Cassar, Head International and Events Department, MFA
Dr Marcello Presilla, Integrity Executive Sports Radar
Marco Mazzi, Rapprezentat ta’ Atleti Internazzjonali
Alvin Grech, Kap Eżekuttiv Gozo Sports Board
Miriam Teuma, Kap Eżekuttiv Aġenzija Żgħażagħ
Renzo Kerr-Cumbo, Senior Sports Lecturer, Istitut għas-servizzi tal-Komunita’, MCAST
Marijke Fleuren, President, Federazzjoni Ewropea tal-Hockey
Mr. Nicola Pietrangeli, Champion Taljan tat-Tennis,
Mr. Dermot Galea, Senior Facility Manager
Mr. Pierre Cassar, Kap Eżekuttiv, Awtorita’ tax-Xandir
Mr. Kevin Azzopardi, Uffiċjal Eżekuttiv tal-Edukazzjoni Fiżika
Mr. Mario Saliba, Segretarju Ġenerali, MESA
Dr Chris Bonett, Awtur tad-Dokument ta’ Konsultazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi
Mr. Robert Portelli, Kap tal-Programmi, SportMalta
Ms. Vlada Kravchenko, Paralympics Swimmer
Mr. Alfred Effiong, National Football Team Player
Ms. Josephine Grima, National Basketball Team Player
Mr. Karl Izzo, National Waterpolo Coach
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapurtati f’Ħal Qormi fl-aħħar xahar? X’tip ta’ serq ġie rrapurtat? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul ix- xahar ta’ Mejju 2016 ġew irrapurtati sebgħa u tletin (37) każ ta’ serq lill-Pulizija fil-lokalita’ ta’ Ħal-Qormi. Dettalji dwar it-tip ta’ serq irrapurtat, tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Minn dawn kien hemm erbgħa (4) każi li ġew solvuti. Fi tnejn minn dawn il-każi l-persuni suspettati diġa ġew imressqa il-Qorti filwaqt li għaż-żewġ każi l-oħra, il-persuni suspettati ser jitressqu il-Qorti dalwaqt.
Attachments:PQ 25782 - Hal-Qormi - Kazijiet ta Serq.docx
Jista’ l-Ministru jgħid hux konxju tal-biża’ li qed jitnissel fost l-anzjani minħabba serq li qed isir fit-toroq ta’ Ħal Qormi fejn l-aggressur qed jiġbed il-ġiżirajjen minn ma’ għonq l-anzjani? Jista’ jassigura li jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex din l-aggressjoni tiġi mrażżna? X’qed isir bħalissa rigward dawn il-każijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li wara l-inċidenti li seħħew dan l-aħħar fil-lokalita ta’ Ħal-Qormi, fejn anzjani spiċċaw fil-mira ta’ kriminali li jisirqu ġiżirajjen , żdiedu l-investigazzjonijiet, li għadhom għadejjin, fejn anke ġew arrestati xi suspettati. Barra minn dan il-Pulizija anke żiedet il-presenza tagħha f’lokalitajiet u f’ħinijiet regulari u dan anke fid-dawl ta’ serq ieħor fl-istess lokalita, tant li diġa kien hemm riżultati posittivi, wara li riċentement saru arresti ta’ żewġ persuni barranin li eventwalment ġew akkuzati b’serq. Il-Pulizija ser tkompli bil-ħidma tagħha f’din il-lokalita biex tizgura li dawn ir-reati u oħrajn ma jseħħux jew jittrazznu.
Jista l-Ministru jikkonferma li l-parteċipazzjoni Maltija fil-Eurovision fi Stokkolma swiet aktar minn miljun ewro?
Response (BONNICI, OWEN)
Għalkemm l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali, nassigura li l-ammont huwa ferm inqas minn miljun ewro, liema ammont ġie kopert kollu mir-reklamar.
Parteċipazzjoni Maltija fil-festival tal-Eurovision
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 25522, 25523 u 25524, jista’ l-Ministru jgħid iż-żieda ta’ 120% f’reklamar fuq is-snin ta’ qabel koprietx in-nefqa ta’ miljun ewro għall-parteċipazzjoni Maltija fi Stokkolma?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 25694.
Awtorità tax-Xandir – Chairperson – Eurovision Song Contest
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir telgħet Stokkolma għall-Eurovision Song Contest? X’kien l-skop tal-mawra? Kemm swiet fit-total din il-mawra inkluż vjaġġi, akkomodazzjoni u perkaċċi?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tax-Xandir — Chairperson - Eurovision Song Contest
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir tela mad-delegazzjoni tal-PBS, bħala parti mid-delegazzjoni jew mhux, jara l-Eurovision Song Contest matul is-snin?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra.
Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision – break down ta’ nefqa
Question
Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippublika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jgħid kemm kienet l-ispiża totali u l-break down tan-nefqa għall-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision li sar f’Malta aktar kmieni din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra.
Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision — ħlasijiet
Question
Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippublika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jgħid xi ħlasijiet saru jew għad iridu isiru u fuq xiex saru għall-organizzazzjoni tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision li sar f’Malta aktar kmieni din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra.
Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippublika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jgħid kemm kienet l-ispiża totali u l-break down tagħha tal-parteċipazzjoni Maltija fil-festival tal-Eurovison fi Stokkolma din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra.
Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippublika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jgħid x’kienet in-nefqa fuq il-parteċipazzjoni Maltija f’kull edizzjoni tal-Eurovision fl-aħħar 10 snin?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn educational psychologists li qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-Kulleġġi madwar il-pajjiż? Kemm hemm tfal li qed jistennew li jkunu assessed minn dawn il-professjonisti u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti abbażi ta’ kulleġġi sabiex it-tfal li għandhom bżonn LSA, ikunu moqdija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-istaff complement tal-iSchool Psychological Services hu kif ġej:
· 1
Managing Psychologist
· 2
Warranted Educational Psychologists
· 1
Warranted Educational Psychologist
li taħdem b’kundizzjonijiet ta’ għalliema
· 3
Psychology Assistants
ikkwalifikati f’Educational Psychology li iżda qed jistennew il-
warrant
· 1
Psychology Assistant
li hija kkwalifikata fil-Psikoloġija Klinika li iżda qed tistenna il-
warrant
· 2
Psychology Assistants
li qed ikomplu bl-istudji tagħhom
· 1 Educational Psychologist bil-
warrant
li qiegħda fuq
career break
· 1 Educational Psychologist li qiegħda fuq
parental leave
In-numru ta’ studenti li qed jistennew l-assessjar għal xi kwalità ta’ sapport hu kkalkulat mill-psikoloġi tal-Kulleġġi abbażi tal-informazjoni misluta mir-referral form. Mhux l-istudenti kollha li jiġu referuti jinstab li jeħtieġu dan is-sapport wara li jiġu assessjati. Barra minn hekk, dawk li jinstab li għandhom bżonn sapport mhux kollha jkollhom bżonn sapport fil-forma ta’ LSA.
L-informazzjoni kulleġġ b'kulleġġ hija kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:
Kulleġġ
Assessments
maħsubali huma għal sapport
Assessments
għall-MATSEC
Access Arrangements
li daħlu s’issa
Assessments
oħra
Total
fuq bażita’
Kulleġġ
Għawdex
56
Għadhom ma daħlux
18
74
Maria Reġina
121
41
73
235
San Ġorġ Preca
55
35
21
111
San Benedittu
101
Għadhom ma daħlux
67
168
Santa Klara
31
22
6
59
San Injazju
32
29
73
134
Santa Margerita
150
18
24
192
San Nikola
64
Għadhom ma daħlux
26
90
Santa Tereża
86
Għadhom ma daħlux
32
118
San Tumas More
145
Għadhom ma daħlux
56
201
L-applikazzjonijiet għall-Access Examination Arrangements tal-MATSEC għadhom qed jidħlu u għaldaqstant hawn fuq ingħatat l-informazzjoni bbażata fuq l-applikazzjonijiet li daħlu s’issa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni għandhiex il-ħsieb li tagħti l-approvazzjoni għal rounding up tar-rati tat-televoting bl-sms kif jidher li diġà huma r-rati tat-televoting li jsiru bil-linji fissi tat-telefon?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Skond deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, ir-rati massimi tat-televoting li jsiru bil-linji fissi tat-telefon jiddependu min-numru tat-telefon illi jkun irreklamat. Mill-banda l-oħra, ir-rati tat-televoting bl-sms huma stabbiliti bi ftehim bejn l-operaturi tat-telefon mobbli, u xejn ma jwaqqaf lil dawn l-operaturi milli jiftehmu sabiex isir tali rounding.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision li sar f’Malta aktar kmieni din is-sena? Jista’ jagħti break down tan-nefqa kif saret u fiex saret?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal PBS, din is-sena kien hemm żieda ta’ 120% fuq is-snin ta’ qabel fid-dħul mir-reklamar u sponsors u għaldaqstant dan id-dħul addizzjoniali wassal biex il-PBS setgħet tesegwixxi l-politika tagħha ta’ awto-finanzjanment u awto-sostenibilita’.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlasijiet saru jew għad iridu isiru għall-organizzazzjoni tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision li sar f’Malta aktar kmieni din is-sena? Lil min saru jew għad iridu jsiru dawn il-pagamenti? X’valur għandu kull pagament f’kull każ u għalxiex sar jew se jsir? Kemm, liema huma u lil min saru l-pagamenti ta’ tenders fuq direct orders?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal PBS, din is-sena kien hemm żieda ta’ 120% fuq is-snin ta’ qabel fid-dħul mir-reklamar u sponsors u għaldaqstant dan id-dħul addizzjoniali wassal biex il-PBS setgħet tesegwixxi l-politika tagħha ta’ awto-finanzjanment u awto-sostenibilita’.