Awtorità tad-Djar – talba għal stallazzjoni ta’ lifts
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet u/jew blokks ta' appartamenti li għalihom l-Awtorità tad-Djar għandha talba biex jiġu stallati lifts fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – uffiċini fil-main guard
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kuntratt, li permezz tiegħu l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kien se jingħata uffiċini fil-Main Guard, ġie itterminat mill-Gvern? Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet u x'inhu r-rimedju li se jingħata lill-Kunsill Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Intepellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Furjana, Marsa, Ħamrun, Pieta u Santa Venera — fondi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi lill-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera, sena b'sena mis-sena 2008 sas-sena 2013 u għal kull sena jgħid kif kienu maqsuma dawn il-flus, jiġifieri jekk hux f'allokazzjoni, skemi, grants għal proġetti eċċ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qiegħed jippjana li, bħala parti mill-ħidma marbuta mal-V18, iwettaq proġetti mmirati lejn ir-residenti Beltin?
Response (BONNICI, OWEN)
B'referenza għall-Minstoqsija 9939, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija iva.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart ta' kull Kunsill Lokali f'Malta u f’Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali kollha ta’ pajjiżna permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Peress li din id-domanda titlob ammont ta' żmien biex tingħata l-informazzjoni rikjesta f’dan l-istadju niddikjara dak li indikajt fl-ewwel sentenza ta’ din ir-risposta.
Madankollu nobbliga ruħi li hekk kif tasal l-informazzjoni inqiegħed l-istess informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-nefqa marbuta mal-ġbir tal-iskart ta' kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex, sena b'sena, għas-snin 2008-2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Peress li din id-domanda titlob ammont ta' żmien biex tingħata l-informazzjoni rikjesta f’dan l-istadju niddikjara dak li indikajt fl-ewwel sentenza ta’ din ir-risposta.
Madankollu nobbliga ruħi li hekk kif tasal l-informazzjoni inqiegħed l-istess informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards, linji gwida jew dokumenti simili oħra li jirregolaw il-ġbir tal-iskart fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jiggwida b’mod regolari lill-Kunsilli Lokali fuq l-operat kollu tagħhom fosthom dwar il-ġbir tal-iskart. Tant li d-Dipartiment ħejja templates apposta ta’ kif il-Kunsilli Lokali għandhom joħorġu t-tenders tagħhom, kif ukoll għandhom il-Green Public Procurement Regulations maħruġa mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima.
Sptar Mater Dei – faċilitajiet speċjali għall-immigranti irregolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx faċilitajiet speċjali fl-Isptar Mater Dei intiżi għall-immigranti irregolari jew immigranti li ġejjin minn Open Centres?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fl-Isptar Mater Dei ma ssir ebda differenza bejn il-pazjent, jekk huwiex immigrant jew le. Madanakollu, minħabba ċirkostanzi partikolari, jingħata servizz ta’ cultural mediatorsbiex ikunu jistgħu jiffaċilitaw il-konsultazzjoni bejn l-immigrant u l-professjonisti tas-saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kienu reġistrati l-ewwel każijiet ta’ immigrazzjoni irregolari permezz ta’ dgħajjes f’pajjiżna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel każijiet ta’ immigrazzjoni irregolari registrati permezz ta’ dgħajjes f’pajjiżna kien fis–sena 1998, għalkemm il-fenomenu proprju kien beda fis sena 2002.
Immigranti irregolari li daħlu permezz ta’ dgħajjes
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti irregolari permezz ta’ dgħajjes, sena b’sena, mis-sena 2000 ‘l hawn? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma bejn irġiel, nisa u tfal?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Forzi Armati ta’ Malta – vjaġġi ta’ immigrazzjoni irregolari interċettati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew interċettati vjaġġi ta’ dgħajjes b’immigranti irregolari li eventwalment iddaħħlu f’Malta mill-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-perjodu li qed jgħamel referenza għalih.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rikoverati immigranti irregolari fl-Isptar Monte Carmeli mis-sena 2008 ‘l hawn u jagħti break down ta’ x’kienu l-kundizzjonijiet tagħhom u għalxiex kienu rikoverati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9798 ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti deskrizzjoni dettaljata tal-faċilitajiet tas-saħħa li hemm f’kull ċentru tad-detenzjoni tal-immigranti irregolari f’pajjiżna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’kull ċentru ta’ Detenzjoni hemm klinika għall-użu tal-Immigranti Irregolari. F’din il-klinika jingħata servizz minn tabib u Infermier kuljum bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa. Fi tmiem il-ġimgħa, bil-lejl, u meta jkun meħtieġ, l-immigranti irregolari jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tas-saħħa fl-isptarijiet tal-Istat u fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Applikazzjoni għall-akkomodazzjoni — każ ta' individwu
Question
Minħabba li l-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament, għandhom diffikultajiet ta' saħħa u finanzjarji serji, jista' l-Ministru jara kif din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni tista' tingħata attenzjoni immedjata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta d-diretturi li kienu jservu fuq il-Malta National Board sa Ottubru 2012 se jitħallsu tax-xogħol tagħhom sa dak l-istess xahar?
Response (DALLI, HELENA)
Jista l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema bord qed jirreferi għax taħt il-Minsiteru għad-Djalolgu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili m’hemmx bordijiet b’dak l-isem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati li jgħixu il-Furjana, fil-kategoriji li ġejjin:
1. Bejn 14 sena u 18 sena
2. Bejn 19 sena u 25 sena
3. Bejn 26 sena u 35 sena
4. Bejn 36 sena u 45 sena
5. Bejn 46 sena u 59 sena
6. Bejn 60 sena u 65 sena,
7. Bejn 66 sena u 70 sena
8. Bejn 71 sena u 75 sena
9. Bejn 76 sena u 80 sena, u
10. L fuq minn 81 sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.