Festival tal-Eurovision — spiża fuq il-parteċipazzjoni Maltija
Question
Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippubblika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25692 li ilha l ġiet sottomessa minn Mejju 2016? Għala għadu ma tax l-informazzjoni mitluba, ċjoè, kemm kienet l-ispiża totali u l-break down tagħha tal-parteċipazzjoni Maltija fil-Festival tal-Eurovision fi Stokkolma din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26759.
Eurovision — nefqa fuq il-parteċipazzjoni ta' Malta
Question
Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippubblika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25693 li ilha li ġiet sottomessa minn Mejju 2016? Għala għadu ma tax l-informazzjoni mitluba ċjoè, x'kienet in-nefqa fuq il-parteċipazzjoni Maltija f'kull edizzjoni tal-Eurovision fl-aħħar 10 snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26759.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari W 373 tista’ l-Ministru tgħid jekk l-investigazzjoni dwar pompa tal-petrol lokali li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel f’Jannar tas-sena l-oħra, ġietx konkluża min-naħa tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-MCCAA? Tista’ tgħid x’kienu l-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din id-deċiżjoni anke f’format mhux kunfidenzjali u x’kienet il-ħsara li sofra l-konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ stqarrija ta’ oġġezzjonijiet lill-partijiet investigati. Skont l-Att dwar il-Kompetizzjoni ingħata access għal-fajl tal-każ u wara l-partijiet ippresentaw is-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub u żviluppaw l-argumenti bil-fomm.
L-Uffiċċju huwa fil-proċess li jiffinalizza d-deċiżjoni.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta’ ħidma tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur li ġie maħtur fis-17 ta’ Ġunju 2013 għall-perjodu ta’ tliet snin?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26159, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-każ dwar iż-żieda fit-tariffi għat-trasport għat-tfal tal-iskola hux qed jiġi investigat ukoll mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA? Jekk dan mhux il-każ, tista’ tispjega għalfejn dan mhux qed isir?
Response (DALLI, HELENA)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant lin-natura tal-kwistjoni tmur oltre l-kompetenzi tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, li effettivament ma jistax jinvestiga għaliex il-kontroll ta’ dawn it-tariffi mmur oltre l-kompetenzi ta’ dan l-Uffiċċju kif stabbiliti fil-liġi.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26159 tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jew l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-MCCAA ħarġux interim measure, jew xi miżura oħra, sabiex ma jidħlux fis-seħħ iż-żieda fit-tariffi għat-trasport għat-tfal tal-iskola qabel ma jiġu konklużi l-investigazzjonijiet meħtieġa? Jekk din l-interim measure, jew miżura oħra, ma nħarġitx tista’ tispjega għalfejn dan ma sarx?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni jista’ joħroġ interim measure f’kaz li jkun hemm riskju li ssir ħsara serja u irreparabbli lill-kompetizzjoni u dan fuq sejba ta’ ksur prima facie tal-artikoli 5 u / jew 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni. Sa issa l-Uffiċċju ma sabx każ li prima facie hemm ksur ta’ dawn l-artikoli.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26159 u fl-isfond tal-fatt li possibbilment numru kbir ta’ ġenituri ser ikunu ffaċċjati b’tariffi għola għat-trasport għat-tfal tal-iskola tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, jew l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA għamlux analiżi dwar x’inhuma l-alternattivi għall-ġenituri biex ma jħallsux dawn it-tariffi għola meta tibda s-sena skolastika l-ġdida? Jekk iva x’inhuma l-konklużjonijiet li wasslu għalihom? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-analiżi? Jekk din l-analiżi ma saritx tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ma saritx?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni qed jagħmel l-investigazzjoni dwar jekk iż-żieda minn wieħed mill-operaturi li jipprovdi t-transport għat-tfal tal-iskola tikkosstitwixxi xi ksur tal-Att dwar l-Kompetizzjoni. F’dan l-isfond qed jara fost affarijiet oħra, it-tariffi li qed jiġu offruti minn operaturi oħra fis-settur.
Stazzjon Nazzjonali — Programm “Realtà” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Realtà” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Realta’ li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali — Programm “Reporter” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Reporter” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Reporter li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali – Programm “Skjetti” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Skjetti” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Skjetti li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali – Programm “Times Talk” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Times Talk” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Times Talk li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali – Programm “Xarabank” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Xarabank” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Xarabank li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali – Programm “Twelve2Three” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Twelve2Three” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Twelve2Three li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Awtorità tax-Xandir – attendenza taċ-Chairperson għall-Eurovision Song Contest
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25640 u jikkonferma li ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir telgħet Stokkolma għall-Eurovision Song Contest? X’kien l-skop tal-mawra? Kemm swiet fit-total din il-mawra, inkluż vjaġġi, akkomodazzjoni u perkaċċi?
Awtorità tax-Xandir – attendenza taċ-Chairperson għall- Eurovision Song Contest
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25641 u jgħid kemm-il Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir tela’ mad-delegazzjoni tal-PBS, bħala parti mid-delegazzjoni jew mhux, biex jara l-Eurovision Song Contest matul is-snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma kien hemm każ fejn chairperson tal-Awtorita tela’ għall-Eurovision. Bhala punt ta’ kjarifika, ċ-chairperson tal-Awtorita' din is-sena telgħet Stokkholma għall-Eurovision, pero’ din ma kinetx tifforma parti mid-delegazzjoni tal-PBS. Fil-fatt, l-ispejjeż tal-mawra ġew koperti mill-Awtorita’ tax-Xandir u ammontaw għal Euro 3453.25. Irid jingħad li fis-snin l-imgħoddija l-Awtorita’ tax-Xandir kienet membru sħiħ tal-EBU. F’Malta sew iċ-chairperson u uffiċċjali tal-Awtorita’ ġieli attendew attivitajiet li kienu qed jiġu organizzati mill-PBS Ltd.
Stazzjon Nazzjonali — Programm TVAM – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm TVAM fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm TVAM li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali — Programm “Dissett” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Dissett” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Dissett li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali — Programm “Lifestyle & Co” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Lifestyle & Co” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Lifestyle & Co li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali — Programm “Niskata” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Niskata” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Niskata li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.