Ħal Luqa – lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Luqa diġà hemm lift u meta sar? Jista’ jgħid ukoll f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali għad ma hemmx lift f’Ħal Luqa? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu stallati dawk il-lifts li għadhom ma sarux?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-lokalita’ ta’ Ħal Luqa ma hemmx blokkok ta’ appartamenti soċjali b’lift installat, u ma hemmx applikazzjonijiet pendenti gžall-installar ta’ lifts fl-istess lokalita’.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ġewwa l-blokkok f’Ħal Luqa fejn ma hemmx lift mhux neċessarjament li d-dinamika tal-post tippermetti li joqgžod lift. Tajjeb li jingħad li, il-periti tal-Awtorita’ tad-Djar iħejju analiżi teknika għall-kunsiderazzjoni ta’ installar ta’ lift meta ssir applikazzjoni.
Is-Siġġiewi – lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi diġà hemm lift u meta sar? Jista’ jgħid ukoll f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali għad ma hemmx lift fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu stallati dawk il-lifts li għadhom ma sarux?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ġewwa s-Siġġiewi hemm lift installat fil-blokkok imsemmija fit-tabella t’hawn taħt:
Blokk / Indirizz
Lokalita’
Binja Hesri, Ent B
Siggiewi
Binja Hesri, Ent C
Siggiewi
Binja Hesri, Ent D
Siggiewi
Binja Hesri, Ent E
Siggiewi
Binja Hesri, Ent F
Siggiewi
Binja Hesri, Ent G
Siggiewi
Binja Hesri, Ent H
Siggiewi
Blk 2, Ent B
Triq Ramija
Siggiewi
Blk 3, Ent A
Triq Ramija
Siggiewi
Blk 3, Ent B
Triq Ramija
Siggiewi
Dawn il-lifts kienu installati bejn l-1993 u l-2016. Fil-lokalita’ tas-Siġġiewi, bħalissa, ma hemmx applikazzjonijiet pendentti għall-installar ta’ lifts.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għal dawk il-blokkok ġewwa s-Siġġiewi, fejn ma hemmx lift installat, mhux neċċesarjament li huwa possibli li jiġi installat minħabba d-dinamika tal-post. Tajjeb li jingħad li, l-periti tal-Awtorità tad-Djar iħejju analiżi teknika gžall-konsiderazzjoni ta’ installar ta’ lift meta ssir applikazzjoni.
Programm IIP – għotjiet li ħadu għaqdiet mhux governattivi
Question
B’referenza għal dak li deher fil-mezzi tax-xandir li għaqdiet mhux governattivi ħadu għotjiet mill-programm IIP, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet li gawdew minn għotja? Fuq liema proġetti ngħataw il-fondi dawn l-għaqdiet? Kemm ingħataw fondi għal kull proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa li saret biex għaqdiet japplikaw għal dawn il-fondi? X’kienu l-kriterji tal-għażla? Min kien fuq il-bord tal-għażla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment ma jagħti l-ebda donazzjoni lil għaqdiet volontarji u għaldaqstant ma hemm bżonn ta’ ebda board u ma saret l-ebda sejħa. Kull familja li tapplika għall-programm hija s'intendi fil-libertà kollha tagħha sabiex tagħżel l-għaqda mhux governattiva li trid jew iridu huma jekk ikunu jixtiequ li jagħtu xi donazzjoni. Għaldaqstant id-donazzjonijiet li dehru fil-mezzi tax-xandir u d-donazzjonijiet li qed jirreferi għalihom l-Interpellant huma bon volonta tal-familji li qed japplikaw għall-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment u li nafu bihom.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni — Sid ta’ pompa ta’ petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel
Question
B’referenza għall-każ tas-sid ta’ pompa ta’ petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel, peress li l-ebda mit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 28522 u 28521 ma jwieġbu għall-mistoqsija li għamilt u ċjoè dwar jekk min għamel it-talba biex tinħareġ interim measure ġiex infurmat bid-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) dwar jekk din it-talba ġietx milqugħa jew le, allura tista’ l-Ministru tgħid jekk min għamel it-talba ġiex infurmat mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) li t-talba tiegħu biex tinħareġ interim measure ntlaqetx jew le? Jekk ma ġiex infurmat tista’ l-Ministru tispjega għalfejn dan ma sarx u għalfejn it-talba ma ġietx milqugħa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata illi miżuri interim jistgħu jiġu ordnati biss mid-Direttur Ġenerali fuq inizjattiva tiegħu stess u dan ai termini tal-artikolu 15 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni. Minkejja li l-Ufiċċju għall-Kompetizzjoni jista’ jkollu talba ta’ min għamel l-ilmentjew organizzazzjoni għal ħruġ ta’ miżura interim fil-każ ta dan l-aħħar id-Direttur Ġenerali mhux obbligat joħrog deċiżjoni. Kif jirriżulta mid-deċiżjoni li ħareġ u ppublika l-Uffiċċju, ma kien hemm l-ebda ħruġ ta' miżura interim. Rigward l-aħħar mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- Mistoqsija Parlamentari 28521. Għaldaqstant it-tweġiba tingħata biss wara illi l-kawżi jinstemgħu quddiem il-Qrati u s-sentenzi jsiru finali.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28520 fejn il-Ministru rriferitni għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27947 niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-mistosija tiegħi kienet tikkonċerna multi amministrattivi imposti mill-Uffiċċju wara li jkun instab ksur ta’ żewġ artikoli speċifiċi tal-Att tal-Kompetizzjoni u mhux dawk indikati fit-tweġiba għall-mistosija parlamentari 27947 u għalhekk nitlob lill-Ministru tgħid kemm kemm-il multa amministrattiva ġiet imposta fuq intraprizi mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) għal xi ksur tal-artikolu 5 jew 9 tal-liġi tal-kompetizzjoni minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li kif weġibt għall-mistoqsija parlamentari 27947, mill-2011 sal-lum, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni impona dawk il-multi imsemmija u speċificament fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 5 jew 9 tal-liġi tal-kompetizzjoni ma ġietx imposta l-ebda multa.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28519 tista' l-Ministru tgħid kif id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minkejja is-sentenza kostituzzjonali tat- 3 ta’ Mejju 2016 xorta ħareġ deċiżjoni fejn instab li kien hemm ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni fil-każ tas-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel? Tista' l-Ministru tindika dawk l-artikoli fil-liġi tal-Kompetizzjoni li jagħtu l-poter lid-Direttur enerali (Kompetizzjoni) biex joħroġ din id-deċiżjoni mingħajr ma jimponi multi amministrattivi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li peress li Falzon Group Holdings Limited u San Lucian Oil Company Limited preżentaw rikors ta’ appell quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur u kif ukoll rikors kostituzzjonali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), l-Uffiċċju m'huwiex f’pożizzjoni li jikkumenta peress il-każ huwa sub judice.
Federation of Estate Agents — Statement of Objections
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28519, tista' l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju irtirax l-Istatement of Objections li kien ħareġ fil-konfronti tal-Federation of Estate Agents?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li wara s-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell, l-Istatement of Objections m'għadhiex iktar applikabbli.
Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali — Statements of Objections
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28518, tista' l-Ministru tgħid jekk f’dawn il-każijiet inħarġux Statement of Objections? Jekk iva, kemm minn dawn inħarġu u liema setturi dawn jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28518, l-Uffiċċju ħareġ Statement of Objections wieħed. Dan inħareġ din is-sena fir-rigward ta’ miżuri interim fis-settur tad-divertiment.
Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) — interim measures - talbiet
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28521, tista' l-Ministru tgħid id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) saritlux talba biex tinħareġ interim measure minn xi intrapriża jew organizzazjoni oħra?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) rċieva talba waħda minn organizzazzjoni sabiex joħrog interim measure.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – European Consumer Summit – interventi taċ-Chairperson
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-interventi li għamel iċ-Chairperson fil-European Consumer Summit li sar fi Brussel f’Ġunju 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ċ-Chairperson tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma kellux interventi waqt il-Consumer Summit.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa pubblika organizza l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn Ġunju 2013 ‘il hawn? Meta ġew organizzati dawn il-laqgħat u x’kienu t-temi diskussi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minn Ġunju 2013 ‘l hawn saret laqgħa waħda ma’ l-awtoritajiet fejn kienet mistiedna l-media. Din kienet Business Lunch intitolata Il-Kultura tal-Customer Care fi ħdan l-Awtoritajiet: Kemm hija effetiva? Fil 13 ta’ Ġunju 2014.
Minn Ġunju 2013 ‘l hawn il-kunsill kellu ukoll laqgħat oħra ma diversi Awtoritajiet li pero’ ma kienux miftuħin għall-pubbliku.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738, tista’ l-Ministru tgħid jekk iż-żewġ assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi humiex ser ikollhom rwol bħala ADR entity? Jekk mhux ser ikollhom rwol tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni? Jekk ser ikollhom rwol x’ser tkun il-funzjoni tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-‘Awtorità Kompetenti’ għall-ADR, bi tħejjija għall-introduzzjoni ta’ l-ADR, stiednet lill-Għaqdiet tal-Konsumaturi għal laqgħat ta’ informazzjoni filwaqt li nkuraġġithom sabiex jassumu l-irwol ta’entità tal-ADR. Madankollu, minħabba kwistjoni ta’ nuqqas ta’ rizorsi umani dawn ma applikawx sabiex isiru entitajiet tal-ADR.
Għaqdiet mhux governattivi li ħadu kuntratti minn entitajiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li ħadu kuntratti minn entitajiet pubbliċi mill-2013 sal-lum? Liema huma dawn l-għaqdiet u minn liema dipartimenti ħadu l-kuntratt? X’tip ta’ xogħol qed jagħmlu? Għal liema valur?
Peress li l-Ministru kkonferma li l-PBS m'għandux ġurnalist preżenti kull jum il-Qorti, jista’ l-Ministru jgħid kif il-PBS jagħmel biex jirraporta fid-dettal każi tal-Qorti meta ma' jkollux ġurnalist preżenti fl-awla? Jista' l-Ministru jgħid minn fejn il-PBS jikseb l-aħbarijiet mill-Qorti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija 28335 li tispjega li l-PBS juża diversi mezzi u rizorsi biex jirraporta l-qorti. Kif diġà ntqal jagħmel dan kultant bil-preżenza tal-ġurnalisti tiegħu fil-qorti stess, permezz ta’ portal sentenzi on line kif ukoll b’informazzjoni li tasal lill-istazzjon minn diversi sorsi li jista jkunu mill-avukatura, mill-pulizija, mill-partijiet u mill-qorti stess. Naħseb li l-Onoerevoli interpellant mhux qed jistenna li l-PBS jikxef is-sorsi tal-informazzjoni tiegħu. Kif jaf l-Onorevoli interpellant din hija informazzjoni privileġġjata għax l-ebda ġurnalista m’huma mistenni jikxef is-sors tal-informazzjoni tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawk li għandhom pensjoni tas-Servizzi Ingliżi u li bdew jiżdiedu ftit, kif kien imħabbar minn amministrazzjoni preċedenti għadhom jistennew l-aġġustament ta' €200 li kienet ġiet imħabbra s-sena li għaddiet fid-diskors tal-baġit meta issa diġà dħalna fix-xahar ta’ Novembru? Jista’ jgħid x’żieda, speċifikament għalihom, se jieħdu dawn il-pensjonanti, is-sena d-dieħla u sa meta hu mistenni li jeħduha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li kien il-Gvern ta’ bejn l-1996 u l-1998 li daħħal l-ewwel riforma importanti għall-pensjonanti tas-servizz fl-4 ta’ Ottubru 1997 li biha eluf kbar ta’ pensjonanti tas-servizz ma baqgħux isofru qtugħ fil-pensjoni tas-sigurta’ soċjali tagħhom waqt li ħafna oħrajn gawdew minn din il-miżura snin wara u għadhom igawdu minnha sal-lum.
Il-Gvern preċedenti kien ħa 11-il sena, jiġifieri sal-2008, biex kompla jibni fuq dik il-miżura u daħħal l-aġġustament tal-€200. B’dan l-aġġustament il-Gvern preċedenti ta b’kollox €800 permezz ta’ erba’ aġġustamenti waqt li sa tmiem din il-leġislatura biss il-Gvern preżenti se jkun ta sitt aġġustamenti jew €1,200.
Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda li qiegħda issir referenza għaliha, ġiet maħduma u jirriżulta li madwar 4,500 pensjonant ibbenefikaw minn żieda li tlaħħaq sa €3.85 fil-ġimgħa. Għas-sena d-dieħla huwa ippjanat li sa Settembru ir-reviżjonijiet ikunu saru u ż-żidiet dovuti għall-2017 ikun tħallsu kollha.
Ma neskludix wkoll il-possibiltà li jista’ jkun hemm ftit każijiet fejn ma jkunux ircievew iż-żieda dovuta lilhom minħabba ir-raġuni li ma jkunux nqabdu mis-sistema minħabba data li ma tkunx għad-diżpożizzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali. Tajjeb li wieħed isemmi li l-assessjar ta’ dan l-eżerċizzju isir b’mod awtomatiku u l-intervent uman isir biss sabiex ikunu awtorizzati l-arretrati.
Għaldaqshekk nitlob lill-Onor. Interpellant li, jekk jaf b’xi każ partikolari, jgħaddilna d-dettalji tal-individwu sabiex id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jkun jista’ jiċċekkja fuq il-każ.
Direttur Ġenerali – talbiet għall-ħruġ ta’ interim measures
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il talba għall-ħruġ ta’ interim measure kellu d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema setturi dawn kienu jikkonċernaw? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa? Jekk hemm xi talbiet li ma ġewx milqugħa, tista’ tgħid, għal kull każ, x’kienu r-raġunijiet li dawn it-talbiet ma ġewx milqugħa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali kellu żewġ talbiet għall-ħruġ ta’ interim measure. Is-setturi kienu dawk tal-energija u tad-divertiment. Filwaqt, li fil-każ tal-ewwel talba nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija 25821, l-Uffiċċju qed jevalwa t-tieni talba.
MCCAA – Uffiċċju tal-Konsumatur – operaturi li joffru s-servizz tat-televiżjoni – bdil ta’ channel line ups
Question
Wara li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA f’Settembru 2011 kien laħaq konformità volontarja ma’ operaturi li joffru s-servizzi tat-televiżjoni, li isimhom qed jingħata separatment, fejn biddlu t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u taw id-dritt lill-konsumatur li jagħżel jibqax mal-operatur konċernat wara li dan ikun biddel iċ-channel line up tiegħu fir-rigward tas-servizz tat-televiżjoni taħt ċertu kundizzjonijiet, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur hux qed isegwi t-tibdil li jkun hemm fiċ-channel line ups minn dawn l-operaturi u kif dan qed isir? Tista’ tgħid, sena b’sena, minn mindu l-uffiċċju laħaq dan il-ftehim, kemm tneħħew stazzjonijiet minn dawn iż-żewġ operaturi miċ-channel line ups? Tista’ tgħid jekk l-Uffiċċju hux qed jinforma l-konsumaturi b’dan it-tibdil fiċ-channel line ups taż-żewġ operaturi? Jekk dan mhux qed isir, tista’ l-Ministru tgħid għaliex?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-MCCAA għamilx kontribuzzjoni għall-konsultazzjoni pubblika, li kienet miftuħa bejn Novembru 2015 u Frar 2016, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea taħt it-titolu Empowering the National Competition Authorities to be more Effective Enforcers? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontribuzzjoni tal-Uffiċċju?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kien bagħat il-kontribuzzjoni tiegħu bir-risposti għall-mistoqsijiet li kienu onlajn fi Frar 2016. Ma nistax inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontribuzzjoni tal-Uffiċċju bħal għadd ta’ awtoritajiet, fi stati membri oħra, l-uffiċċju kien għażel li t-twegibiet fil-kwestjonarju jintbagħtu fuq bazi kunfidenzjali u ma jiġux ippubblikati. Madankollu t-tweġibiet gew inkluzi fl-istatistika li ġiet ippubblikata sabiex jinħarġu xejriet għar-risposti tal-konsultazzjoni.