Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tax-Xansir — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31590 u jgħid wara li l-impjegati tal-Awtorità tax-Xandir kitbu lill-Prim Ministru dwar intimidazzjoni u bullying fuqhom miċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir u wara li qed iqumu dubji serji dwar il-kompetenzi tal-persuna maħtura biex tmexxi din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid x’laqgħat saru mal-ħaddiema dwar dan il-każ? X’passi se jittieħdu?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li saret laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn il-Management, rapreżentanti tal-Union u d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg.

MCCAA – ittri mill-MFSA dwar il-prattika tal-bank charges u tal-interessi

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittri li ntbagħtu lill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kif ukoll lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji sabiex tiġi mistħarrġa il-prattika tal-bank charges u tal-interessi għall-kumpaniji li għamlet referenza għalihom fil-budget speech f’Novembru 2013?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur — ilmenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30596, fejn il-Ministru ġiet mistoqsija kemm irċieva ilmenti l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur għas-sena 2016, kemm minn dawn ġew solvuti u x’kien l-ammont ta’ kumpens li ħadu l-konsumaturi wara l-intervent tal-imsemmi Uffiċċju, tista’ l-Ministru tipprovdi l-istess informazzjoni għal meta twaqqfet l-Awtorità, sal-aħħar tas-sena 2015?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul il-perjodu bejn is-sena 2011 u 2015, fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur solva dawn l-ilmenti: 2011 2012 2013 2014 2015 Solvuti 429 743 667 682 605 F’dan il-kaz ma nistgħux nikkwantifikaw l-ammont ta’ flus għaliex ir-remidji f’ħafna mill-kazi ma jkunx monetarju, imma jew jinbidel l-oġġett jew jiġi rranġat.

Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – investigazzjoni ta’ każijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30489, tista’ l-Ministru tindika wkoll il-ġurnata u x-xahar ta’ meta nfetħu l-investigazzjonijiet imsemmija mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – deċiżjonijiet dwar konċentrazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30594, tista’ l-Ministru, għal kull każ elenkat tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni użax is-simplified procedure biex ħareġ dawn id-deċiżjonijiet? Tista’ tgħid kemm kienu ċ-ċirkostanzi fejn l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma approvax konċentrazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fl-24 każ l-Uffiċċju uża is-simplified procedure. Ma kien hemm l-ebda każ fejn l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma pprovax xi konċentrazzjoni.

MCCAA u Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – stqarrijiet fuq kumpanija

Question

B’referenza għall-każ tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament , tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrijiet li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur għamlu fil-ġurnali lokali bejn Awwissu 2013 u Frar 2014?

Response (DALLI, HELENA)

Fiż-żmien imsemmi f’din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fl-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħareġ żewġ stqarrijiet dwar il-kumpanija msemmija, li ġew ippubblikati fuq is-Sunday Times of Malta nhar il-15 ta’ Settembru 2013 u nhar it-23 ta Frar 2014. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istqarrijiet hekk kif ġew ippubblikati fil-ġurnal.

Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali — deċiżjonijiet tal-Qrati kostituzzjonali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30630 fejn staqsejt dwar il-liġijiet li għandhom jiġu emendati wara d-deċiżjonijiet tal-Qrati Kostituzzjonali ta’ April 2015 u Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), tista’ l-Ministru twieġeb ukoll għal dik il-parti tal-mistoqsija fejn staqsejt meta se jiġi ppubblikat l-abbozz ta’ liġi f’dan ir-rigward, issa li għaddew 10 xhur mill-aħħar deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31610 fejn ġie spjegat li l-proposti legislattivi jitressqu fil-parlament kif ikunu finalizzati.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – ġurisdizzjoni — żieda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30485, tista’ l-Ministru tispjega jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur għamilx analiżi dwar il-possibbilità li jiżdied il-kumpens li jista’ jitlob konsumatur f’każ ta’ danni morali? Jekk din l-analiżi ma saritx, tista’ tispjega għalfejn din ma saritx?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-għoti ta' danni morali mhux frekwenti ħafna u pjuttost kunċett ġdid għal Malta. Ninforma lill-Ono. Interpellant li għalissa m’hemmx ħsieb li jiżdiedu d-danni morali li jista’ jitlob il-konsumatur quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – ġurisdizzjoni — żieda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30485, tista’ l-Ministru tispjega jekk il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għamilx analiżi dwar il-possibbilità li jiżdied il-kumpens li jista’ jitlob konsumatur f’każ ta’ danni morali? Jekk din l-analiżi ma saritx, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn din ma saritx?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li mill-analizi li għamel il-Kunsill, peress li il-kumpens għal danni morali huwa pjuttost kunċett ġdid għal Malta, mhux indikat li f’dan il-mument għandu jogħla tali kumpens.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – ġurisdizzjoni — żieda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29068, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-konsultazzjoni interna ġietx konkluża u meta l-Gvern se jniedi konsultazzjoni pubblika dwar din il-miżura?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li għalkemm hemm qbil intern li l-valur tal-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur jiżdied minn €3,500 għal €5,000, iridu jiġu kkonsultati entitajiet, inkluż il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali minħabba l-fatt li din il-bidla tista’ tinvolvi xi tibdil fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u fit-taxxi tal-Qorti rispettivi. Huwa pjanat li din il konsultazzjoni tiġi segwita b’konsultazzjoni pubblika.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – kwistjonijiet relatati mal-Att dwar il-Kompetizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30484, tista’ l-Ministru tgħid b’liema mod tista’ konsultazzjoni fi ħdan il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur fuq kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni ‘jista’ jippreġudika’ investigazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ġaladarba fil-Kunsill m’hemmx rappreżentanza tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Kunsill ma deherlux li kellu jiddiskuti dwar materja li qed tigi investigata.

MCA u MCCAA – laqgħat – kwistjonijiet fuq internet providers

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30483 u tgħid meta saru l-laqgħat bejn il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur rigward kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ internet providers u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat li saru?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li qatt ma saru laqgħat formali specifikament fuq internet providers bejn il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.

MCCAA – Kumitat ta’ Kordinazzjoni — laqgħat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30493 fejn kont tlabt kemm-il darba ltaqa’ l-Kumitat ta’ Kordinazzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull laqgħa elenkata liema uffiċjali tal-Awtorità attendew għal dawn il-laqgħat? Tista’ tispjega wkoll għalfejn għal kważi sena u nofs, bejn it-3 ta’ Ottubru 2013 u t-2 ta’ Marzu 2015 ma saret ebda laqgħa?

Response (DALLI, HELENA)

Tabella li tispjega meta saru l-laqghat u min attenda ghalihom. Data Prezenti Sep-13 Wednesday, 04 September 2013 Chairperson DG - Competition DG – Consumers Affairs Oct-13 Thursday, 03 October 2013 Chairperson DG - Competition DG – Consumers Affairs Mar-15 Monday, 02 March 2015 Chairperson DG - Competition DG – Consumers Affairs Apr-15 Monday, 13 April 2015 Chairperson DG - Competition DG – Consumers Affairs May-15 Tuesday, 05 May 2015 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - CompetitionAdvisor to the ChairpersonInternal Auditor Jun-15 Monday, 22 June 2015 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - CompetitionAdvisor to the ChairpersonInternal Auditor Jul-15 Monday, 27 July 2015 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - CompetitionInternal Auditor Sep-15 Friday, 11 September 2015 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - CompetitionInternal Auditor Nov-15 Thursday, 05 November 2015 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - CompetitionCOOInternal Auditor Dec-15 Wednesday, 16 December 2015 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - Competition Feb-16 Wednesday, 24 February 2016 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - Competition Mar-16 Tuesday, 29 March 2016 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - Competition Apr-16 Tuesday, 26 April 2016 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - Competition May-16 Tuesday, 24 May 2016 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - Competition Aug-16 Thursday, 04 August 2016 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - Competition Sep-16 Wednesday, 07 September 2016 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs Oct-16 Wednesday, 19 October 2016 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG - Technical Regulations Division DG- Consumer Affairs DG - Competition Nov-16 Monday, 14 November 2016 Chairperson DG - Standards and Metrology Institute DG- Consumer Affairs DG - Competition

Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30480, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) għażel li mhux f’kull każ jimxi bl-istess mod u allura minn 15 kienu biss fi 3 ċirkostanzi fejn id-Direttur Ġenerali għażel li l-pubblikazzjoni tal-Avviżi Pubbliċi ssir permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iStandard Operating Procedures ta’ kif jimxi l-Uffiċċju għall-Konsumatur f’dawn iċ-ċirkostanzi?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-public warning statement johrog biss f’kaz li l-kummerċjant jibqa ma jonorax id-decizjoni tat-Tribunal wara li jkun gie interpellat biex jaghmel dan mill-Ufficju ghall-Affarijiet tal-Konsumatur. Barra minhekk l- istandard operating procedures tal-public warning statements qed jiġu abbozzati u se jitħabbru dalwaqt.

Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30478, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iStandard Operating Procedures li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) isegwi f’dawn il-każijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li sa ftit ilu f’dan il-qasam ma kienu jeżistu l-ebda “Standard Operating Procedures” u d-Direttur Ġenerali kien jimxi fuq il-prassi li nbniet tul is-snin. Bħalissa għaddej proċess ta' abbozzar ta' standard operating procedures fl-Awtorità li fosthom hemm dawk relatati mal- public warning statements .

Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30478, u għal kull każ elenkat fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054, tista’ l-Ministru tgħid meta l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur: (i) għamel l-ewwel tentattiv biex jikkomunika mal-kummerċjant; u (ii) meta effettivament għamel kuntatt mal-kummerċjant?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li m’hemmx perjodu applikabbli b’mod riġidu peress li kull każ għandu jiġi ttrattat fuq bażi individwali, in vista tal- partikolarità u tal-esigenżi ta’ kull każ. Kummerċjant Kommunikazzjoni mal-kummercjant (a) tentattiv (b) kommunikazzjoni) Giuzeppe Azzopardi eżerċenti l-kummerċ bħala Bottega del Marmista (a) Jannar 2013 (b) laqgha fis-17 ta’ Jannar, 2013 Marphil Gauci (Carmel Gauci) Ma nstabx Ma nstabx Light Projects Ltd. (a) 2 ta’ April, 2014 (b) Ma nstabx Di Natura International (a) 24 ta’ Marzu, 2014 (b) 24 ta’ Marzu, 2014 kommunikazzjo ni rifjutata Francis Camilleri (a) 2 ta’ April, 2014 (b) 2 ta’ April, 2014 Charles Abela (a) 13 ta’ Novembru, 2014 (b) 13 ta’ Novembru, 2014 Stefano Santo Scarducci (a) 15 ta’ Settembru, 2014 (b) 15 ta’ Settembru, 2014 X.T.C. Towing Services Limited (a) 15 ta’ Settembru, 2014 (b) Ma nstabx K.M.K. Ltd. - Kurt Bezzina u Karl Bezzina (a) 15 ta’ Ottubru, 2014 (b) 17 ta’ Ottubru, 2014 Raymond Desira (a) 10 ta’ Frar, 2014 (b) 11 ta’ Novembru, 2014 Rennie Mifsud (a) 16 ta’ Gunju, 2014 (b) 16 ta’ Gunju, 2014 Vince Agius - Agius Photo Studio (a) 23 ta’ Awissu, 2016 (b) 29 ta’ Awissu, 2016 Evelina V. Batey- Russian Maltese Cultural Association (a) 18 ta’ Lulju, 2016 (b) 8 ta’ Ottubru, 2016 Mark Anthony Barbara (a) 10 ta’ Gunju, 2016 (b) 10 ta’ Gunju, 2016 Jason Galea – Sails and Canvas Limited (a) 6 ta’ Gunju, 2016 (b) 14 ta’ Gunju, 2016

Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30478, għal kull każ elenkat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054, tista’ l-Ministru tindika liema kienu l-każijiet fejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur indika d-diversi alternattivi sabiex iħallsu lill-konsumaturi konċernati?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li peress li kull każ għandu jiġi ttrattat fuq bażi individwali, in vista tal-partikolarità u tal-esigenżi ta’ kull każ, il-kummerċjanti kkonċernati (msemmija fit-tweġiba parlamentari 29054) ingħataw l-opportunitajiet kollha sabiex josservaw id-deċiżjonijiet tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumatur iżda peress li huma naqsu kellhom jinħarġu l-Avviżi Pubbliċi.

Att dwar il-Kompetizzjoni – każ tas-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30467, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta li d-Direttur Ġenerali ppubblika skont artikolu 14A (2) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni fir-rigward ta’ ilment sottomess mill-entità kwalifikata?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta mitluba.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – Infiq

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30486 peress li l-Consumer Summit kien skedat li jibda fl-1 ta’ Ġunju 2015, u dan kif jidher fl-aġenda annessa mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30449, tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għalfejn iċ-Chairperson tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur mar Brussell fit-30 ta’ Mejju 2015 u mhux fil-31 ta’ Mejju 2015?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li kieku l-uffiċjal telaq fil-31 flok fit-30 ta’ Mejju, l-ispiża tas-safra kienet ser tkun akbar minħabba prezz ogħla għal biljett tal-ajru.

Uffiċċju tal-Konsumatur — rapporti fuq kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni mill-Qorti b’ġurisdizzjoni ċivili

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30469, tista’ l-Ministru tgħid meta l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ntalab li jagħmel dan ir-rapport u meta dan ġie sottomess il-Qorti? Tista’ tindika liema settur tas-suq dan kien jikkonċerna?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata illi r-rapport ġie mitlub fil-25 ta’ Awissu 2015 u l-ordni ġiet notifikata lill-Uffiċċju fit-3 ta’ Settembru 2015. Ir-rapport ġie sottomess lill-Qorti fid-29 ta’ Novembru 2016. Is-settur huwa dak tal-enerġija.