Legislature:
Category:
Reset
Active:

IVF – operaturi taħt l-Embryo Protection Act

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk l-operaturi li jistgħu joperaw l-IVF f’pajjiżna skont l-Embryo Protection Act? Għal kull każ, jista’ jgħid meta dawn ġew approvati?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

IVF – prijorità għat-trattament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed tkun żgurata trasparenza fid-deċiżjoni dwar min se jingħata prijorità għat-trattament tal-IVF?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-deċiżjoni dwar min jingħata prijorità għat-trattament tal-IVF f’Mater Dei hi biss f’idejn kumitat indipendenti; l-ART Prioritisation Committee.

Angiograms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru angiograms xahar b’xahar minn Jannar 2011 sa Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ angiograms rreġistrati li saru xahar b’xahar fl-Isptar Mater Dei jidher fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency). Xahar20132014 Jannar /206 Frar/168 Marzu154180 April192185 Mejju172198 Ġunju168222 Lulju204184 Awwissu204130 Settembru160147 Ottubru196/ Novembru163/ Diċembru152/ Totali17651620

Dipartiment tal-Kardjoloġija — discharges

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm discharges fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija f’Settembru 2014 u jqabbel dan ma’ Settembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

F’Settembru 2013 kien hemm 272 discharge, filwaqt li f’ Settembru 2014, kien hemm 267.

Studenti ggradwati fil-podjatrija — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati dawk kollha li ggradwaw fil-podjatrija din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ tal-gradwati se jsir fil-ġimgħat li ġejjin skont l-esiġenzi tas-servizz.

Studenti ggradwati fil-fiżjoterapija — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati dawk kollha li ggradwaw fil-fiżjoterapija din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ tal-gradwati se jsir fil-ġimgħat li ġejjin skont l-esiġenzi tas-servizz.

Studenti ggradwati fl-occupational therapy — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati dawk kollha li ggradwaw fl-occupational therapy din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ tal-gradwati se jsir fil-ġimgħat li ġejjin skont l-esiġenzi tas-servizz.

Studenti ggradwati fil-radjografija- impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati dawk kollha li ggradwaw fir-radjografija din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ tal-gradwati se jsir fil-ġimgħat li ġejjin skont l-esiġenzi tas-servizz.

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Lulju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rapport mitlub fih kontenut ta' natura kummerċjali.

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Awwissu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rapport mitlub fih kontenut ta' natura kummerċjali

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Settembru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rapport mitlub fih kontenut ta' natura kummerċjali

Sptar Mater Dei – Persuni li daħlu b’Overdose

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-Isptar Mater Dei jbatu minn overdose xahar b’xahar matul is-sena 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kienu bħal ma jidhru hawn taħt: Jannar 24 Frar 21 Marzu 35 April 39 Mejju 29 Ġunju 31 Lulju 37 Awwissu 42 Settembru 30

Dipartiment tad-Dentristrija – lista ta’ ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ħlasijiet għal servizzi li jingħataw lill-pazjenti fid-Dipartiment tad-Dentistrija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is-servizzi kollha mogħtija mid-dipartiment tad-dentistrija huma bla ħlas.

GU Clinic – lista ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ servizzi li jingħataw mill-GU Clinic u jindika għal liema servizzi jintalab ħlas u ta’ kemm hu l-istess ħlas mitlub?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is-servizzi kollha ġewwa l-GU clinic jingħataw bla ħlas.

Qabdiet tad-Droga

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-qabdiet kollha tad-droga li saru mill-pulizija u/jew forzi tal-ordni matul din is-sena, u f’kull qabda jgħid: a) X’tip ta’ droga nqabdet; b) Kemm inqabdet droga minn kull tip fil-qabda rispettiva; u c) F’liema lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. l-interpellant li it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fiha l-informazzjoni kollha mitluba fl-interpellanza, dwar qabdiet tad-droga matul is-sena 2014 sa Settembru.

Qabdiet tad-droga fl-2013

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-qabdiet kollha tad-droga li saru mill-pulizija u/jew forzi tal-ordni matul l-2013, u f’kull qabda jgħid: a) X’tip ta’ droga nqabdet; b) Kemm inqabdet droga minn kull tip fil-qabda rispettiva; u c) F’liema lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. nterpellant li it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fiha l-informazzjoni kollha mitluba fl-interpellanza, dwar qabdiet tad-droga matul is-sena 2013.

Qabdiet tad-droga fl-2012

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-qabdiet kollha tad-droga li saru mill-pulizija u/jew forzi tal-ordni matul l-2012, u f’kull qabda jgħid: a) X’tip ta’ droga nqabdet; b) Kemm inqabdet droga minn kull tip fil-qabda rispettiva; u c) F’liema lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fiha l-informazzjoni kollha mitluba fl-interpellanza, dwar qabdiet tad-droga matul is-sena 2012.

Qabdiet tad-droga fl-2011

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-qabdiet kollha tad-droga li saru mill-pulizija u/jew forzi tal-ordni matul l-2011, u f’kull qabda jgħid: a) X’tip ta’ droga nqabdet; b) Kemm inqabdet droga minn kull tip fil-qabda rispettiva; u c) F’liema lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fiha l-informazzjoni kollha mitluba fl-interpellanza, dwar qabdiet tad-droga matul is-sena 2011.

Djar tal-anzjani tal-Gvern — pazjenti trasferiti mill-Isptar Mater Dei

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar ta’ l-anzjani tal-gvern mill-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Mejju 2014, xahar b’xahar, u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-anzjani tal-Gvern — pazjenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, bejn Jannar u Mejju 2014, u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.