Legislature:
Category:
Reset
Active:

Embryo Protection Authority – rapport annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Embryo Protection Authority hekk kif saret riferenza għalih fl-Istqarrija tad-DOI Nru 141520?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ Sptar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjent li jkollu bżonn intervent li ma jkunx jista’ jsir f’pajjiżna, għandux dritt jagħżel l-isptar fejn isirlu l-intervent barra minn pajjiżna, anke jekk il-Gvern ikun se jħallas għall-intervent?

Response (MIZZI, KONRAD)

B’konsultazzjoni mat-tabib kuranti tiegħu l-pazjent għandu dritt jagħżel l-isptar fejn isirlu l-intervent barra minn pajjiżna ġaladarba dan l-isptar ikun wieħed pubbliku, f’pajjiż fejn il-Gvern għandu ftehim, huwa ta’ reputazzjoni tajba u għandu l-kapaċità meħtieġa sabiex joffri s-servizz rikjest.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ kirurgu u/jew speċjalist

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjent li jkollu bżonn intervent li ma jkunx jista’ jsir f’pajjiżna, għandux dritt li jagħżel il-kirurgu u/jew speċjalista li jagħmillu l-intervent barra minn pajjiżna, anke jekk il Gvern ikun se jħallas għall-intervent?

Response (MIZZI, KONRAD)

B’konsultazzjoni mat-tabib kuranti tiegħu l-pazjent għandu dritt jagħżel il-kirurgu u/jew l-ispeċjalista li jagħmillu l-intervent barra minn pajjiżna ġaladarba il-kirurgu u/jew l-ispeċjalista jkun jopera f’isptar pubbliku, f’pajjiż fejn il-Gvern għandu ftehim, huwa ta’ reputazzjoni tajba u għandu l-kapaċità meħtieġa sabiex joffri s-servizz rikjest.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-interventi li għalihom intbagħtu pazjenti barra minn pajjiżna u għal kull każ jgħid kemm sewa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika d-dati li għalihom irid it-tagħrif mitlub.

Intervent – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta se jsir l-intervent fuq il-pazjent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li kellu jieqaf mix-xogħol sakemm isirlu dan l-intervent li qed jistenna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Sptar Boffa – maintenance agreement

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-apparat kollu li hemm fl-Isptar Boffa għandu maintenance agreement aġġornat u in vigore?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-maġġoranza tal-apparat għandu maintenance agreement in vigore.

National Screening Centre (Screening Unit) – maintenance agreement

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-apparat kollu li hemm fin-National Screening Centre (screening unit) għandu maintenance agreement aġġornat u in vigore?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-maġġoranza tal-apparat għandu maintenance agreement in vigore.
Leg 12 PQ #10188 Sitting 172 2014-07-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond — kiri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament huwiex proprjetà tal-Gvern u jekk iva hux mikri u x'tip ta' kera/ċens/encroachment hemm fuqu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond li dettalji tiegħu ingħataw separatament huwa proprjetà tal-Gvern u l-kirja li kien hemm fuqu ma ġietx imġedda.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — mediċina Busperone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk min kien jieħu l-mediċina Busperone mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (permezz ta' Skeda V), issa hux jintalab iħallas għalihom meta jmur jiġborhom mill-Ispiżerija fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Min hu intitolat jieħu l-mediċina Buspirone b’xejn (permezz ta’ Skeda V) jista’ jiġbor din il-mediċina b’xejn mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — Mediċina Busperone

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-mediċina Busperone se terġa tibda titqassam mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-mediċina Buspirone tinsab in-stock u qed titqassam mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.

Bord tal-Malta National Laboratory – ħlas għad-diretturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta d-diretturi li kienu jservu fuq il-bord tal-Malta National Laboratory Co. Ltd. fl-aħħar leġiżlatura se jitħallsu tax-xogħol tagħhom sa dak l-istess xahar?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Malta National Laboratory għaddejja minn proċedura ta’ likwidazzjoni u għalhekk il-ħlasijiet tad-diretturi li servew fuq il-bord isiru mill-likwidatur hekk kif jiġi fi tmiemu dan il-proċess.

Sptar Mater Dei – persuni involuti f’inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, sena b'sena, li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei jew f'xi Ċentru tas-Saħħa u wara kellhom jinżammu l-Isptar Mater Dei minħabba xi inċident tat-traffiku fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014? Jista' jagħti l-ammont totali ta' ġranet li qattgħu dawn il-pazjenti fl-Isptar f'kull sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Każijiet li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei bħala pazjenti fis-snin imsemmija b’korriment ta’ inċident tat-traffiku (Land Transport Accidents ICD-10 Code V01-V89) jidru fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ Admissions b’korriment wara inċident tat-traffiku Total ta’ ġranet fl-Isptar Mater Dei 2010 334 2614 2011 392 2331 2012 447 2460 2013 376 2616 Jannar-Mejju 2014 157 1301

Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Furjana, Marsa, Ħamrun, Pieta u Santa Venera — fondi

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9938, jista' l-Ministru jagħti wkoll l-informazzjoni marbuta mas-snin 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mingħand id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.

FMS – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li minħabba fiha rriżenja l-Kap Eżekuttiv tal-FMS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-persuna msemmija rriżenjat wara li ntemm it-terminu tal-kuntratt u ma kienx imġedded.

Outpatients — appuntamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appuntamenti tal-outpatients iffissati għas-sena 2016? Jista’ jaqsamhom, xahar b’xahar skont id-dipartiment rispettiv (eżempju Orthopeadics, Neurology eċċ.)?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

FMS – Membri tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Bord tal-FMS u għal kull persuna appuntata jagħti r-remunerazzjoni u l-benefiċċji li għandu/għandha?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba hija ġa pubblika. Dwar it-tagħrif tar-rimunerazzjoni, iċ-ċermen u l-membri tal-bord jitħallsu l-istess kif kienu jitħallsu ċ-ċerpersin u l-membri tal-bord ta’ qabel.

FMS – Riżenji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tar-riżenji li kien hemm fl-FMS minn Jannar 2014 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Riżenji fl-FMS minn Jannar 2014 sal-lum kienu ta’ ħdax (11)-il persuna minn erba’ mija u tlieta u għoxrin (423) persuna fl-FMS.

Persuni li daħħlu l-isptar b’overdose ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar ibatu minn xi tip ta' overdose ta' droga matul l-2014? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ammont ta’ persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei fl-2014 ibatu minn xi tip ta’ overdose ta’ droga huwa ta’ mija, tmienja u erbgħin (148): erbgħa u għoxrin (24) f’Jannar; wieħed u għoxrin (21) fi Frar; ħamsa u tletin (35) f’Marzu; disgħa u tletin (39) f’April u disgħa u għoxrin (29) f’Mejju.

Persuni li mietu b’overdose ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni b'overdose ta' droga matul l-2014? Jista' jagħti l-etajiet ta' dawn il-persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, f’dawn l-aħħar sitt xhur (minn Jannar 2014 sa Ġunju 2014), ma kien hemm ebda mewta attribwita għall-użu ta’ xi droga illegali.

Sptarijiet u Ċentri tas-saħħa – tqassim ta’ siringi b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn minn sptarijiet/ċentri tas-saħħa/faċilitajiet oħra fis-snin 2012, 2013 u 2014, u jaqsam din l-informazzjoni skont minn liema ċentru/sptar tqassmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fl-2012 tqassmu tliet mija, sitta u sebgħin elf u sebgħa mija u għaxar (376,710) siringi. Fl-2013 tqassmu tliet mija, tnejn u għerbin elf, sebgħa mija u tnejn u tletin (342,732) siringa. Id-dettalji skont iċ-Ċentru tas-Saħħa rispettiv qegħdin fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.