Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien it-total ta' żweġijiet reġistrati fir-Reġistru Pubbliku (Malta u Għawdex), sena b'sena, mill-2001 'il hawn? Kemm minn dawn iż-żweġijiet kienu bejn Maltin biss? Kemm minn dawn iż-żweġijiet kienu bejn Maltin u barranin? Kemm minn dawn iż-żweġijiet kienu bir-reġistru biss?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u dak ta’ Għawdex ġew reġistrati dwar iż-żwiġijiet:-
MALTA
Mis-sena 2001 sat-30 ta’ April 2005
GĦAWDEX
Mis-sena 2001 sal-15 ta’ Mejju 2005
Total ta’ żwiġijiet
2001
2,011
136
2002
2,077
172
2003
2,166
181
2004
2,170
193
2005
417
25
Total ta’ żwiġijiet bejn Maltin biss
2001
1,532
114
2002
1,492
129
2003
1,258
108
2004
1,461
140
2005
287
20
Total ta’ żwiġijiet bejn Maltin u Barranin
2001
312
16
2002
341
23
2003
507
18
2004
309
12
2005
74
3
Total ta’ żwiġijiet ċivili
2001
475
19
2002
544
41
2003
738
65
2004
684
41
2005
125
6
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kawża ta' separazzjoni daħlu quddiem il-qorti tal-familja jew quddiem qrati oħra, sena b'sena, mill-2001 'il hawn? Kemm minnhom kienu deċiżi? Kemm kien hemm każi ta' ftehim bonarju, eċċ? Kemm kien hemm każi fejn laħaq sar ftehim u l-proċess ta' separazzjoni ma bediex minħabba medjazzjoni li kien hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kawżi li daħlu quddiem il-Qorti tal-Familja huma s-segwenti:-
2001 111
2002 192
2003 165
2004 142
2005 69
Għar-rigward id-domandi l-oħra l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-isptarijiet pubbliċi, minbarra l-assistenza għal hyperstimulation tal-mara, tingħatax xi forma ta' prokreazzjoni assistita oħra, bħala eżempju ICSI, AIH, TUI, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-forom ta' assistenza għal infertilita' li tingħata fl-isptarijiet pubbliċi, minbarra investigazzjoni, jinkludu wkoll ovarian hyperstimulation u artificial insemination by husband. Il-metodi l-oħrajn ta' prokreazzjoni assistita mhumiex offerti fis-servizz pubbliku tas-saħħa.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' dawk it-trattati, dikjarazzjonijiet, protokolli, konvenzjonijiet u regolamenti oħra internazzjonali li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu tal-bioteknoloġija u li għandhom effett fuq il-liġi Maltija?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nifhem li l-Onorevoli membru qiegħed jirreferi għal trattati, dikjarazzjonijiet, protokolli, konvenzjonijiet u regolamenti oħra internazzjonali li l-Gvern Malti iffirma u rratifika jew li aċċeda għalihom. Il-Gvern Malti iffirma l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Diversita' Bioloġika fit-12 ta' Ġunju 1992. Din il-konvenzjoni kienet irratifikata fid-29 ta' Diċembru 2000.
Malta iffirmat u irratifikat ukoll il-Protokoll dwar Specially Protected Areas and Biological Diversity fil-Mediterran. Dan il-Protokoll kien iffirmat fl-10 ta' Ġunju 1995 u r-ratifika saret fit-28 ta' Ottubru 1999.
Nitlob lill-Onorevoli Membru sabiex jindirizza t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien il-finanzjament globali annwali mill-gvern ċentrali lill-kunsilli lokali għas-snin finanzjarji mis-sena finanzjarja 1994/1995 sas-sena finanzjarja 2004/2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-allokazzjoni finanzjarja skond il-formula stabbilita fl-Għaxar Skeda ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali mill-1994/95 sal-2004/2005 kienet kif inhu hawn taħt:
Sena Finanzjarja Lm (miljuni)
1994/95 4.5
1995-96 6.3
1996-97 7.25
1997-98 6.25
1998-99 5.831
1999-0 6.5
2000-01 9.66
2001-02 10.24
2002-03 10.54
2003-04 10.70 *
2004-05 10.686 **
2005-06 10.20 + (Lm600,000 refund salarji)
* riveduti mill-Ministeru tal-Finanzi għall Lm 9,880,000.
** riveduti mill-Ministeru tal-Finanzi għall Lm 10,150,000.
Inżid ngħid ukoll illi bejn il-1994/95 u l-1999/00 ingħataw Fondi għal Ħtiġiet Speċjali skond Artikolu 58 kif ġej:
Sena Finanzjara Lm (miljuni)
1994/95 0.3
1995/96 1,3
1996/97 2.5
1997/98 2.5
1998/99 2.5
1999/00 2.5
Dawn iċ-ċifri ma jinkludux dħul ieħor sostanzjali li ma hux parti mill-allokazzjoni finanzjarja diretta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien it-total tal-finanzjament mill-gvern ċentrali lil kull kunsill lokali mis-sena finanzjarja 1994/1995 sas-sena finanzjarja 2004/2005?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4956. Li rrid inżid huwa li l-allokazzjoni għas-sena 2004-2005 kienet ġiet riveduta kif inhu elenkat fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien it-total tal-finanzjament li mhux ġej direttament mill-gvern ċentrali (bħal dħul mis-sistema ta' infurzar lokali, kiri ta' spazji għal reklanar, eċċ.) lil kull kunsill lokali mis-sena finanzjarja 1994/1995 sas-sena finanzjarja 2004/2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien it-total tal-finanzjament li mhux ġej direttament mill-gvern ċentrali (bħal dħul mis-sistema ta' infurzar lokali, kiri ta' spazji għar-reklami, eċċ.) b'mod globali għall-kunsilli kollha, mis-sena finanzjarja 1994/1995 sas-sena finanzjarja 2004/2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12438, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk meta hemm talba għall-estensjoni tal-kuntratt ta' impjieg minn segretarju eżekuttiv, is-sindku jkollux dritt li jittermina l-istess kuntratt qabel ma jsejjaħ seduta tal-kunsill lokali u jitlob vot? Jekk is-seduta tkun issejħet u tħassret mill-istess sindku li jkun mgħarraf dwar it-talba uffiċjali għall-estensjoni, ikollu dritt l-istess sindku li ħassar il-laqgħa li kellha tiddiskuti l-estensjoni tal-kuntratt, joħroġ l-ittra ta' terminazzjoni tal-kuntratt? Jekk dan id-dritt jeżisti, jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li hemm xi ħaġa perversa f'dan kollu u allura jenħtieġ isiru xi bidliet f'dan ir-rigward?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunsill jista' ma jiddiskutix it-tiġdid tal-kuntratt li jkun se jiskadi, iżda qed jiġu diskussi proposti sabiex din is-sitwazzjoni tinbidel.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta bdew isiru r-rapporti dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali? Kemm-il rapport sar u meta sar fil-konfront tal-kunsill lokali ta' Santa Venera minn meta bdew dawn ir-rapporti sa l-aħħar ta' Marzu li għadda? X'kienu l-marki u r-rimarki ġenerali li ngħata dan il-kunsill lokali fuq il-funzjonijiet tiegħu f'kull rapport, rapport rapport, sa l-aħħar ta' Marzu li għadda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-rapporti dwar l-effiċenza tal-Kunsilli Lokali bdew isiru mill-1995.
Dan isir fuq numru ta’ punti li huma s-segwenti:- Ġonna Pubbliċi; Toroq, Bankini u Latrini Pubblici. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra nota spjegattiva ta’ kif sar dan tul is-snin.
L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tad-domanda qed tinġabar u tingħata f-seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali ġew investigati mill-ministeru jew mid-dpartiment għall-gvern lokali mit-twaqqif tal-kunsilli 'l hawn, għaliex saret l-investigazzjoni u x'kien l-eżitu ta' l-investigazzjoni li saret?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li peress li mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali sal-lum, saru diversi investigazzjonijiet kemm mid-Dipartiment ghall-Gvern Lokali kif ukoll minn entitajiet oħra ikkummissjonati mill-istess Dipartiment, u peress li l-informazzjoni mitluba jeħtiġilha ħafna ħin u riżorsi biex tinġabar, ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
B’riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1159 u 11454 jista’ il-Ministru jgħid jekk il-propost feeder ġdid għall-provvista ta’ l-elettriku fi Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi bdietx issir mill-Enemalta? Meta se titlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-permess tat-trinka tal-feeder imsemmi issa ħareġ u għalhekk ix-xogħol għandu jkun fi stadju avvanzat sa l-aħħar ta' Mejju.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-pjani lokali li tagħhom kien ippubblikat l-abbozz li dwarhom saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa iżda għad iridu jkunu pubblikati bħala pjan lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-pjanijiet lokali indikati hawn taħt ħarġu għall-konsultazzjoni pubblika bħala abbozz, iżda għadhom mhux approvati. Dawn huma:
North Harbours Local Plan
Northwest Local Plan
Central Malta Local Plan
Gozo and Comino Local Plan
Is-South Malta Local Plan ġie varat għall-konsultazzjoni pubblika fis-16 ta' Mejju ta' din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jkunu pubblikati l-pjani lokali li tagħhom sar l-abbozz u li dwarhom saru l-konsultazzjonijiet li kien hemm bżonn? X'se jsir mill-oħrajn li baqa' pendenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li huwa maħsub li l-pjanijiet lokali kollha jiġu approvati matul din is-sena.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12298, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-raġuni għaliex il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ma ħallasx il-pagamenti dovuti lid-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni hijiex minħabba li qiegħed jikkontesta xi xogħol li ma sarx skond kif titlob is-sengħa u l-arti, jew inkella minħabba xi raġuni oħra?
Response (BORG, TONIO)
Bħalma jaf l-Onor. Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ hux qiegħed jopera b'deficit? Jekk iva, x'passi jista' jieħu dwar dan id-dipartiment tal-kunsilli lokali skond il-liġi? U eventwalment x'passi beħsiebu jieħu l-istess dipartiment?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-aħħar Rapport Finanzjarju ta' kull Kwart li jkopri sa Diċembru 2004, ma jirriżultax lil l-Kunsill Lokali Żebbuġ (Malta) kellu 'deficit'. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, iżda, għadu qed jistenna l-aħħar Rapport Finanzjarju li jkopri sa Marzu 2005.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12437, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġaladarba saret talba mis-segretarju eżekuttiv tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ qabel ma ntemm il-kuntratt ta' l-impjieg u ġaladarba l-kunsill lokali kien se jiltaqa' f'seduta u ma ltaqax għaliex f'laqgħa li kellha tiddiskuti l-istess kuntratt ġiet imħassra mis-sindku, u ġaladarba nofs il-kunsilliera ma ġewx informati li l-kuntratt tas-segretarju eżekuttiv kien se jkun terminat, anke jekk b'mod awtomatiku, jekk dik il-laqgħa tiġi mħassra, għandhiex issir investigazzjoni biex jiġi stabilit jekk kienx hemm irregolaritajiet moħbija fil-kumbinazzjonijiet ta' l-eventwalita' tal-fatti?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda irregolarita' għall-fatt li t-tiġdid tal-kuntratt tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali Żebbuġ (Malta) ma ġiex diskuss. Dan peress li sal-lum ma hemm l-ebda obbligu li tali kuntratt jiġi diskuss qabel it-terminazzjoni tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn tobba f'Malta li huma liċenzjati biex jaħdmu bħala general practitioners? Kemm minnhom jaħdmu fis-settur pubbliku u kemm minnhom joperaw fis-settur privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni bħala general practitioner għadhom qed jiġu proċessati mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti.
Fid-Dipartiment tal-Kura Primarja hemm jaħdmu 98 tabib. Dawn kollha għandhom dritt għal prattika privata tal-professjoni tagħhom.