Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sta. Venera — Kunsill Lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari tiegħi 12541 u 15122 u jgħid x'kienu l-marki u r-rimarki ġenerali li ngħata l-Kunsill Lokali ta' Sta. Venera fuq il-funzjonijiet tiegħu f'kull rapport, rapport rapport, sa l-aħħar ta' Marzu 2005?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant diġa' ingħatat fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12541.

Każi dwar abbuż fuq tfal

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu rappurtati f'Malta u Għawdex lill-aġenzija Appoġġ jew lil xi aġenzija oħra li taqa' taħt il-Ministeru tagħha, każi ta' abbużi fuq it-tfal kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006? Dwar xiex kienu dawn l-abbużi eż: swat mill-ġenituri, sesswali, eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati — Każi dwar abbuż fuq tfal

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu rappurtati f'Malta u Għawdex lill-pulizija, każi ta' abbuż fuq it-tfal kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006? Kemm minn dawn kienu mtella' l-Qorti? Kemm instabu ħatja? Dwar xiex kienu l-każi rappurtati u mtella' l-Qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 2001 2002 2003 2004 2005 2006 Numru ta’ każi rrapurtati lill-Pulizija 12 19 26 23 38 22 Numru ta’ każi li mressqa quddiem il-Qorti 10 15 24 23 32 19 Numru ta’ każi li nstabu ħatja mill-Qorti 4 4 12 6 10 5 Numru ta’ każi li għadhom pendenti quddiem il-Qorti 3 10 10 17 20 14

Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ommijiet xebbiet f'Malta u Għawdex kienu qed jirċievu għajnuna soċjali mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali? Kemm minn dawn kienu ommijiet taħt l-eta' ta' l-iskola? Tista' il-Ministru tagħti rendikont għal kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reġistru Pubbliku — Twelid ta' trabi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati f'Malta u Għawdex trabi lil ommijiet xebbiet? Kemm minn dawn l-ommijiet kienu taħt l-eta' ta' l-iskola? Jista' jagħti rendikont għal kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx statistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, għalhekk nissuġġerilu li jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Twelid ta' trabi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'Malta u Għawdex ġew reġistrati teenage deliveries ta' trabi kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006? Jista' jgħid kemm trabi twieldu minn ommijiet xebbiet? Jista' jgħid kemm trabi twieldu lil tfal taħt l-eta' ta' l-iskola?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bejn Jannar tas-sena 2001 u Ġunju tas-sena 2006 ġew irreġistrati li twieldu 1252 tarbija minn ommijiet ta' 19 -il sena jew inqas. Minn dawn 1014 il-tarbija twieldu minn ommijiet single, 250 tarbija minn ommijiet ta' 16 -il sena jew inqas. Id-dettalji sena b'sena huma kif jidhru hawn taħt: Sena Trabi li twieldu minn ommijiet 19 -il sena u inqas Trabi li twieldu lil ommijiet 19 -il sena u inqas u reġistrati bħala single Trabi li twieldu minn ommijiet ta' 16 -il sena jew inqas 2001 248 183 46 2002 234 171 36 2003 222 171 41 2004 223 193 52 2005 229 208 53 Jannar- Ġunju 2006 96 88 22

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' single parent families f'Malta u Għawdex li kienu jirċievu benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006? Liema huma l-benefiċċji li dawn il-familji huma ntitolati għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment għall-kura ta' l-anzjani — Care workers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għandu d-dipartiment għall-kura ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' minn care workers u assistant care workers biex jaqilbu l-impjieg tagħhom minn part-time għal full-time? Hemm ħsieb li dawn it-talbiet jintlaqgħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' m'hemmx part time care workers jew part time assistant care workers.

Joint Office — Garages

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-Joint Office jagħti wkoll iċ-ċans liċ-ċenswalisti ta' garaxxijiet li ma jmissux ma' djarhom biex ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens huma wkoll, bħalma fil-fatt diġa' qed jagħmlu dawk li l-garaxxijiet tagħhom jifformaw parti mid-dar? Jista' għallinqas dan jingħata, fil-każ li wieħed ikollu aktar minn garage wieħed, fuq il-garage l-iżjed qrib tad-dar taċ-ċenswalist?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi garaxxijiet li m'humiex parti mill-fond t'abitazzjoni, jew li ċ-ċens li jitħallas fuqhom ma jifformax parti integrali miċ-ċens gravanti fuq l-istess fond t'abitazzjoni ma jikkwalifikax għal bejgħ skond l-avviż li għamel il-Gvern fil-Budget tas-sena 2002. Il-Gvern jista' jieħu deċiżjoni jbiegħ id-Dirett Dominju ta' dawn il-garaxxijiet permezz ta' sejħa għall-offerti bl-enfitewta/enfitewti jkollu/jkollhom id-dritt ta' l-Ewwel Rifjut skond il-policy approvata.

Bereġ tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid bejn l-ewwel ta' Jannar u l-aħħar ta' Ġunju li għadda kemm persuni marru fil-bereġ tal-gvern, berġa berġa, u kemm minn dawn marru għal vista għand it-tabib inkella għand l-infermiera u x'kienu l-ġranet u l-ħinijiet li matulhom kienu miftuħin dawn il-bereġ? Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li sar tibdil fil-ġranet u l-ħinijiet ta' dawn il-bereġ, għaliex se jsir dan it-tibdil u x'se jkunu l-ġranet u l-ħinijiet li matulhom kull berġa se tkun miftuħa għall-pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bereġ tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn meta t-tobba fil-bereġ tal-gvern bdew jaraw in-nies bl-appuntament? Għaliex ittieħdet din il-miżura u x'kien ir-riżultat ta' dan it-tibdil?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-appuntament fil-bereġ tal-gvern bdew jingħataw mill-1 ta’ Awissu 2005 fi skema pilota li ftit xhur wara nfirxet ma’ Malta kollha. Din l-azzjoni ittieħdet bħala riżultat ta’ ftehim mal-Union tat-tobba wara negozzjati fit-tul rigward diversi problemi li kienu qed jiġu ffaċċjati t-tobba li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa u li jattendu fil-bereġ. Nies f'kundizzjoni ta’ emerġenza xorta jiġu moqdija qabel kulħadd, anke jekk huma bla appuntament. Dawk kollha mingħajr appuntament u li t-tabib ma setax jarahom, xorta jistgħu jattendu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokal għall-bżonnijiet tagħhom. Ir-riżultat ta’ dan it-tibdil kien li l-pazjenti li jiffrekwentaw dawn il-bereġ ma jkollomx għalfejn jogħqodu jistennew.

Siġġiewi — Triq Ġdida fi Triq it-Tank

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20101 u t-tweġiba mogħtija dwar Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi, jista' il-Ministru jgħid x'jiġri jekk l-iżviluppatur jinjora l-obbligu tiegħu li jiftaħ u jifforma triq ġdida biex wara tkun tista' tingħata t-tarmac mill-ADT? F'każ bħal dan, l-awtorita' dwar it-trasport tibqa' passiva jew tista' tieħu passi biex tissalvagwarda l-jeddijiet tar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’każ li sid ta’ propjeta’ ma jiftaħx triq ġdida li tkun skemata, l-Awtorita’ dwar it-Trasport tista’ tiġi mitluba minn terzi persuni li jkollhom interess li din tinfetaħ, sabiex tespropja, tiftaħ u tifforma dik il-parti tat-triq għan-nom u a spejjeż tagħhom

ADT — Karozzi tal-Linja 32/34

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18058 u t-tweġiba relatata, jista' il-Ministru jindaga l-ilmenti mressqa għal darba oħra mir-residenti li jallegaw li minkejja li l-awtorita' dwar it-trasport għamlet l-investigazzjonijiet u t-twissijiet tagħha, xufiera fuq ir-rotot tal-karozzi tal-linja 32 u 34 baqgħu mhumiex jgħaddu kif indikat f'tabella imwaħħa fi Triq San Ġużepp, Luqa "ħlief meta jiftlilhom" bir-riżultat li r-residenti għadhom jistennew ta' xejn?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Siġġiewi — Triq ġdida fi Triq it-Tank

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinfetaħ triq ġdida fi Triq it-Tank, peress li l-11-il familja residenti sal-lum għandhom aċċess biss permezz ta' sqaq privat? Jifhem il-Ministru li bl-aċċess limitat tal-lum ambulanza, fire engine u servizzi oħra ta' emerġenza m'għandhomx l-aċċess meħtieġ? Jista' jgħid x'sar s'issa u x'beħsiebha tagħmel l-awtorita' dwar it-trasport dwar din il-problema tar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li skond il-Liġi, toroq ġodda jinfetħu u jiġu ffurmati mill-iżviluppaturi ta' l-art stess. Ix-xogħol ta' l-ADT ikun li tasfalta t-triq ġaladarba tkun miftuħa.

Siġġiewi — Triq it-Tank

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq culverts fi Triq it-Tank, Siġġiewi? Jista' jgħid kemm mistenni jdum dan ix-xogħol? Kemm hu mistenni jiswa dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-culverts fi Triq it-Tank se jkun jista' jinbeda meta jitlestew il-proċeduri ta’ easments minħabba li dan il-culvert irid jinbena ġo propjeta privata. Dan ix-xogħol mistenni li jdum madwar sitt ġimgħat u l-istima għal dan ix-xogħol hija ta’ Lm3,124.

Siġġiewi — Triq John Debattista

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se joħroġ it-tender għall-bini ta' Triq John Debattista, fis-Siġġiewi? Jista' jgħid bejn wieħed u ieħor kemm hu mistenni jdum il-proċess ta' l-għażla? Jista' jgħid meta r-residenti tat-triq imsemmija jistgħu jistennew li x-xogħlijiet fuq it-triq tagħhom ikunu lesti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi t-tender biex tinbena t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant ġiet ippublikata fi 9 ta’ Gunju 2006 u tagħlaq fi 23 ta’ Gunju 2006. Wara dan, issir il-proċess ta aġġuddikazzjoni, u dan il-proċess idum skond in-numru ta’ offerti li jkunu intefgħu. Ix-xogħol fuq din it-triq mistenni li jitlesta madwar tmien ġimgħat minn meta jkun beda ix-xogħol.

Ħal Qormi — Triq Fontanier - Krieret tal-kenniesa

Question

Wara ilmenti li numru ta' residenti għamlu dwar kamra fi Triq Fontanier, f'Ħal Qormi, li fiha jiġu stazzjonati l-krieret tal-kenniesa, qiegħda tkun spiss ta' inkonvenjent għall-istess residenti minħabba ħmieġ u storbju, jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħsieb li kien hemm fil-passat biex din il-kamra ma tibqax tintuża għall-istess skop għadux fis-seħħ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li d-dipartiment ikkonċernat m’għandux post alternattiv għall-użu mill-kenniesa responsabbli mit-tindif tat-toroq ġewwa Hal-Qormi, ħlief għall-kamra msemmija u li tinsab fi Triq Fontanier. Ser jittieħdu passi sabiex ma jkunx hemm ħmieġ u storbju li jista’ jikkawża xi nkonvenjent għar-residenti.

Ħal Qormi — Culverts fi Triq Mdina

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilment li għamlu xi residenti minn Mdina Road, Qormi dwar culverts miżduda minn quddiem 178, Mdina Road lejn id-direzzjoni ta' Ħal Qormi peress li dawn l-istess residenti qed jilmentaw li wara li ġew mibnija l-culverts fi Triq San Dwardu f'Ħal Qormi u ġew imqabbda ma dawk ta' Mdina Road, qed tinħoloq sitwazzjoni fejn l-ilma minn Triq San Dwardu qiegħed ifur għal ġo Mdina Road? Jista' jgħid x'passi se jittieħdu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn spezzjoni li saret fuq is-sit jirriżulta li saru xogħlijiet ta’ culverts fi Triq Santa Katerina kantuniera ma’ Triq San Edwardu liema żewg toroq jaqgħu taħt ir-responsabilta’ tal-Kunsill Lokali Qormi. Ma' l-ewwel daqqa t'għajn jidher li dawn il-culverts ġew mqabbda ma' dawk ta' Mdina Road. Mir-records tat-Trenching Section, jidher li l-istess Kunsill tefa’ applikazzjoni għal dawn ix-xogħlijiet, liema applikazzjoni qatt ma ġiet ipproċessata, u għalhekk il-permess qatt ma ħareġ.

Ħaż-Żebbuġ — Xogħlijiet fl-iskejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Ħaż-Żebbuġ mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.