Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – elective surgeries

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm elective surgeries fl-Isptar Mater Dei li ġew ikkanċellati bejn Jannar u Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn Gunju u Settembru kien hemm 1,136-il elective surgery li giet ikkancellata. Fil-maġġoranza tal-kazijiet, ir-raġuni l-għalfejn l-operazzjoni/intervent ma jsirx fid-data bbukjata huwa għaliex il-pazjent ma attendiex jew il-pazjent ma nstabx f’kundizzjoni medika adegwata biex titwettaq l-operazzjoni/intervent.

Qasam tal-Kura tas-Saħħa Mentali — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali fil-komunità minn Awwissu 2013 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Minn Awissu ta’ 2013 sal llum tkomplew jinagħtaw is-servizzi fil-kommunita bl-għan li jitnaqqas il-bzonn li l-pazjenti jirrikorru għall-kura ġewwa l-isptar Monte Karmeli. MENTAL HEALTH CLININCS - : Cospicua Paola Floriana Qormi Mtarfa Il-ħames Mental Health Clinics komplew joffru servizz kemm ta’ tobba kif ukoll servizz iktar specjalizzat mgħoti minn speċjlisti fil-qasam tal-Kura Mentali. F’kazijiet oħra saru Home Visits minn membri tat-tim multidixxiplinarju, waqt li pazjenti oħrajn attendew għall- I ndividual Sessions. Permezz ta’ Roaming Team ingħata dan is-servizz ukoll fiċ-ċentri tas-saħħa ġewwa l-Mosta u l-Gżira. L-għan ta’ dan it-tim huwa li s-servizz provdut jiġi esti għal-postijiet oħra fosthom l-akwati tal-Mosta u Gżira. Is-Servizz li jingħata huwa simili għal dak li jiġi provdut fil- healthcentre suindikati. Ta’ min wiehed isemmi illi bħala servizzi ma jingħatawx biss lill pazjent innifsu izda wkoll lill-familjari tiegħu. Dan iservi ta’ għajnuna sabiex jifhmu aktar il-kundizzjoni tal-pazjenti u b’hekk ikunu jafu kif jistghu jkunu ta’ aktar sapport u jagħtu għajnuna lill-qarib taghhom. Qed tingħata wkoll Edukazzjoni kontinwa lill-pubbliku ġenerali ġol-Kunsilli Lokali biex tinħoloq aktar għarfien rigward kif wieħed għandu jieħu ħsieb is-Saħħa Mentali tiegħu. Dawn is-sessions Informattivi u Edukattivi qed jingħataw minn Psychiatric Nurse fil-Kunsilli Lokali kif ukoll fic-Ċentri ta’ matul il-jum ta’ l-anzjani. ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM : Cospicua Paola Floriana Qormi Żejtun L-attendenza matul is-sena 2014 fiċ-ċentri ta’ matul il-jum kompliet tizdied fil-maġġoranza ta’ dawn iċ-ċentri. F’dawn ic-centri persuna takkwista l-kapaċitajiet biex terġa tintegra u tgħix b’mod indipendenti fil-kommunita. Iċ-Ċentri joffru kemm Group Sessions kif ukoll Indivual Sessions u kif ukoll jorganizza numru ta’ Outings matul is-sena. Dawn kienu jinkludu visits immirati li jipromovu l-ezercizzju fiziku, hargiet kulturali bhal hargiet sa esibizzjonijiet, hargiet lejn libreriji, picnics u hikes u bosta hargiet ohra. Fl-Individual Sessions pazjent jingħata nformazzjoni dwar il-kundizzjoni tieghu, it- trattament li qed jircievi inklu¿ xi side-effects tal-pinnolli) u copings skills li għandu bzonn biex itejjeb il-kwalita tal-ħajja tiegħu. Din is- session issir minn membri multidixxiplinarji fosthom Social Workers, Occupational Therapists, Psycholigist u Psychiatric nurse skond il-htiega ta’ l-individwu. F’dawn is-sessions jigi mqajjem gharfien fejn l-individwu jitghallem kif jgharaf s-sintomi tal-marda. Dawn is-sessions jghinu wkoll sabiex il-persuna titghallem tevita affarijiet li jgaghluwha thossha aghar. Ezempji ta’ dan huma: Sistwazzjonijiet ta’ Stress u uzu ta’ Alkohol u droga. L-indivdwu jigu wkoll edukat dwar l-importanza li jzomm kuntatt regolari mal-psikjatra u li jiehu l-medicina kif giet preskritta. Fil-Group sessions – Trattament huwa simili ta’ dak li wiehed jircievi fl-Individual Session bid-differenza li jkunu fi grupp li ġeneralment ikollhom l-istess kundizzjoni. Dan isibuh ta’ għajnuna kbira għalijhom minħabba l-fatt li meta jkunu fi grupp jindunaw li mhux waħidhom b’din il-kundizzjoni u b’hekk jgħamlu kuraġġ lil xulxin. F’dawn is-sessions kemm fl-Individual kif ukoll fil Group sessions jgħinu lill-individwu sabiex jgħollu s- self-esteem tagħhom kif ukoll jiġu mħarrġa ta kif għandhom jikkontrollaw l-effetti tal-kundizzjoni tagħhom. Tkompla jingħata is-servizz tal crisis li jirċievi kemm telefonati fejn jgħati pariri u għajnuna kif ukoll jgħamel assessments ta’ pazjenti li jirrikorru għas- servizz ta’ emerġenza ġewwa l-isptar Mater Dei. Fit-2014 kompla jissaħħaħ is-servizz ta’ l-Outreach li permezz ta’ dan is-servizz pazejnti jistgħu jirċievu kura fil-kommunita. Jin¿amm kuntatt bejn il-persuna li taghmel uzu mis-servizz ul-professjonisti li anka jgħamlu Home Visits fid-dar tal-persuna. Fir-rigward tal-Home Visits dawn isiru principalment sabiex il-pazjent jigi mmoniterjat u ssaportjat b’mod regolari sabiex jigu identifikati b’mod immedjat sinjali ta’ rkadenza. B’dawn il-visti wiehed jista jara li l-pazjent qieghed jiehu l-kura regolari hekk kif tkun preskritta minn ghand il-konsulent. Fejn hemm in-necessita il-pazjent jigi muri kif juza l-pill boxes kif ukoll jigi mfakkar ghall-kull appuntament li jkollu skedat.Fejn tinhass il-htiega, jista wkoll jigi kkumpanjat minn Health Care professional. F’dawn il-visti il-pazjent jigi wkoll mghejun f’attivitajiet tal-hajja ta’ kuljum bhall- xiri, zamm u kontroll ta’ finanzi personali u kif wiehed jista jtejjeb il-hajja socjali tieghu. ( Dawn kollha jghinu lill-pazjent u l-familjari taghhom sabiex ikollhom kwalita ta’ hajja ahjar ). F’certu cirkustanzi dawn il-visti jistghu jsiru wkoll fuq il-post tax-xoghol ta’ l-individwu jew post iehor fejn ihossuwhom komdi huma.

Qasam tal-kura tas-saħħa mentali – organisation chart

Question

Issa li daħlu fis-seħħ il-provedimenti kollha tal-Att dwar is-Saħħa Mentali, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10054 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-operat tal-Gvern fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qiegħed inpoġġi l-organisation chart fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tqassim ta’ siringi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b’xejn minn sptarijiet/ċentri tas-saħħa/faċilitajiet oħra minn Ġunju 2014 sa Ottubru 2014 u jaqsam din l-informazzjoni skont minn fejn tqassmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li minn Mater Dei tqassam total ta' 13,281- il siringa, mill-isptar Monte Karmeli tqassmu 18,940 filwaqt li mic-centri tas-sahha tqassmu kif gej: Centru tas-Sahha Siringi mqassma bejn Gunju u Ottubru 2014 Furjana 29700 Gzira 28978 Hal-Qormi 7500 Mosta 740 Rabat Malta 1904 Birkirkara 583 Rahal Gdid 50200 Bormla 27300 Vittoria Ghawdex 279

FMS – diretturi maniġerjali – salarju u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha li għandu d-direttur maniġerjali preżenti tal-FMS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika ghal min qed jirreferi.

Sptar Boffa – maintenance agreement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10078, jista’ l-Ministru jgħid liema hu l-apparat li m’għandhux maintenance agreement in vigore fl-Isptar Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-maintenance agreements huma kollha in-vigore. Il-PUVA machine (Dermatology), liema maintenance isir regolari mill-Biomedical Section gewwa Mater Dei.

Sptar Mater Dei – pazjenti trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal kull faċilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Ġunju u Settembru 2014, xahar b’xahar, u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni relatata fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani – pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm idaħħlu pazjenti fid-jdar tal-anzjani tal-Gvern mill-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Settembru, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat (inkluż ir-Residenza San Vinċenz de Paul)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ pazjenti li ddaħħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u fir-Residenza San Vinċenz de Paul mill-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Settembru 2014 huwa 141 kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn ma jinkludux anzjani oħra li jidħlu wkoll minn sptarijiet oħra taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tas-Saħħa.

Djar tal-Anzjani — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern (inkluż fir-Residenza San Vinċenz de Paul), bejn Jannar u Settembru 2014 u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ pazjenti li ddaħħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u r-Residenza San Vinċenz de Paul bejn Jannar u Settembru 2014 huwa ta’ 406, kif indikat fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani – postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern (inkluż fir-Residenza San Vinċenz de Paul) bejn Jannar u Settembru 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nnforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħta f’seduta oħra.

Djar tal-Anzjani – pazjenti li mietu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern (inkluż fir-Residenza San Vinċenz de Paul) bejn Jannar u Settembru 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ pazjenti li mietu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn Jannar u Settembru 2014 huwa ta’ 381 kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – pazjenti trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru kemm hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għall-faċilità u għal kull każ (mingħajr ma jagħti l-isem) jgħid x’età għandu/ha l-pazjent/a u kemm ilu/ilha jistenna/tistenna biex jiġi/tiġi trasferit/a?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 40 raġel u 75 mara li l-average age tagħhom hija ta 81 sena li qed jistennew biex jiġu trasferiti. L-Average waiting time hija ta' xarejn u nofs.

Ċentri tas-saħħa – testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fiċ-Ċentri tas-Saħħa bejn Ġunju u Settembru 2014, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ testijiet li saru bejn Ġunju u Settembru 2014 huwa kif jidher fit-tabella: Nies li attendew għat- testijiet tad-demm Ġunju Lulju Awissu Settembru Furjana 1088 963 849 957 Gżira 1110 1354 1325 1123 Rabat 1043 1210 1091 1066 Qormi 637 812 601 521 Bormla 877 1044 813 871 Raħal Ġdid 1349 1409 1235 1251 Mosta 959 1223 1089 1130 B’Kara 1412 1337 1507 1434 total 8475 9352 8510 8353

Testijiet ta’ CT-Scan u MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija bejn Ġunju u Settembru 2014, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn l-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru saru 7,291-il CT examination u 4,587 il-test tal-MRI.

Testijiet ta’ CT-Scan u MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ persuni li ghandhom appuntament ghat-testijiet fix-xhur li gejjin huma hekk: CT examinations: 1261 MRI examinations: 2256

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Ġunju u Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummercjalment sensittiva.

Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenti, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simlii li tqabbdu mill-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Settembru 2014? F’kull każ jista’ jgħid: a. X’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; b. Meta tqabbad; c. Kemm sewa jew se jiswa; d. Kif intgħażel il-kuntrattur; e. Min għażel il-kuntrattur; u f. Meta tlesta jew se jitlesta x-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għada qed tinġabar għalhekk tingħata f'seduta oħra.

Sptar Mater Dei – pazjenti long term

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għall-faċilità oħra bejn Ġunju u Settembru 2014, xahar b’xahar, fl-aħħar jum ta’ kull xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ pazjenti long term fl-isptar Mater Dei bejn Gunju u Settembru kienu hekk: 30 Gunju - 64 31 Lulju - 50 31 Awissu -82 30 Settembru - 90

Sptar Mater Dei – Customer care Section

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta’ ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar bejn Ġunju u Settembru 2014, kategorija b’kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa’ pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każijiet kienu hekk: Ġunju - 290 każ Lulju - 374 każ Awwissu - 328 każ Settembru - 158 każ Ittieħdet azzjoni fir-rigward ta’ kull każ u għad hemm biss erba' każijiet pendenti.

Mediċina skaduta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-POYC xahar b’xahar, bejn Ġunju u Settembru 2014 u kemm kienet tiswa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.