Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġodda li huma ppjanati li jinbnew f’Ħal Luqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist ġaladarba jkunu ffurmati mill-izviluppaturi jew residenti, skont l-obligi tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-culverts ippjanati li jinbnew f’Ħal Qormi biex itaffu l- problema tal-għargħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li wara li tlesta x-xogħol marbut mal-Proġett għat-Taffija tal-Għargħar f’Ħal Qormi b’fondi Ewropej, m’hemmx ħsieb li jinbnew iżjed culverts f’din il-lokalità minn dawn il-fondi. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura xorta waħda qed janaliżża s-sitwazzjoni fi Triq Dun Marju u l-Isqaqien li hemm fiha, u l-parti ta’ Triq il-Ħammieri li tiġi kantuniera ma’ Triq ix-Xitwa biex jekk jirriżulta li hemm problema ta’ għargħar, il-culverts li jkun hemm bżonn jiddaħħlu fil-programm ta’ xogħlijiet tad-Dipartiment biex isiru minn fondi Nazzjonali.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – investigazzjoni ta’ każijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29063, tista’ l-Ministru tgħid meta nfetħu dawn l-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u liema swieq dawn jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata bis-segwenti:
Numru u sena li fiha bdiet l-investigazzjoni pendenti
Suq
Waħda fl-2009 (pendenti quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Kriminali) - proċeduri skont il-liġi fis-seħħ qabel l-emendi tal-2011 u applikabbli skont dispożizzjonijiet transitorji).
Nuqqas ta’ osservanza da parti tal-kummerċjant tad-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi
Tlieta fl-2010 (waħda pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Kriminali)) u żewġ referenzi kostituzzjonali mill-Qorti tal-Maġistrati (Kriminali) - proċeduri skont il-liġi fis-seħħ qabel l-emendi tal-2011 u applikabbli skont dispożizzjonijiet transitorji).
Nuqqas ta’ osservanza da parti tal-kummerċjant tad-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi
Waħda fl-2011 (pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali - proċeduri skont il-liġi fis-seħħ qabel l-emendi tal-2011 u applikabbli skont dispożizzjonijiet transitorji).
Nuqqas ta’ osservanza da parti tal-kummerċjant tad-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi
Waħda fl-2014 (pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Kriminali))
Prezzijiet mhux indikati
Tnejn fl-2015 (Proċeduri amministrattivi)
Telekommunikazzjonijiet
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar ix-xandir ta’ sports
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29060 tista’ l-Ministru tgħid jekk min ressaq l-ilment ġiex infurmat bid-deċiżjoni meħuda mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni li l-każ tax-xandir tal-isports, partikolarment dak tal-football, li ċ-ċirkustanzi tal-każ inbidlu u m’għadux rilevanti skont kif intqal fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28527? Jekk dan sar, tista’ tgħid meta sar dan?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li nagħtat għall-mistoqsija parlamentari 28891.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba u meta, iltaqa’ l-Bord ta’ Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aġenda u l-minuti ta’ kull laqgħa?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba, minn mindu twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sal–ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ntalab jagħmel investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea għal xi allegat ksur tal-artikoli 101 u 102 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma rċieva l-ebda talba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Kumitat ta’ Kordinazzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ telenka meta saru dawn il-laqgħat u tpoġġi fuq il-Mejda kopja tal-aġenda ta’ kull laqgħa?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni qiegħda tassigura li l-konformità volontarja li ġiet milħuqa bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u ż-żewġ operaturi, l-Go u l-Melita, fis-7 ta’ Settembru 2011 qed tiġi segwita? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità hijiex qed issegwi t-tibdil li jkun hemm fiċ-channel line ups minn dawn l-operaturi u kif dan qed isir? Jista’ jgħid, sena b’sena, minn mindu sar dan il-ftehim, kemm tneħħew stazzjonijiet minn dawn iż-żewġ operaturi miċ-channel line ups? Tista’ tgħid jekk l-Awtorità hiex qed tinforma l-konsumaturi b’dan it-tibdil fiċ-channel line ups taż-żewġ operaturi? Jekk dan mhux qed isir, jista’ jgħid għaliex?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) ma kenitx involuta f'xi forma ta' ftehim li sar bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u żewġ operaturi, GO u Melita fis-7 ta' Settembru 2011? Għalhekk l-MCA m'għandha (jew kellha) l-ebda rwol li ssegwi t-tibdil fiċ-channel line ups riżultanti mill-ftehim indikat.
MCA u MCCAA – laqgħat – kwistjonijiet fuq internet providers
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 29146 u 26738 rigward diskussjonijiet mal-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) u l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), tista’ l-Ministru tgħid meta saru l-laqgħat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur rigward kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ internet providers u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat li saru?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'xi seduta ohra.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – kwistjonijiet relatati mal-Att dwar il-Kompetizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29143, tista’ l-Ministru tindika liema liġi tipprojbixxi l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur li jiddiskuti kwistjonijiet li huma relatati mal-Att dwar il-Kompetizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fit-tweġiba 29143 il-mistoqsija kienet dwar investigazzjonijiet li kienu qed isiru mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni. It-tweġiba li ngħatat kienet qed tindika li l-Kunsill ma jidħolx fuq kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati mill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni. Dan għal fatt li tali ndħil jista’ jippreġudika dawn l-investigazzjonijiet.
Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – ġurisdizzjoni — żieda
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29068, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħa l-kumpens li jista’ jitlob konsumatur f’każ ta’ danni morali? F’każ li dan mhux se jseħħ, tista’ tgħid jekk dan hux se jiżdied?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda ħsieb li jitneħħa l-imsemmi kumpens. F’dan l-istadju m’hemmx il-ħsieb li jiżdied l-ammont.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29140, tista’ l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li sar l-ivjaġġar, x’kariga kienet tokkupa l-persuna li vvjaġat u tista’ tindika d-data tat-tluq u d-data tar-ritorn minn u lejn Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Ir-raġuni tal-ivvjaġar kien il-Consumer Summit fl-ewwel u t-tnejn ta’ Ġunju 2015. Għaldaqstant Iċ-Ċhairperson tal-Kunsill għall-affarijiet tal-Konsumatur telaq lejn Brussels fi 30 ta’ Mejju filgħaxija u ġie lura Malta fi 2 ta’ Ġunju.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur — laqgħat mal-Awtorità li tirregola s-suq tal-Enerġija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa saru bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità li tirregola s-suq tal-enerġija minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma kien hemm ebda laqgħa.
Laqgħat bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29064, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa saret bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk dawn saru, tista’ tgħid meta dawn saru?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-mistoqsija parlamentari 29064 kienet rigward laqgħat dwar ilmenti tal-konsumaturi mal-Awtorita’ ta’ Malta għall-Komunikazzjoni. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-istess laqgħat, jiġifieri laqgħat dwar ilmenti tal-konsumaturi, nirreferih għall-istess tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29064.
Ir-rapport Sector inquiry on interest rates charged on loans to small and medium sized enterprises in Malta — rakkomandazzjonijiet
Question
Wara li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ ir-rapport intitolat Sector inquiry on interest rates charged on loans to small and medium sized enterprises in Malta f’Lulju 2015 tista’ l-Ministru telenka dawk ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapport li qed jiġu segwiti mill-banek? Tista’ l-Ministru tindika wkoll dawk ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fir-rapport li mhux qed jiġu segwiti?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju li jirrigwardaw lill-banek kienu:
· Li għandhom jigu provduti kwotazzjonijiet fuq self lil SMEs mingħajr ebda ħlas
· Aktar informazzjoni lil SMEs bl-introduzzjoni ta’
loan calculator
fuq il-websajt
· Aktar informazzjoni lil SMEs billi jkun hemm eżempju tipiku ta’ self u spejjeż involuti
· Aktar informazzjoni lil SMEs bl-introduzzjoni ta' frequently asked questions
· Li l-informazzjoni dwar self tigi provduta wkoll bil-Malti
· Li għandhom jipprovdu lista tal-ispejjeż kollha li l-SMEs jistgħu jeħlu
Ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati għalkemm mhux kull bank implimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha.
Infurmata li qabel il-ħruġ tal-Avviż Pubbliku, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jagħmel diversi tentattivi sabiex il-kummerċjanti kkonċernati jersqu sabiex iħallsu. Hemm każijiet fejn l-kummerċjanti ma jistgħux jiġu rintraċċjati minnufih jew ma jonorawx l-obbligi tagħhom minkejja d-diversi alternattivi li jingħataw sabiex iħallsu lill-konsumaturi kkonċernati.
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li nħareġ l-avviż pubbliku, d-deċiżjoni ġietx onorata?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li wara l-ħrug tal-avviżi pubbliċi ma ġewx onorati d-deċiżjonijiet tat-Tribunal.
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija relattiva li nħarġet permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Avviżi Pubbliċi elenkati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 ġew ippubblikati skont l-artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li ma jimponix li l-pubblikazzjoni ssir bi stqarrija maħruġa permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
(Saru tlett (3) istqarrijiet maħruġa permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni mill-Awtorità, rispettivament fit-23 ta’ Dicċembru 2016, fis-6 ta’ Jannar 2017 u fil-11 ta’ Jannar, 2017 li kopji tagħhom qegħdin jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.)
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tgħid meta dawn dehru fuq ir-rivista L-Għażla li hu maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-paġna relattiva? Għal kull każ, jekk dan l-avviż pubbliku ma deherx fuq din ir-rivista, tista’ tispjega għaliex dan ma sarx?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Avviżi Pubbliċi indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 ġew kollha ppubblikati fil-website tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Din hija pubblikazzjoni skont l-artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, liema artikolu ma jimponix li l-pubblikazzjoni ssir fuq xi mezzi speċifiċi. Kien biss fir-rivista numru 6 ta’ l-Għażla ta’ Diċembru 2014 fejn xi Avviżi Pubbliċi kienu dehru wkoll fuq dan il-mezz ta’ komunikazzjoni. Kopja scanned tal-paġna relata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.