Is-Siġġiewi – lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28786, jista’ l-Ministru jagħti s-sena li fiha sar kull lift li sar fi blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 28786, il-lifts istallati mill-Awtorità tad-Djar, ġewwa l-blokkok ta’ appartamenti fil-lokalità tas-Siġġiewi, ġew istallati fis-snin imsemmija u kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Data ta’ istallar
Blokk / Indirizz
Lokalità
1993
Binja Hesri, Ent B
Is-Siġġiewi
1993
Binja Hesri, Ent C
Is-Siġġiewi
1993
Binja Hesri, Ent D
Is-Siġġiewi
1993
Binja Hesri, Ent E
Is-Siġġiewi
1993
Binja Hesri, Ent F
Is-Siġġiewi
1993
Binja Hesri, Ent G
Is-Siġġiewi
1993
Binja Hesri, Ent H
Is-Siġġiewi
2005
Blk 2, Ent B
Triq Ramija
Is-Siġġiewi
2005
Blk 3, Ent A
Triq Ramija
Is-Siġġiewi
2016
Blk 3, Ent B
Triq Ramija
Is-Siġġiewi
Direttur Ġenerali – talbiet għall-ħruġ ta’ interim measures
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28528 tista’ l-Ministru tgħid kemm-il interim measure, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ħareġ fuq inizjattiva tiegħu għall-perjodu msemmi?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari 28528.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi Memorandum of Understanding li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni? Jekk iva, tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma hemmx Memorandum of Understanding bejn l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni u dan peress li kull entità formanti parti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur hija reċiprokatament indipendenti u awtonoma mill-entitajiet oħra skont l-Att dwar Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plans tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur li ġew magħmula u maqbula skont l-Att li jwaqqaf l-Awtorità minn Marzu 2013 ‘l hawn?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ġewx ippubblikati business plans mill-Awtorità, skont l-Att tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn mindu din twaqfet.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni li kienu mressqa quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur u ma tkomplewx jiġu mismugħa mit-Tribunal?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li llum, 6 ta’ Diċembru 2016, it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur ssospenda il-proċeduri fil-kawża bl-ismijiet Falzon Group Holdings Limited Et Vs Direttur Generali (Kompetizzjoni) minħabba l-kawża kostituzzjonali pendenti Falzon Group Holdings Limited Et Vs Direttur Generali (Kompetizzjoni) Et. Dan huwa l-unika każ fejn it-Tribunal ssospenda il-proċeduri.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – ksur ta’ artikolu 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, sena b’sena, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il deċiżjoni ġiet meħuda mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni rigward ksur ta’ artikolu 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, u kemm minnhom ġew appellati biex jiġu mismugħa quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minn Marzu 2013, fir-rigward tal-ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ deċiżjoni waħda fl-4 ta’ Ottubru 2016 li tikkonċerna s-settur tal-fuel, liema deċiżjoni ġiet appellata.
Dik kienet l-unika deċiżjoni li ħa l-Uffiċċju minn mindu twaqqfet l-Awtorità f’Mejju 2011 f’dak li għandu x’jaqsam ma' ksur tal-Artiklu 5 jew 9. Deċiżjoni li kien ħa l-Uffiċċju ukoll din is-sena kien fir-rigward ta’ ‘
school transport fees
’ iżda f’dan il-każ ma nstabx ksur ta’ Artiklu 9.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm deċiżjonijiet meħuda mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn id-deċiżjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
European Competition Network – deċiżjonijiet – żieda fit-tariffi tat-trasport għat-tfal
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-European Competition Network ġiex infurmat bid-deċiżjonijiet li l-Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni ħa fir-rigward taż-żieda fit-tariffi tat-trasport għat-tfal tal-iskola u dwar is-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-fuel? Jekk dawn ma intbagħtux, tista’ tgħid għalfejn dan ma sarx?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għandu obbligu li jinforma lil Kumissjoni Ewropeja/European competition network meta jaġixxi taħt l-artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeja. Fir-rigward taż-zewġ deċiżjonijiet imsemmija peress li l-investigazzjonijiet kienu jirrigwardaw biss l-applikazzjoni tal-artikoli 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni l-Uffċċju ma kellux obbligu li jinfurma lil Kumissjoni Ewropeja.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28533, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-infiq tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għall-perjodu ta’ tliet snin mill-ħatra tiegħu fis-17 ta’ Ġunju 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28532 tista’ l-Ministru tgħid fejn fil-liġi tal-Kompetizzjoni jew dik għall-Affarijiet tal-Konsumatur tipprojbixxi lill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur milli jiddiskuti kwistjonijiet dwar iż-żieda fit-tariffi fit-trasport għat-tfal tal-iskola u l-kwistjoni dwar pompa tal-petrol lokali li ma tħallietx traħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel f’Jannar tas-sena l-oħra?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ż-żewġ kwistjonijiet ma jirrepreżentawx ksur tal-liġi għall-Affarijet tal-Konsumatur u għaldaqstant jekk il-Kunsill għall-affarijiet tal-Konsumatur jidħol fihom ikun qed imur oltre mill-funzjonijiet li jingħata lilu mill-liġi.
Ta’ min jirrimarka li waħda mill-kwistjonijiet msemmija fil-mistoqsija tal-Onor Interpellant, tirreferi għal żieda fit-tariffi tas-servizz u t-tariffi fis-suq li huwa liberalizzat. Għaldaqstant ma jistgħux jiġu soġġettati għal xi forma ta’ kontroll, peress li tali kontroll mhuwiex ammissibbli.
Rigward il-kwistjoni tal-petrol station din qegħda quddiem il-qorti u għaldaqstant mhux prudenti li l-Kunsill jieħu pożizzjoni fuqha.
MCCAA – Uffiċċju tal-Konsumatur – operaturi li joffru s-servizz tat-televiżjoni – bdil ta’ channel line ups
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28529, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konformità volontarja li ġiet milħuqa bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u ż-żewġ operaturi li joffru s-servizz tat-televi¿joni li għalihom saret referenza fil-mistoqsija parlamentari msemmija?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Direttur Ġenerali – talbiet għall-ħruġ ta’ interim measures
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28528, tista’ l-Ministru tgħid meta saret it-talba biex tinħareġ interim measure fil-każ li jikkonċerna s-settur tad-divertiment?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ufficcju li t-talba għal interim mesure saret f'Lulju 2016.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28524 peress li tliet responsabilitajiet ewlenin tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) skont l-Att li jistabilixxi l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 510) huma (i) isegwi l-prattiċi ta’ negozju relatati mal-provvista ta’ oġġetti u servizzi lill-konsumatur, u li jieħu miżuri għat-trażżin u l-prevenzjoni ta’ kull prattika li tista’ tkun ta’ detriment lill-konsumatur; (ii) jirrevedi s-swieq u l-attivitajiet kummerċjali li għandhom x’jaqsmu mal-provvista ta’ oġġetti u servizzi u li jiġbor informazzjoni u provi sabiex ikun jista’ jaċċerta jekk dawk is-swieq u attivitajiet jistgħux jaffetwaw b’mod ħażin l-interessi tal-konsumatur u (iii) jistudja s-swieq u jirrakkomanda azzjoni ta’ rimedju fejn meħtieġ; tista’ l-Ministru tispjega, għal kull waħda mir-responsabilitajiet imsemmija fil-liġi, għaliex id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ddeċieda li dawn ir-responsabilitajiet ma japplikawx u ddeċieda li ma jeżaminax jekk il-ġenituri humiex affetwati b’mod ħażin?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-disposizzjonijiet li jirreferi għalihom fil-mistoqsija parlamentari tiegħu, japplikaw strettament kemm-il darba ikun hemm ksur tad-disposizzjoninjiet tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi u tad-drittijiet tal-konsumaturi, u dan sabiex kull azzjoni regolatorja li tista tittieħed skont il-liġi tkun rigorożament skont il-parametri stabbiliti fl-istess liġi u mhux oltre.
Ta’ min jirrimarka li l-kwistjoni msemmija fil-mistoqsija tal-Onor Interpellant, tirreferi għal żieda fit-tariffi tas-servizz u t-tariffi fis-suq li huwa liberalizzat. Għaldaqstant ma jistgħux jiġu soġġettati għal xi forma ta’ kontroll, peress li tali kontroll mhuwiex ammissibbli.
Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28525, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni bagħat lill-Kummissjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li peress li l-email hija deskrizzjoni tas-sentenza li hija pubblika qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-email.
L-Uffiċċju ngassa dik il-parti tal-
email
li hu jqis li hija informazzjoni interna ai termini tal-artikolu 28 tal-Kap 510.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar xandir ta’ sports
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28527 tista’ l-Ministru tgħid meta fl-2011 l-Uffiċċju kkonkluda li mill-analiżi li għamel, ma kienx hemm ksur tal-Att għall-Kompetizzjoni? Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-analiżi li għamel l-Uffiċċju?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata illi mir-riċerka li saret fil-fajls, l-aħħar analizi li sab l-Uffiċċju relatata mal-kaz hija datata Awissu 2011.
Skont artikolu 19(2) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, id-Direttur Ġenerali huwa legalment marbut li jippubblika d-deċizjonijiet jew Ordnijiet li jkunu ttieħdu skont dan l-Att.
Illi l-Uffiċċju jista’ wkoll jippubblika deċizjonijiet taħt l-artikolu 19 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni qabel ma ġew introdotti l-emendi fl-2011.
Peress li l-analizi mitluba ma taqax taħt id-definizzjoni ta’ deċizjoni hekk kif hawn fuq spjegat u titqies biss analizi interna l-Uffiċċju ma jistax jagħmel aċċessibli dan id-dokument ai termini tal-artikolu 28 tal-Kap 510 tal-liġijiet ta’ Malta.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar xandir ta’ sports
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28527 rigward ix-xandir tal-isports, partikolarment tal-football, tista’ l-Ministru tgħid meta l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ddeċieda li l-każ ma baqax iktar relevanti? Tista’ tgħid x’kriterji uża l-Uffiċċju biex iddeċieda li l-kwistjoni m’għadhiex aktar rilevanti?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fid-dawl tal-poteri mogħtija mill-artikolu 15 tal-Kap 510 tal-liġijiet ta' Malta, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jista’ jalloka gradi differenti ta’ prijorità għall-każijiet miġjuba jew pendenti quddiemu u meta jagħmel hekk għandu jikkonsidra, fost fatturi oħra, jekk il-prattiċi allegati għadhomx għaddejjin jew jekk l-effetti ta’ ħsara għadhomx jippersistu.
Fl-aħħar tas-sena 2011 operatur kien ħabbar li kien akkwista d-drittijiet li jxandar l-logħbiet tal-futbol li qabel kien ixandarhom operatur ieħor. Peress li l-prattiċi li kienu allegati fis-sena 2010 ma baqgħux għaddejjin skont artikolu 15(1)(e) u minħabba l-fatt li dawn l-aħħar sentejn l-Uffiċċju kellu numru ta' investigazzjonjiet, li skont artikoli 15(1)(a) u 15(1)(ċ) tal-Kap 510 kienu jimmeritaw iktar attenzjoni l-Uffiċċju ddeċieda li għandu jiffoka r-riżorsi tiegħu fuq dawn l-investigazzjonjiet. Filfatt taht dawn l-artikoli l-Uffiċċju ħa in konsiderazzjoni l-livell ta’ ħsara lill-konsumatur li rriżulta mill-allegat jew suspettat ksur tal-liġi u n-natura u l-gravità tal-allegat jew suspettat ksur tal-liġi. Inoltre mir-riċerka li għamel fil-fajls, l-aħħar analiżi li sab l-Uffiċċju relatata mal-każ in kwistjoni hija datata Awwissu 2011.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar xandir ta’ sports
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28527 rigward ix-xandir tal-isports, partikolarment tal-football, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-partijiet investigati ġewx infurmati bil-konklużjonijiet tal-Uffiċċju? Jekk iva, meta sar dan? Jekk ma ġewx infurmati għaliex dan ma sarx?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija 28527, l-Uffiċċju qatt ma ħareġ deċiżjoni finali. Għaldaqstant il-partijiet ma ġewx infurmati.
Dan ifisser li peress li m'hemmx deċiżjoni finali, l-Uffiċċju m'għandux x'jikkomunika lill-partijiet ikkonċernati.
Tista’ l-Ministru tgħid għal kemm-il laqgħa tal-European Competition Network l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni attenda minn Marzu 2013 ‘l hawn, sena b’sena? Kemm kien hemm laqgħat fejn l-ebda rappreżentant mill-Uffiċċju ma attenda?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-attendenza ghal-laqghat tal-European Competition Network kienet kif gej:
Sena
Laqghat
Attenda
Ma attendiex
2013
28
19
9
2014
29
16
13
2015
29
21
8
2016
28
20
8
Ħal Qormi – lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Qormi diġà hemm lift u meta sar? Jista’ jgħid ukoll f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali għad ma hemmx lift f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu stallati dawk il-lifts li għadhom ma sarux?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ġewwa Ħal Qormi hemm lift installat fil-blokkok imsemmija fit-tabella t’hawn taħt:
Blokk / Indirizz
Lokalita’
Blk 1
Triq id-Deheb Fin
Qormi
Blk 3
Triq id-Deheb Fin
Qormi
Blk 4
Triq id-Deheb Fin
Qormi
Blk 5
Triq id-Deheb Fin
Qormi
Blk 6
Triq id-Deheb Fin
Qormi
Blk B, Ta' Paskarella
Triq Guze' Duca
Qormi
Blk 6
Triq il-Fontanier
Qormi
Blk 11
Vjal de la Cruz
Qormi
Blk C
Triq is-Sebh
Qormi
Blk D
Triq is-Sebh
Qormi
Dawn il-lifts ġew installati bejn l-2003 u l-2016.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar gžad trid tinstalla 2 lifts fil-blokkok indikati fit-tabella t’hawn taħt;
Blokk / Indirizz
Lokalità
Applikazzjoni LFT
Blk 2
Vjal de la Cruz
Qormi
Applikazzjoni LFT
Blk A
Triq is-Sebh
Qormi
Dawn iż-żewġ
lifts
mistennija jkunu installati bejn nofs l-2017 u l-ažžar tal-2018. Għal Blokk 2, fi Vjal de la Cruz, gžadu jrid jinħareġ permess ġdid tal-ippjanar ukoll.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għall-blokkok l-oħra ġewwa Ħal Qormi, li mhumiex mniżżla fit-tabelli t’hawn fuq, ma hemmx lift. Ġewwa dawn ir-residenzi li ma hemmx lift installat, mhux neċċesarjament li huwa possibli li dan jiġi installat minħabba d-dinamika tal-post. Tajjeb li jingħad li, l-periti tal-Awtorità tad-Djar iħejju analiżi teknika gžall-konsiderazzjoni ta’ installar ta’ lift meta ssir applikazzjoni.