Legislature:
Category:
Reset
Active:

Central Procurement and Supplies Unit – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xahar ta’ Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Inperpellant jaghmel referenza ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari nu. 12373

POYC – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-POYC għax-xahar ta’ Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Inperpellant jaghmel referenza ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari nu. 12373

V18 – pjanijiet għar-residenti Beltin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9939, jista’ l-Ministru jelenka l-proġetti u l-inizjattivi li se jsiru biex minnhom jibbenefikaw ir-residenti Beltin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra elenku dettaljat tal- proġetti u l-inizjattivi mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari 12367 kif mgħotija lili mill Fondazzjoni V18.
Leg 12 PQ #12368 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – lista ta’ applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ applikazzjonijiet pendenti għal-lukandi, guesthouses jew stabbilimenti simili li hemm bħalissa qed jiġu pproċessati mill-MEPA?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12368, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet pendenti li qed jiġu pproċessati mill-MEPA għal żviluppi relatati ma' lukandi, guesthouses jew stabbilimenti simili.

Klabb tal-Futbol – art f’Ħal Farruġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kuntratt li permezz tiegħu l-Valletta FC kellhom jingħataw art f’Ħal Farruġ ġie tterminat? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma r-raġunijiet u x’rimedju ngħata l-club imsemmi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-kuntratt li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant għadu validu. Il-Gvern hu mpenjat li jsib sit alternattiv flok l-inħawi ta’ Ħal Farruġ.

Proġett ta’ Nursery

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tan-Nursery ta’ St. Venera Lightnings?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Mill-informazzjoni li ngħatajt jidher li m'hemmx tagħrif dwar il-proġett imsemmi fil-mistoqsija. Għaldaqstant, napprezza jekk l-Onor. Interpellant jagħtini iktar informazzjoni fuq il-proġett li qiegħed jirreferi għalih.

Listi ta’ mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: a. medċini (f’kull forma u/jew doża); b. prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża); c. apparat mediku; d. disposables jew consumables li huma out of stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, x’inhi r-raġuni li huma out of stock, kemm ilhom out of stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-lista ta’ mediċini li jinsabu OOS mill-POYC Unit u fl-Ispiżeriji tal-POYC hija kif ġej: L-Istokk li huwa OOS fl-Istores tal-POYC 28.11.14 L-aħħar distribuzzjoni ta’ dan l-istokk fl-Ispizerji FERROUS GLUCONATE 300MG TABLETS 25.11.14 CLONIDINE 100MCG TABLETS 07.11.14 MAXIJUL ® LOW ELECTROLYTE POWDER 07.11.14 POVIDONE IODINE NON-ADHERENT DRESSING (STERILE) 24.11.14

Lista ta’ kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. D-data meta ngħata; b. L-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri; c. Il-valur tiegħu; d. It-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. Il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. X’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar.

Dipartiment tad-Dermatoloġija — rikolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn se jiġi rikolat id-Dipartiment tad-Dermatoloġija ġaladarba ssir il-migrazzjoni tal-operat fl-Isptar Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni tinghata f'seduta ohra.

Sptar tal-Onkoloġija – servizz ta’ inpatients

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta s-servizz ta’ inpatients fl-Isptar tal-Onkoloġija se jibda jingħata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Sal-ahhar ta din is-sena ic-centru tal-onkologija ser ikun qed joffri visti lill-pazjenti fuq bazi ta' outpatients, waqt li sa nofs is-sena d-doehla ic-centru jkun qed noffri s-servizzi kollha fuq bazi ta' in-patients ukoll.

Sptar tal-Onkoloġija – kura palljattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-kura palljattiva fl-Isptar tal-Onkoloġija se tibda tingħata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li inghatat ghal mistoqsija parlamentari 12362

Proċedura ta’ Intrathecal Baclofen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal taħt is-16-il sena jistennew biex isirilhom il-proċedura ta’ Intrathecal Baclofen?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni tinghata f'seduta ohra.

Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – operat mill-uffiċċju fil-Main Guard

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8505, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jibda jopera mill-uffiċċju li ngħata fil-Main Guard? Il-Gvern se jżomm mal-kuntratt li għandu l-kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 8505.

V-18 – Management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set ta’ management accounts tal-V-18?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi kopja tal-Annual Report and Financial Statements hekk kif mgħoddija lili mill-Fondazzjoni Valletta 18.

Qasam tas-Saħħa – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu ingaġġati ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa minn issa sal-aħħar tal-2014 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-professjonijiet rispettivi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi la darba jkun finalizzat il-process ta' reklutagg,ser ikunu gew ingaggati 104-il haddiem

Sptar Mater Dei – Bordijiet ta’ investigazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6293 u 8082, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu ta’ dawn il-każijiet, aktar u aktar meta dawn ilhom madwar sena li tqajmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkoncernat peress li l-każ kien għadda għand il-pulizija.

IVF — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa kull ċiklu tal-IVF li sar mas-settur privat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Energija u S-Sahha hallas EURO 3,500 ghal kull koppja li ghamlet il-process tal-IVF f'Jannar 2014.

GFLAC – lista ta’ mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-mediċini kollha li ġew approvati mill-GFLAC biex isiru parti mill-formolarju tal-Gvern minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qabel mal-medicina issir parti mill-formolarju tal-Gvern trid l-ewwel tghaddi mill-Health Benefits Committee.

Mediċini – lista ta’ suppliers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa tas-suppliers li mingħandhom xtara mediċini matul l-2013 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2014 u għal kull supplier jgħid b’kemm inxtraw mediċini fis-sena 2013 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummercjalment sensittiva