Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz tal-methadone fis-snin 2012, 2013 u 2014, u jaqsam din l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-tagħrif qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li fihom kienu involuti ambulanzi fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014, u jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-ambulanza kinetx qiegħda fi triqitha b'xi sejħa ta' emerġenza jew inkella kinetx fuq xogħol ieħor?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mill-2010 sal-2014 kien hemm 25 inċident tat-traffiku li fihom kienu involuti ambulanzi. Erbgħa (4) inċidenti minnhom kienu waqt li l-ambulanza kienet qed tiġi pparkjata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, sena b'sena, li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei jew f'xi Ċentru tas-Saħħa minħabba xi inċident tat-traffiku fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din l-informazzjoni bdiet tinġabar mill-2013 u matul dik is-sena ġew irreġistrati 1,747-il pazjent fid-dipartiment tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ppjanat li se jiġu ngaġġati impjegati fil-qasam tas-saħħa, f'kull grad sal-aħħar tas-sena 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-ingaġġ ta’ impjegati jsir skont il-ħtiġijiet tal-Amministrazzjoni Pubblika, kif miftiehem minn żmien għal żmien mal-Ministeru għall-Finanzi u mal-Uffiċċju għar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti li huma intitolati għall-mediċina Burinex (Bumetanide) taħt l-iskedi 2 u 5? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont id-doża li huma intitolati għaliha?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-Iskema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek toħroġ ħames mija u wieħed u sittin elf u erbgħa u tmenin (561,084) pillola tal- Bumetanide kull erba’ ġimgħat, ħamest elef, tlett mija u sitt (5,306) pillola minnhom huma tal-5mg, l-oħrajn huma tal-1mg.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali fil-komunità minn Awwissu 2013 sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tas-Saħħa Mentali f’Ottubru tal-2013, beda proċess li jħares lejn is-servizzi fil-komunità u jidentifika passi li jistgħu jittieħdu biex insaħħu dawn is-servizzi.
Minn Marzu 2014 bdew għaddejin diskussjonijiet ma’ diversi NGOs biex aktar pazjenti li bħalissa huma residenti fl-Isptar Monte Karmeli jkunu jistgħu jirċievu kura fil-komunità.
Bħalissa qed jiġi riorganizzat is-servizz tal-Crises Team biex dan is-servizz mhux biss jibqa’ jingħata fl-emerġenza minn tim professjonali imma jkun jista’ jsir follow up tal-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Qed jissaħħaħ ukoll is-servizz tal-outreach biex b’hekk il-persuna tista’ tgħix b’mod san fil-komunità u kemm ikun possibbli jiġi evitat li terġa’ tidħol għall-kura l-isptar.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi qed jingħataw mill-proġett ta' Dar il-Kenn fl-Imtarfa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Servizzi li qegħdin jingħataw huma trattamenti minn tim multidixxiplinarju (li jikkonsisti minn: psikjatri; psikologa; nutrizzjonisti; dietitians; infermiera; fiżjoterapist; occupational therapists u nursing aides) lill-pazjenti li jsofru minn obeżità u kura għall-pazjenti li jsofru minn eating disorder.
Specialist Accreditation Committee – chairpersons u membri
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-Chairperson u l-Membri tal-iSpecialist Accreditation Committee?
Response (MIZZI, KONRAD)
Iċ-Ċerpersin u l-Membri tal-iSpecialist Accreditation Committee huma li ġejjien:
Ċerpersin: Prof. Stephen Fava.
Membri elenkati kif ġej: Dr Anton Grech;
Is-Sur Mark Schembri;
Dr Brian Flores Martin;
Dr Francis Carbonaro;
Dr Mario Zerafa;
Dr James Pocock;
Is-Sur Joseph Galea;
Is-Sur Ivan Esposito;
Dr Christine Baluci;
Is-Sur Raymond Galea;
Dr Bridget Ellul;
Dr Paul Soler;
Dr Reuben Depasquale;
Prof Pierre Mallia;
Dr Lawrence Scerri;
Dr Robert Xuereb.
Reġistratur: Is-Sur Gordon Cachia.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards, linji gwida jew dokumenti simili oħra (mill-lat tas-saħħa pubblika u/jew saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol) li jirregolaw il-ġbir tal-iskart f'Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9942.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – uffiċini fil-main guard
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kuntratt, li permezz tiegħu l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kien se jingħata uffiċini fil-Main Guard, ġie tterminat mill-Gvern? Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet u x'inhu r-rimedju li se jingħata lill-Kunsill Lokali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt li permezz tiegħu l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kien se jingħata uffiċini fil-Main Guard, ġie tterminat peress li l-istess bini qiegħed jospita’ l-uffiċini tal-Avukat Ġenerali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal żvilupp (mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar) fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera? Jista' jagħti break down ta' dawn l-applikazzjonijiet skont it-tip ta' żvilupp li qed ssir l-applikazzjoni għaliha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorità għandha quddiema mija u tletin applikazzjoni (130) għal "screening" u mija tlieta u sebgħin (173) applikazzjoni validata li jaqgħu fil-konfini tal-Kunsilli Lokali elenkati fil-mistoqsija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tall-Kamra "break down" ta' dawn l-applikazzjonijiet kif mitlub. Ta' min wieħed jinnota li l-istess applikazzjoni tista tkun imniżżla aktar minn darba peress li tkun taqa f'aktar minn Kunsill Lokali wieħed.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kuntratt, li permezz tiegħu l-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien se jingħata art f'Ħal Farruġ ġie tterminat mill-Gvern? Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet u x'inhu r-rimedju li se jingħata l-klabb għall-ispejjeż li daħal fihom biex mexxa dan il-proġett 'il quddiem?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art ġewwa Ħal Farruġ hija amministrata mill-Kunsill Malti għall-Isport iżda hemm il-ħsieb li l-Gvern jerġa jieħu lura l-pussess ta’ din l-art minħabba li taqa’ f’żona li ġiet identifikata mill-Gvern għall-użu alternattiv. Fl-istess ħin, għaddejin diskussjonijiet fuq sit ieħor li ġie identifikat u offrut lill-Klabb li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament. Dwar jekk sarx terminazzjoni ta’ xi kuntratt fuq din l-art, peress li art ġewwa Ħal Farruġ hija amministrata mill-Kunsill Malti għall-Isport, nitlob lill-Onor. Interpellant li jressaq id-domanada tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Djar tal-Anzjani fil-Belt Valletta, Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' dawk id-djar tal-anzjani, night shelters jew day centres għall-anzjani ppjanati fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera u għal kull waħda jgħid fiex se jkun qed jikkonsisti l-proġett, f'liema stadju qiegħed u meta se jibda jopera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti, u jagħti break down tal-lokalità fejn huma residenti l-applikanti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sallum l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,163 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva u l-applikanti qegħdin japplikaw mil-lokalitajiet kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.