Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi — Vultaġġ baxx

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamenteri 11159 u 11454 jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq il-feeder il-ġdid u s-substation il-ġdida biex jittaffew il-problemi ta' vultaġġ baxx f'Ta' l-Għolja, Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Farruġ — Qasam Industrijali

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jagħmel sinjal indikattiv ta' Merħba fid-daħla tal-qasam industrijali ta' Ħal Farrug, Ħal-Luqa? Ma jaħsibx li dan mhux biss ikun konformi ma' dak li sar f'daħliet ta' oqsma industrijali oħra, iżda jkompli jsebbaħ u jagħti dehra professjonali ta' pajjiżna, speċjalment issa li sar ix-xogħol ta' bini tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, billi din l-area taqa taħt il-Malta Industrial Parks.

Imrieħel by-pass — Bini ta' footbridge

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13896, jista' il-Ministru jitlob lill-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra bħala talba speċjali, jekk mhux normali, il-bini ta' footbridge fi Triq is-Sebħ (bypass ta' l-Imrieħel) sabiex ir-residenti ta' l-area Tal-Blat 2 jaqsmu għaċ-ċentru ta' Ħal Qormi? Ma jaħsibx li din il-kunsiderazzjoni għandha tingħata abbażi tal-fatt li l-bini oriġinali tal-bypass mid-dipartiment tat-toroq, illum parti mill-istess ADT, qata' lil din l-area u allura r-residenti miċ-ċentru ta' Ħal Qormi u allura mill-aċċess għas-servizzi essenzjali tagħhom, bħal skola, mużew, knisja, xiri eċċ.?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport, qed tevalwa l-possibilita’ li jiġi pprovdut pedestrian overpass fil-lokalita msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #13893 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħal Qormi — Tindif ta' culverts

Question

Jista' il-Ministru jassigura li l-culverts li hemm fit-toroq ta' Ħal Qormi, inkluż Triq Mdina, Triq San Bartolomew, Triq Spiteri Fremond u Triq il-Kbira, jitnaddfu qabel ma jagħmel xi għargħar? Meta tnaddfu l-aħħar dawn?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħal Qormi/Marsa — Twessigħ tal-wied

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ix-xogħol kollu marbut mat-twessigħ tal-Wied ta' Ħal Qormi u l-Marsa huwiex lest? Jekk le, x'baqa' isir? Meta se jkun lest? Il-proġett kemm sewa flus b'kollox?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħol ta' twessigħ ta' l-istorm water channel fil-Marsa tqassam f'żewġ fażijiet. It-twessigħ fl-ewwel fażi huwa lest, waqt li t-twessigħ tat-tieni fażi nbeda, għalkemm il-parti l-kbira tiegħu kellu jieqaf għal xi żmien minħabba sejbiet arkeoloġiċi. S'issa n-nefqa fuq dawn iż-żewġ fażijiet kienet ta' Lm630,000.

Ħal Qormi — Tindif tal-widien

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sar l-aħħar tindif tal-widien f'Ħal Qormi? X'tip ta' ħmieġ tneħħa? Xi kwanitajiet kienu? Kemm sewa flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Mrieħel bypass — Bini ta' footbridge

Question

Jista' il-Ministru jitlob lill-awtorita' dwar it-trasport sabiex tikkonsidra l-bini ta' footbridge jew ta' underpass fi Triq is-Sebħ (il-bypass ta' l-Imrieħel) sabiex ir-residenti ta' l-area magħrufa bħala Tal-Blat 2, f'Ħal Qormi ma jibqgħux jaqsmu għaċ-ċentru ta' Ħal Qormi b'periklu għal ħajjithom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li m’huwiex normali li l-Awtorita’ dwar it-Trasport tipprovdi faċilitajiet ta’ underpass, f’toroq Arterjali u Distributorji li mhumiex f’żoni Residenzjali, jew fejn m’hemmx użu obligatorju relatat ma aċċess għas-servizz tat-trasport pubbliku. (bus stops) Din l-arterja prinċipali tiffaċilita’ il-passaġġ pedonali bejn Ħal Qormi u Sta Venera mill-inħawi ta’ Triq il-Mitħna fejn l-ammont ta’ traffiku u veloċita huma aktar limitati.

Skejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari tiegħi 13663, 13664, 13665 u 13666 ta' l-14 ta' Lulju 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 13738, 13739, 13740 u 13741 f'Seduta numru 295.

Santa Venera — Xogħlijiet fi skejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13663 dwar x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Santa Venera mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Sekondarja tas-Subien, Vincenzo Bugeja ta' Sta. Venera sar xogħol ta' tikħil u żebgħa, kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra. Twaħħal madum u rħam ġdid f'numru ta' klassijiet, laboratorji u kuriduri u sar refurbishment ieħor bħal twieqi u bibien ġodda, kemm ta' l-aluminju u kemm xogħol ta' injam. Inxtraw ukoll white boards għall-klassijiet u sar xogħol ta' tibjid fuq il-faċilitajiet sanitarji kif ukoll sar xogħol ta' titjib fuq is-saqaf ta' l-iskola, u twaħħil ta' roof membrane. Ġie nstallat lift għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 93,000. Dun Xand Cortis Primarja 'A' Saru xogħolijiet ta' upgrading inkluż fis-sala, inbidlu l-aperturi qodma u ġew mibdula b'aperturi ta' aluminju kif ukoll ġie installat lift. Saru wkoll xogħolijiet ta' rħam u ta' roof membrane. Huwa stmat illi l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 25,000. San Franġisk t'Assisi Saru xogħolijiet estensivi li kien hemm ħtieġa kbira għalihom. Saru xogħolijiet strutturali, saru diversi technology workshops armati bil-ħtiġijiet kollha meħtieġa, ġie nstallat lift, inbnew toilets ġodda u ġie upgraded il-blokk il-ġdid ta' l-iskola. Inbnew ukoll numru ta' rampi biex tiżdied l-aċċessibilita'. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 417,000. Patri Manwel Gatt Primarja 'B' Saru diversi xogħolijiet ta' tikħil u ta' żebgħa, kif ukoll oħrajn ta' rħam ġdid u ta' aluminju, u ġie installat lift li qiegħed jintuża wkoll mill-iskola primarja 'A'. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' iktar minn Lm 23,000.

Ħal Qormi — Xogħlijiet fi skejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13664 dwar x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Ħal Qormi mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja San Bastjan saru xogħolijiet estensivi li kien hemm ħtieġa kbira għalihom. F'dan il-proġett inbidlu soqfa ta' sitt klassijiet. Ġiet installata sistema ġdida ta' elettriku, twaħħlu aperturi u suffitti ġodda. Sar ukoll rinovament fuq il-faċċata ta' l-iskola. Saru wkoll xogħolijiet oħra ta' aluminium. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 63,000. Ġuże' Galea - Skola Sekondarja tas-Subien Sar rinovament fit-technology workshops u fil-food labs fejn inxtara wkoll apparat ġdid kif ukoll sar xogħol ta' aluminium. Inbnew 2 kmamar u sar xogħol ta' plumbing, elettriku u madum. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' iktar minn Lm 40,000. Ġuże' Cardona - Skola Primarja 'B' Saru xogħolijiet varji ta' kostruzzjoni. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 1,600. Dun Mikiel Anton Vassalli - Ħandaq Sar xogħol ta' manutenzjoni ġenerali fuq l-iskola inkluż xogħolijiet fuq il-boiler room u wkoll bdil ta' l-aperturi. Sar ukoll chainlink fencing madwar il-playground, xogħol ta' elettriku u żebgħa fil-laboratorji tal-biology u bdil tal-culverts kif ukoll restructuring tat-triq. Intefqu wkoll ammonti sostanzjali biex l-iskola tiġi operabbli f'Settembru ta' l-2003 wara dik il-maltempata ta' ġimgħa qabel l-iskola li għamlet ħafna ħsara. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' madwar Lm 40,000. Wara li nkisbu l-permessi relattivi. Saru t-tħejjijiet meħtieġa għal ħruġ ta' tender għall-bini ta' skola ġdida fuq dan is-sit.

Ħal Kirkop — Xogħlijiet fl-iskejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13665 dwar x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Ħal Kirkop mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja 'Ċ' ta' Ħal Kirkop saru xogħolijiet ta' skavar u ta' kostruzzjoni biex inbena ġibjun fil-'playground' ta' l-iskola, u 're-surfacing' tal-'playground', kif ukoll xogħol ta' tikħil u żebgħa, u saru diversi xogħolijiet żgħar oħra. Huwa stmat illi l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm50,000. Inbniet ukoll l-iskola sekondarja għas-subien fil-Kulleġġ San Benedittu. Huwa stmat illi l-investiment f'din l-iskola jilħaq it-Lm3,000,000.

Ħal-Luqa — Xogħlijiet fl-iskejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13666 dwar x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Ħal-Luqa mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li parti sostanzjali ta' din l-iskola twaqqgħet u nbniet mill-ġdid, u fl-istess ħin inżammu l-karatteristiċi tal-bini antik. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' iktar minn Lm 1,000,000.

Siġġiewi — Xogħlijiet fl-iskejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern fis-Siġġiewi mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Xogħlijiet fl-iskejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Ħaż-Żebbuġ mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Dar tal-Providenza

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kienet l-għajnuna tal-gvern matul dawn l-aħħar ħames snin lid-Dar tal-Providenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kull sena l-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali jilqa' talbiet minn Għaqdiet mhux Governattivi biex jiġu mgħejjuna finanzjarjament fuq proġetti fil-qasam soċjali. Dawn it-talbiet jiġu evalwati minn kumitat maħtur apposta li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif għandhom jitqassmu l-flus ivvutati għal dan l-iskop. Ninsab infurmata li d-Dar tal-Providenza qatt ma sottomettiet talba għall-għajuna taħt din l-iskema. Dan ma jfissirx li d-Dar tal-Providenza ma rċevietx jew mhux tirċievi għajnuna minn Ministeri oħra.

Santa Venera — Skejjel tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Santa Venera mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitilna nhar il-Ġimgħa, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal Qormi — Skejjel tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern ta' Ħal Qormi mill-1994 'il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitilna nhar il-Ġimgħa, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal Kirkop — Skejjel tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern ta' Ħal Kirkop mill-1994 'il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhuwa u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitilna nhar il-Ġimgħa, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal-Luqa — Skejjel tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern ta' Ħal-Luqa mill-1994 'il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhuwa u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitilna nhar il-Ġimgħa, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Liġi kontra l-abort

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-organizzazzjonijiet, għaqdiet u kunsilli lokali li s'issa taw l-appoġġ tagħhom għall-proposta biex il-liġi kontra l-abort tiġi entrenched fil-Kostituzzjoni? Jista' jgħid meta kull organizzazzjoni, għaqda u kunsill lokali informa lill-ministeru tiegħu bid-deċiżjoni meħuda?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ittri ta' appoġġ waslu l-Ministeru bejn is-7 u l-31 ta' Mejju 2005.