Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ftehim Kollettiv – Allied Healthcare Professions

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv għall-allied healthcare professions?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Sptar Mater Dei, Ċentri tas-Saħħa u Kura tas-Saħħa Mentali – postijiet għall-infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema dipartiment fl-Isptar Mater Dei, fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-kura tas-saħħa mentali hemm postijiet vakanti għall-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Sptar Mater Dei – faċilità tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei għandux faċilità tal-IVF liċenzjata u/ jew awtorizzazzjoni neċessarja mill-awtoritajiet tas-saħħa? Jekk iva, jista’ jgħid meta nħarġet il-liċenzja u/ jew awtorizzazzjoni neċessarja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-licenzja hija valida ghal sentejn.

Sptar Mater Dei – karigi – salarji u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11830 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li qed jokkupaw il-karigi li ġejjin u għal kull wieħed/waħda jgħid x’inhuma s-salarju u benefiċċji oħra li għandhom bħala parti mill-impjieg tagħhom: a. CEO – Sptar Mater Dei; b. Deputy CEO – Sptar Mater Dei; c. Director of HR – Sptar Mater Dei; d. Clinical Director – Sptar Mater Dei; u e. CIO – Sptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-persuni li qed jokkupaw il-karigi huma kif gej: CEO- Ivan Falzon Director of HR – Emeline Fenech Clinical Director – Joseph Zarb Adami. Ma hemm l-ebda persuni inkarigati bhala Deputy CEO u CIO.

Sptar Mater Dei — karigi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11831 u jgħid min mil-lista tal-persuni li qed jokkupaw il-karigi li ġejjin qed jokkkupa kariga/xogħol ieħor f’xi istituzzjoni entità, bord jew organizzazzjoni oħra tal-Gvern? Għal kull każ, jista’ jagħti d-dettalji tal-kariga jew ix-xogħol l-ieħor; a. CEO – Sptar Mater Dei b. Deputy CEO – Sptar Mater Dei; c. Director of HR – Sptar Mater Dei; d. Clinical Director – Sptar Mater Dei; u e. CIO – Sptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ivan Falzon li huwa CEO tal-Isptar Mater Dei huwa ukoll Chairman Medical Plus Malta Ltd u Chairman Change Management Ltd, liema karigi huma it-tnejn bla hlas. Emeline Fenech hija Membru tal-ORNIS committee u ghandha rwol ta' advisor fis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari ghas-Sahha.

Ingaġġ ta’ infermiera barranin

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12136, jista’ l-Ministru jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid x’inhuma n-nazzjonalitajiet tal-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Mill- 2010 sal- 2014 l-infermiera ingaggati kienu gejjin mill- : Albanija, Belgju, Bulgarija, Cina, Estonja, Filippini, Franza, Germanja, Grecja, Indja, Irlanda, Kanada, Latvja, Litwanja, Nigerja, Olanda, Pakistan, Polonja, Renju Unit, Rumanija, Serbja, Slovakkja, Spanja, Italja, Ungerija,

Inkjesti maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali li ilhom għaddejjin aktar minn xahrejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta, quddiem il-Maġistrati Inkwerenti, hemm elf erbgħa mija u sitt (1,406) inkjesti maġisterjali li ilhom għaddejjin aktar minn xahrejn. Fil-Qorti t’ Għawdex hemm erbgħa mija u tmintax (418) - il inkjesta li ilhom għaddejjin aktar minn xahrejn.

Ommijiet ta' età ta' 43 — trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ommijiet ta' 43 sena u aktar li kellhom tarbija fis-snin 2012, 2013 u 2014 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ ommijiet ta' 43 sena u aktar li kellhom tarbija fis-snin 2012, 2013 u 2014 sa l-aħħar ta Settembru 2014 huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Età (snin) Numru ta’ ommijiet 43 sena u aktar 2012 17 2013 17 2014 (1 ta’ Jannar sal- 30 ta’ Settembru) 17

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ kirurgu u/jew speċjalist

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10351, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ każijiet fejn il-pazjent għażel il-kirurgu li għamilu l-intervent barra minn pajjiżna (mingħajr ma jsemmi l-isem tal-pazjent)? Għal kull każ, jista’ jgħid kemm ħallas il-Gvern u lil min ħallas?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-Treatment Abroad Committee ma kellu l-ebda pazjent li ressaq it-talba tiegħu biex jagħżel il-kirurgu li għamillu l-intervent.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ kirurgu u/jew speċjalist

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10351, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ pajjiżi “fejn il-Gvern għandu ftehim” skont kif dan hu mifhum fit-tweġiba msemmija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Gvern għandu ftehim iffirmat mal-Ingilterra u l-Italja.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ kirurgu u/jew speċjalist

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10351, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida u/jew proċeduri u/jew kriterji u/jew paramentri li jintużaw biex jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar kif jiġu milqugħa jew miċħuda t-talbiet tal-pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-kirurgu jrid ikun jaħdem ġewwa Ċentru Publiku ġewwa pajjiż fejn il-Gvern għandu ftehim u li jkun ikkonfermat li l-isptar huwa ta’ reputazjoni tajba u għandu l-kapaċità neċessarja biex jofri is-servizz rikjest. Il-pazjent jiddiskuti din ix-xewqa mal-Konsulent Kuranti tiegħi li imbagħad jagħmel it-talba f’isem il-pazjent.

Angiograms

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11665, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni ukoll xahar b’xahar għall-perjodu minn Jannar 2011 sa Frar 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qasam tas-Saħħa – fondi kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11820 u jagħti rendikont (proġett proġett) ta’ kemm u fiex intefqu l-fondi kapitali fil-qasam tas-saħħa (għas-sena 2014) ta’ €60.8m?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Angiograms ikkanċellati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm angiograms ikkanċellati minn Jannar 2012 sa Settembru 2014, u jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-figuri huma kif gej: 2012: 166 2013: 192 2014: 147

Screening Unit – maintenance agreement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10079, jista’ l-Ministru jgħid liema hu l-apparat li m’għandux maintenance agreement in vigore fl-iScreening Unit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull apparat biex jingħata s-servizz ta’ l-iscreening huwa kopert b’maintenance agreement. Beda proċess mas-CPSU biex kull agreement jiġġedded qabel ikun skada. Barra minhekk, qegħdin f’diskussjonijiet rigward upgrades tal-apparat u s-software biex inkomplu ntejbu l-kwalita’ tas-servizzi li qegħdin jiġu offruti.

Sptar Monte Karmeli – tfal fil-wards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta’ Awwissu 2014 ’l hawn kienx hemm tfal taħt it-18-il sena f’xi ward fl-Istpar Monte Karmeli (jiġifieri mhux fil-YPU)? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kellhom età u f’liema ward kienu qegħdin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mill- 1 ta' Awwissu 2014 'l hawn kien hemm 4 bniet taht it-18-il se a fil-female Ward 1. L-eta' taghhom tvarja bejn il-hmistax u sbatax il-sena.

Sptar Monte Karmeli – pazjent li ħarab minn seclusion ward

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10348, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-bord tal-Investigazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba data protection. Madanakollu l-Onor. Interpellant jista' jitlob li jara r-rapport b'mod privat.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ Sptar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10350, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ każijiet fejn il-pazjent għażel l-isptar fejn isirlu l-intervent barra minn pajjiżna (mingħajr ma jsemmi l-isem tal-pazjent)? Għal kull każ jista’ jgħid kemm ħallas il-Gvern u lil min ħallas?

Response (MIZZI, KONRAD)

F’dawn l-ahhar snin kien hemm kaz wiehed quddiem it-treatment abroad committee fejn il-pazjent ghazel sptar differenti minn dak suggerit mill-Konsulent. Peress li dan l-isptar xorta kien jaqa fl-ambitu tal-ftehim li ghandu l-gvern Malti mal-Gvern Ingliz ma sar ebda hlas.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ Sptar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10350, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ pajjiżi “fejn il-Gvern għandu ftehim” skont kif dan hu mifhum fit-tweġiba msemmija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Gvern ghandu ftehim iffirmat mal-Ingilterra u l-Italja

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ Sptar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10350, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida u/jew proċeduri u/jew kriterji u/jew paramentri li jintużaw biex jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar kif jiġu milqugħa jew miċħuda t-talbiet tal-pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Kif diga gie spejgat fir-risposta ghal mistoqsija parlamentari 10350, iċ-ċentru jrid ikun Ċentru Publiku ġewwa pajjiż fejn il-Gvern għandu ftehim u li jkun ikkonfermat li l-isptar huwa ta’ reputazjoni tajba u għandu l-kapaċità neċessarja biex jofri is-servizz rikjest. Il-pazjent jiddiskuti din ix-xewqa mal-Konsulent Kuranti tiegħi li imbagħad jagħmel it-talba f’isem il-pazjent.