Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sistema ġdida ta' drenaġġ fi Triq Miruzzi, f'Santa Venera hijiex lesta u jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li mhijiex titħaddem? Jekk fin-negattiv, x'inhu jżomm lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex tlesti dan ix-xogħol u r-residenti ma jibqgħux jagħmlu użu mill-fossa?
Response (GATT, AUSTIN)
Fi Triq Miruzzi, Santa Venera tlestiet l-ewwel fażi tax-xogħol fuq is-sistema tad-Drenaġġ. Is-sistema tkun tista' titħaddem kompletament bit-twettieq tat-tieni fażi.
Inbeda l-proċess tat-tender għax-xogħol li jkopri t-tieni fażi.
Santa Venera — Triq il-Brunżar - sistema ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk issewwitx is-sistema ġdida ta' drenaġġ fi Triq il-Brunżar, f'Santa Venera u jekk fl-affermattiv, għaliex ma' kull ħalba xita d-drenaġġ għadu jfur għat-triq u joskula wkoll fid-djar tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħsara msemmija li hemm fi Triq il-Brunzar, Santa Venera, ser tissewwa fil-jiem li ġejjin.
Il-ħsara għada ma bditx tissewwa sal-lum għax il-permess tal-ADT għadu ma ngħatax. Qed isir kull sforz u pressjoni biex dan jitranġa u mbagħad tkun tista' tissewwa l-ħsara minnufih.
Jista' il-Ministru jassigura li r-regolamenti tal-monti ta' Triq il-Merkanti jkunu mħarsa skond il-liġi sabiex kulħadd, inkluż bejjiegħa tal-monti u ħwienet tat-triq, ikollhom l-opportunita' li jgawdu mis-sens ta' ordni u ġustizzja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett tal-Belt qed tagħmel sorveljanza fl-inħawi tal-Monti fi Triq Merkanti, kemm sabiex ikunu mħarsa r-regolamenti dwar il-Monti, kif ukoll għal xi abbużi oħra li jista` jkun hemm.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-iskali tal-posts u gradi kollha fil-korporazzjoni Enemalta hekk kif kienu f'dawn id-dati: fl-ewwel ta' kull sena fl-1995 u fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u fil-preżent?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Pietru Saliba f'Ħal Luqa tingħata t-tarmac? Hemm xi pjan meta din tista' issir? Jekk it-triq baqagħlha ċertu żmien biex issir, jista' il-Ministru jikkonsidra illi għalqa esproprjata fit-tarf ta' din it-triq tinfetaħ sabiex l-ilma ma jibqax jaffettwa ħażin il-garaxxijiet u r-residenzi ta' l-inħawi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm il-sejħa saret fuq is-support line 179 kull sena mindu twaqqaf il hawn? Xi kwalita' ta' sejħiet kienu u minn liema lokalitajiet saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il reat kienu rapportati kull sena lill- pulizija minn Santa Venera minn meta bdiet tinżamm l-istatistika bis-sistema il-ġdida fl-1997? X'kienu dawn ir-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li tinbena mill-ġdid Triq il-Palazz l-Aħmar, Santa Venera?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed timplimenta programm ta' asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jieħu dawk il-passi li jidhirlu xierqa biex ikun assigurat li l-kuntrattur li ħa x-xogħol għaż-żamma tas-soft areas fi Triq Salvu Psaila Birkirkara u Triq il-Ferrovija l-Qadima Santa Venera jżommhom kif suppost b'siġar u pjanti ħajjin u mingħajr ħaxix ħażin? Jista' il-Ministru jara li jsiru l-bus shelters kif ippjanati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta biex biex tara x'jista jsir.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Ħal Kirkop mill-1994 'il hawn? Kemm swiet kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ix-xogħol meħtieġ biex jiġi kompilat it-tagħrif mitlub għal dawn l-aħħar sebgħa snin jirrikjedi ċertu żmien, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta dan isir.
Kunsilli lokali — Computers għat-tħaddim ta' l-e-government
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw computers lil kull kunsill lokali għat-tħaddim ta' l-e-government? X'kien l-użu ta' dawn il-computers minn mindu bdew jitħaddmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' kompjuters mogħtija lil kull Kunsill Lokali jvarja minn wieħed sa massimu ta' erba kull kunsill. L-allokazzjoni saret skond il-popolazzjoni tal-belt jew raħal. It-tabella mehmuza tindika il-lokitajiet kollha u n-numru ta' kompjuters mogħtija lil kull belt u raħal.
L-uzu ta' dawn il-kompjuters kien wieħed tajjeb b'ammont sostanzjali ta' residenti jagħmlu użu mill-kompjuters biex jinqdew bis-servizzi ta' l-e-government kif ukoll biex jagħmlu użu mill-Internet u l-email.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Ħal Luqa minn Mejju 1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali? Kemm swew flus? Jista' ir-rendikont jinqasam sena b'sena u triq bi triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Ħal Kirkop mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali? Kemm swew flus? Jista' ir-rendikont jinqasam sena b'sena u triq bi triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Santa Venera mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali? Kemm swew flus? Jista' ir-rendikont jinqasam sena b'sena u triq bi triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew proposti bye-laws mill-kunsilli lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum? Kemm minnhom ġew aċċettati? Jista' jagħti dan ir-rendikont sena b'sena u kunsill b'kunsill?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob għad trid tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jgħaddi l-art fejn illum hemm il-klabb tal-boċċi, f'Santa Venera, lill-istess klabb bl-istess sistema li ntużat ma' clubs oħra simili? Jekk dan ma jistax isir, jista' jagħti r-raġuni għaliex? In vista ta' l-investiment li qiegħed jipproponi dan il-klabb, tista' tingħata assigurazzjoni li l-art se tibqa' tintuża mill-istess klabb?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li l-Kunsill Malti għall-Isport kien diġa beda l-proċess amministrattiv biex il-klabb tal-boċċi ta' Santa Venera jiġi mgħoddi b'titolu lill-Kumitat ta' Tmexxija. Dan il-proċess kellu jieqaf minħabba li kien hemm oġġezzjoni mill-Awtorita ta' l-Ambjent u l-Ippjanar. Għalissa ma hemm l-ebda ħsieb li l-Kunsill Malti għall-Isport iwaqqaf l-użu tal-faċilitajiet lill-klabb konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru internet kiosks s'issa? F'liema bliet saru? Kemm kien l-użu f'sigħat kull xahar f'kull lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Internet Kiosks twaħħlu f'kull lokalita f'Malta u Għawdex bl-eċċezzjoni ta' l-Imtarfa u Haz-Zabbar li mistennija jitwaħħlu fi żmien qasir.
Rigward l-użu f'sigħat kull xahar f'kull lokalita, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella għax-xahar ta' Ottubru qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra filwaqt li t-tabella bl-informazzjoni għax xhur l-oħra qegħda tkun ippreparata u se tkun mgħoddija f'xi seduta oħra. Il-ġbir ta' din l-informazzjoni huwa proċedura twila peress li jrid jinħadem rapport għal kull webphone għal kull xahar.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Santa Venera mill-1994 'il hawn? Kemm swiet kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ix-xogħol meħtieġ biex jiġi kompilat it-tagħrif mitlub għal dawn l-aħħar sebgħa snin jijrrikjedi ċertu żmien, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta dan isir.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Ħal Qormi mill-1994 'il hawn? Kemm swiet kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ix-xogħol meħtieġ biex jiġi kompilat it-tagħrif mitlub għal dawn l-aħħar sebgħa snin jirrikjedi ċertu żmien, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta dan isir.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Ħal Luqa mill-1994 'il hawn? Kemm swiet kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ix-xogħol meħtieġ biex jiġi kompilat it-tagħrif mitlub għal dawn l-aħħar sebgħa snin jirrikjedi ċertu żmien, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.