Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz tal-IVF — kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jikkunsidra li l-kriterji għas-servizz tal-IVF għandhom ikunu bbażati fuq l-istat ormonali tal-mara flok fuq l-età?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ser inkunu qed nimxu, bhal dejjem mal-evidenza medika.

Proċess tal-IVF — permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol involut mill-Awtoritá biex jingħata permess lil koppja għal proċess tal-IVF jew vitrifikazzjoni li jiġġustifika t-talba tal-miżata ta’ €90 kull darba li jsir il-proċess?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Mizata ta' Euro90- imhallsa mis-Service Provider lil Awtorita ghal Protezzjoni tal-Embrijun ma ghandiex x'taqsam mal-permess li jinghata lil Koppja ghal process tal-IVF. Kif stipulat fil-Protokoll impoggi fuq il-mejda ta' din il-Kamra f'Ottubru li ghadda, din il-mizata hija ghal process ta' regolamentazzjoni u spezzjoni. Nikkwota: “The EPA does not charge individual patients for fertility treatment. Service Providers of Centres both public and private, pay a fee to the EPA towards the costs of being regulated and inspected.”

ART Prioritisation Committee – Chairperson u membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-chairperson u l-membri tal-ART Prioritisation Committee?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċerperson tal-ART Prioritisation Committee, Dr Alfred Gatt, miet ftit tax-xhur ilu għaldaqstant qegħdin fil-proċess sabiex jinħatar ċerpersin ġdid.

Sptar Mater Dei – servizz tal-IVF — xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex wara li sar ix-xogħol infrastrutturali neċessarju fl-Isptar Mater Dei biex jibda jingħata s-servizz tal-IVF, dan ix-xogħol se jinqala u jerġa’ jinbidel? Jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol u min kien responsabbli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol infrastrutturali sar biex il-laboratorju u t-teatru tal-IVF ikunu ta’ standards li huma mitluba skont id-direttiva tat-Tissue and Cells. Dan ix-xogħol mhux se jerġa’ jinbidel.

Sptar Mater Dei – servizz tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jingħata s-servizz tal-IVF mill-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Phase II tal-proċess tal-IVF ġewwa Mater Dei huwa pjanat li jibda jingħata minn Jannar 2015

Sptar San Luqa – Helipad – rapport ta’ investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-investigazzjoni tal-karozza li kienet qed timblokka l-helipad f’Awwissu 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-magisterial inquirygħada għadejja

Needle Exchange Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiddaħħal needle exchange programme għall-persuni li jieħdu s-siringi b’xejn mill-faċilitajiet tas-saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-Needle Exchange Programmekien introdott f’Malta fi Frar tal-2002 iżda twaqqaf wara biss ftit xhur. Fil-preżent qed issir ricerka biex tinsab l-aqwa sistema sabiex għall-immaniġjar tas-siringi.

Ingaġġ ta’ infermiera barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati infermiera barranin matul is-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014? Għal kull sena, jista’ jagħti n-nazzjonalitajiet tal-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ infermiera barranin li ġew ingaġġati matul is-snin imsemmija hu kif ġej: Sena Total 2010 11 2011 53 2012 60 2013 16 2014 99

Treatment Abroad Section – kundizzjonijiet tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iqisx li l-kundizzjonijiet tal-post tax-xogħol tal-ħaddiema fit-Treatment Abroad Section huma adegwati għat-tip tax-xogħol li jwettqu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-kundizzjonijiet tal-post tax-xogħol tal-ħaddiema fit-Treatment Abroad Section huma l-istess kif kienu matul l-amministrazzjoni preċedenti.

Treatment Abroad Section — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx biżżejjed ħaddiema biex ilaħħqu mad-domanda tax-xogħol li hemm fit-Treatment Abroad Section?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-għadd ta’ ħaddiema fit-Treatment Abroad Section huwa l-istess kif kien matul l-amministrazzjoni preċedenti.

IVF — kriterji għall-għażla tal-koppji

Question

Minħabba li l-protokoll u l-linji gwida maħruġa mill-Embryo Protection Authority ma jistipulawx kriterji ċari, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’kienu l-kriterji użati biex jintgħażlu l-koppji?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qiegħed nislet il-parti konċernanti miċ-Ċirkulari DH386/2014: While any couple with fertility problems can avail itself of the services offered by the ART clinic, the IVF procedure, within the Public Health Service, is available only to prospective parents (1) where the woman is aged between 25 and 42 years and the couple has either one of the following: a) Identified causes of infertility amenable to treatment by IVF e.g. bilateral tubal occlusion, azoospermia. b) Unexplained infertility for 2 years. This includes mild endometriosis or mild male factor infertility2. In all cases where investigations show there is no chance of pregnancy with expectant management and where IVF is the only effective treatment, the couple is to be referred directly for IVF without having to wait for the 2 year period. The maximum age limit of 42 years means that all procedures (egg retrieval, IVF/ICSI and embryo transfer) have to be fully carried out before the woman reaches her 43rd birthday. No IVF/ICSI or embryo transfer can be carried out if the woman has reached her 43rd birthday even if the eggs were retrieved before this date. 1 The Embryo Protection Act (2012) defines prospective parents as ‘either of two persons of the opposite sex who are united in marriage, or who have attained the age of maturity and are in a stable relationship with each other’.

IVF – applikazzjonijiet minn koppji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw koppji għas-servizz tal-IVF sal-lum? Minn dawn il-koppji kemm intgħażlu biex jingħataw is-servizz u kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew miċħuda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Minn mindu beda s-servizz sal-lum daħlu tliet mija u tlieta u tletin (333)-il applikazzjoni sa issa. Għaxar (10) applikazzjonijiet ġew irrifjutati mill-ART Prioritisation Committee.

IVF – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm koppji jistennew biex jingħataw is-servizz tal-IVF?

Response (MIZZI, KONRAD)

Mitejn sitta u sittin (266) koppja qegħdin jistennew biex jingħataw is-servizz tal-IVF

IVF – raġunijiet għar-rifjut

Question

Mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-koppji, jista’ l-Ministru jagħti r-raġunijiet (każ b’każ) għaliex ma ntgħażlitx kull koppja (minn dawk li applikaw) biex tieħu s-servizz tal-IVF?

Response (MIZZI, KONRAD)

Sebgħa (7) koppji ġew irrifjutati fuq bażi li l-età tal-mara kienet iktar minn tnejn u erbgħin (42) sena; koppja ġiet irrifjutata fuq bażi li l-età tal-mara kienet inqas minn ħamsa u għoxrin (25) sena; zewġ (2) applikazzjonijiet saru minn persuni single ;

Sptar Mater Dei – karigi – salarji u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li qed jokkupaw il-karigi li ġejjin u għal kull wieħed/waħda jgħid x’inhuma s-salarju u benefiċċji oħra li għandhom bħala parti mill-impjieg tagħhom: a. CEO – Sptar Mater Dei; b. Deputy CEO – Sptar Mater Dei; c. Director of HR – Sptar Mater Dei; d. Clinical Director – Sptar Mater Dei; u e. CIO – Sptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta ohra.

Sptar Mater Dei — karigi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min mil-lista tal-persuni li qed jokkupaw il-karigi li ġejjin qed jokkkupa kariga/xogħol ieħor f’xi istituzzjoni entità, bord jew organizzazzjoni oħra tal-Gvern? Għal kull każ, jista’ jagħti d-dettalji tal-kariga/xogħol l-ieħor; a. CEO – Sptar Mater Dei b. Deputy CEO – Sptar Mater Dei; c. Director of HR – Sptar Mater Dei; d. Clinical Director – Sptar Mater Dei; u e. CIO – Sptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta ohra.

Qasam tas-Saħħa – fondi kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont (proġett b’proġett) ta’ kemm u fiex intefqu l-fondi kapitali fil-Qasam tas-Saħħa (għas-sena 2014) ta’ €60.8m?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Trattament mediku barra minn Malta – passaġġi tal-arju b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenefika mill-inizjattiva li jibda jingħata l-passaġġ tal-arju b’xejn għat-tieni ġenitur li jakkumpanjaw lil uliedhom għat-trattament barra minn Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ genituri li bbenefikaw mill-inizjattiva tal-gvern li jibda jingħata passaġġ tal-ajru b’xejn għat-tieni ġenitur huwa ta’ 154 (mija u erbgħa u ħamsin).

IVF tender

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar taħt tender li ngħata mill-Gvern biex isir l-IVF?

Response (MIZZI, KONRAD)

Saru alterazzjonijiet strutturali sabiex l-ambjent jinbidel f’wieħed addattat biex isir il-proċess tal-IVF. Dawn jinkludu tibdil fis-sistema tal-arja sabiex l-ambjent jinbidel f'wieħed li jissejħu air locked clean rooms. Sar ukoll tibdil strutturali sabiex ikun hemm post adegwat għal storage ta’ gametes. Inxtara wkoll l-apparat kollu meħtieġ u li kien nieqes fil-laboratorju u fl-operating theatre.

IVF tender –ħlasijiet lill-kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont finanzjarju tal-ħlasijiet li saru lill-kuntrattur li ngħata t-tender tal-IVF?

Response (MIZZI, KONRAD)

Sa issa ma saru ebda ħlasijiet lill-kuntrattur li rebaħ it-tender tal-IVF.