Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tobba

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tobba f'Malta li huma liċenzjati biex jaħdmu ta' speċjalisti? X'inhi l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom? Kemm minnhom jaħdmu fis-settur pubbliku u kemm joperaw fis-settur privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Nurses

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nurses li huma liċenzjati biex jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom jaħdmu fis-settur pubbliku u kemm minnhom joperaw fis-settur privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' nurses liċenzjati huwa ta' 5221 sal-ġurnata tal-illum. In-numru ta' nurses li jaħdmu fis-settur pubbliku huwa 1969. Il-Ministeru ma' jżommx rekord ta' nurses li qed jaħdmu fis-settur privat.

Paramediċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni liċenzjati biex jaħdmu ta' paramediċi f'pajjiżna? Kif inhuma mqassma? Kemm minnhom jaħdmu fis-settur pubbliku u kemm joperaw fis-settur privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' paramediċi liċenzjati huwa ta 1170. Dawn huma mqassma kif ġej: Professjoni Nru ta' persuni reġistrati Akupuntura 15 Djetetika 1 Fiżjoterapija 233 Iġjene Dentali 21 Kiroprattika 4 Nutriment 10 Optometrika 9 Ortoptika 1 Patoloġija fil-Lingwa Mitkellma 87 Perfusjonerija Klinika 2 Podjatrija 40 Psikoloġija Klinika 10 Radjografija 151 Saħħa Ambjentali 161 Teknoloġija Dentali 31 Terapija Okkupazzjonali 86 Xjenza Medika fil-Laboratorju 308 Totali 1170 In-numru ta' paramediċi li jaħdmu fis-settur pubbliku huwa ta' 629. Il-Ministeru tas-Saħħa ma jżommx rekord ta' kemm paramediċi joperaw fis-settur privat.

Servizz Pubbliku — Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jimpjega nies is-servizz pubbliku tas-saħħa fit-totalita' tiegħu? Kif inhuma mqassmin dawn l-impjiegi skond il-professjonijiet/gradi u skond l-entitajiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Pjani lokali — Abbozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-pjani lokali li sar l-abbozz tagħhom u li ġew pubblikati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li issa il-pjanijiet lokali kollha ħarġu għall-konsultazzjoni pubblika bħala abbozz. Dawn huma: North Harbours Local Plan Northwest Local Plan Central Malta Local Plan Gozo and Comino Local Plan South Malta Local Plan MarsaXlokk Bay Local Plan u Grand Harbours Local Plan huma ppublikati bħala pjanijiet ġa approvati.

Kunsilli lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sindku għandux dritt jittermina kuntratt ta' impjieg mingħajr ma jkollu l-approvazzjoni uffiċjali tal-kunsill lokali?

Response (BORG, TONIO)

L-ebda Sindku m'għandu dritt jittermina kuntratt ta' impjieg mingħajr l-approvazzjoni tal-Kunsill. Naturalment dan jgħodd fil-każ ta' kuntratti viġenti, u mhux fil-każ ta' kuntratt li t-terminu tiegħu ikun skada.

Żebbuġ — Kunsill lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ qiegħed ikollu problemi biex jiltaqa' f'seduta? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali Żebbuġ (Malta), preżentament jinsab mingħajr Segretarju Eżekuttiv kif ukoll mingħajr Deputat Segretarju Eżekuttiv. Qed isiru sforzi sabiex jinħatar Aġent Segretarju Eżekuttiv, sakemm il-Kunsill jingaġġa s-servizzi ta' Segretarju Eżekuttiv skond il-liġi.

Maltco Limited

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’sehem messu l-gvern mil-lotteriji organizzati mill-Maltco Limited mit-twaqqif ta’ l-istess Maltco Limited ’il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ħal Qormi — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rapportati lill-puliizja f'Ħal Qormi kull sena mill-2001 sa l-2004, reat reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-reati kriminali irrapurtati lill-Pulizija fil-limiti ta' Ħal Qormi matul is-snin 2001-2004, skond l-istatistika miżmuma mill-Pulizija, kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Kirkop — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rapportati lill-pulizija f'Ħal Kirkop kull sena mill-2001 sa l-2004, reat reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-reati kriminali irrapurtati lill-Pulizija fil-limiti ta' Ħal Kirkop matul is-snin 2001-2004, skond l-istatistika miżmuma mill-Pulizija, kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal-Luqa — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rapportati lill-pulizija f'Ħal-Luqa kull sena mill-2001 sa l-2004, reat reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-reati kriminali irrapurtati lill-Pulizija fil-limiti ta' Ħal Luqa matul is-snin 2001 - 2004, skond l-istatistika miżmuma mill-Pulizija, kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żebbuġ — Kunsill lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex dovut xi ammont ta' flus mill-kunsill lokali, Żebbuġ? Jekk iva, għal liema xogħlijiet/servizzi huma dovuti dawn il-flus? Għal liema snin huma dovuti dawn il-flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-imsemmi l-Kunsill Lokali preżentament għandu pendenza ta' Lm56,425.14ċ oltre spejjeż legali w imgħaxijiet legali (l-imgħaxijiet legali jiddekorru mit-13 ta' Novembru 2003 sa llum tal-ħlas effettiv) dovuta lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet, Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Dan ix-xogħol kien relatat ma' paving, patching, materjal provdut u labour costs fost oħrajn. Ix-xogħlijiet inkonnessjoni ma' din il-pendenza kienu saru bejn l-1990 u l-2002, skond l-anness Statememt li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żebbuġ — Kunsill lokali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12298, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali, Żebbuġ, qattx kellu l-assi tiegħu iffriżati? Jekk iva, tista' tingħata r-raġuni għaliex ġew iffriżati dawn l-assi? Jekk iva, x'passi se jieħu d-dipartiment tal-kunsilli lokali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm Mandat ta' Sekwestru kontra l-Kunsill Lokali Żebbuġ (Malta) mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni għal xogħlijiet u servizzi pprovduti mill-imsemmi Dipartiment li saru xi snin ilu. Ser isiru taħdidiet bejn uffiċjali ta' l-istess Dipartiment, is-Sindku u d-Direttur Gvern Lokali biex jinstab mezz sabiex titħallas is-somma li hi dovuta.

Żebbuġ — Kunsilli lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qiegħed jieħu d-dipartiment tal-kunsilli lokali dwar il-fatt li l-kunsill lokali, Żebbuġ ma ġiex imsejjaħ biex jiltaqa' u jiddsikuti agenda li tinkludi t-tiġdid jew mod ieħor tal-kuntratt tas-segretarju esekuttiv, meta s-segretarju esekuttiv kienet uriet ix-xewqa li ġġedded il-kuntratt? Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma illi meta ħarġet l-ittra ta' terminazzjoni lis-segretarju esekuttiv din saret mingħajr ma l-kunsill lokali kien informat uffiċjalment, tant li persentaġġ sostanzjali ta' kunsilliera lanqas biss kienu jafu li l-kuntratt ġie tterminat?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kemm-il darba il-Kunsill ma jiddiskutix it-tiġdid tal-kuntratt ta' Segretarju Eżekuttiv meta dan ikun skada, is-Segretarju Eżekuttiv jiġi meqjus li ntemmlu l-kuntratt ta' servizz ma' l-istess Kunsill. Ladarba l-kuntratt ta' impjieg tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali Żebbuġ (Malta) ma ġiex imġedded, ma kienx hemm il-ħtieġa li tinħareġ ittra ta' terminazzjoni. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija m'inix f'pożizzjoni nikkonferma dan.

Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hijiex responsabbilta’ ta’ l-awtorita dwar it-trasport li tieħu ħsieb it-tindif tal-culverts fi Triq l-Imdina, Qormi? Jekk iva, meta l-aħħar li tnaddfu? Meta jmiss li jerġgħu jitnaddfu? Peress li xi residenti ilmentaw li dawn jinsabu maħmuġin bħalissa, jistgħu jitnaddfu fi żmien qasir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dawn ix-xogħlijiet jiġu mwettqa mid-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika (Cleaning Services Department), fi hdan id-Diviżjoni tax-xogħlijiet . Normalment dawn ix-xogħlijiet jiġu mwettqa b’mod sistematiku fix-xhur tar-Rebbiegħa u s-Sajf sabiex ikunu lesti qabel l-ewwel xita.

Imwiet kawża tal-kankru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-imwiet kull sena, maqsuma lokalita' b'lokalita', kaġunati minn kankru u t-tip tal-kankru x'kien f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Laboratorji pubbliċi — Riċerka ġenetika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11090, jista' il-Ministru jispeċifika kemm hawn laboratorji pubbliċi li jagħmlu testijiet jew riċerka ġenetika? X'tip ta' testijiet jew riċerka ġenetika jagħmlu dawn l-entitajiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laboratorji pubbliċi li jagħmlu testijiet jew riċerka ġenetika ma jiġux liċenzjati mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.

Testijiet ġenetiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11090, jista' il-Ministru jgħid jekk l-uniċi żewġ laboratorji liċenzjati biex jagħmlu testijiet jew reiċerka ġenetika humiex dawk biss imsemmija li ħarġitilhom liċenzja fl-2004? Eżattament kemm kien hawn laboratorji, sptarijiet jew kliniċi privati li matul is-snin inħarġitilhom liċenzja mid-dipartiment tas-saħħa biex jagħmlu testijiet ġenetiċi? Kemm minnhom għadhom joperaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq nikkonferma lill-Onor. Interpellant li l-uniċi żewġ laboratorji liċenzjati biex jagħmlu testijiet ġenetiċi huma dawk li ħarġitilhom liċenzja fl-2004. Nikkonferma wkoll li dawn l-istess laboratorji huma l-uniċi żewġ laboratorji li nħarġitilhom liċenzja mid-Dipartiment tas-Saħħa dawn l-aħħar snin u għadhom joperaw sal-lum.

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rapportati lill-pulizija f'Santa Venera kull sena mill-2001 sa l-2004, reat, reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-reati kriminali irrapurtati lill-Pulizija fil-limiti ta' Sta Venera matul is-snin 2001-2004, skond l-istatistika miżmuma mill-Pulizija, kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Istitut San Ġużepp — Pitch tal-ground

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien ix-xogħol tal-gvern fl-irranġar ta' wiċċ il-pitch tal-ground ta' l-istitut ta' San Ġużepp, Santa Venera u kemm sewa dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-iSport m'għamel l-ebda xogħol fuq il-wiċċ tal-ground ta' Sta. Venera. Fil-fatt ma kien hemm talba għall-ebda xogħol.