Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Ġenerali t'Għawdex — customer care - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fit-taqsima tal-customer care tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex hemm erba' persuni? Jista' jgħid x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid x'inhu l-grad ta’ kull wieħed minn dawn il-persuni u x’kien ix-xogħol tagħhom qabel marru jaħdmu fil-customer care?

Response (MIZZI, KONRAD)

Mhux infurmat li hemm erba' persuni jaħdmu fil-customer care fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Sptar Mater Dei — Mediċina Inderal

Question

Minħabba li l-mediċina Inderal (Proranol) tinbiegħ biss mill-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz ta’ din il-mediċina f’Ġunju 2013, Ġunju 2014 u llum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-prezz tal-mediċina ivarja minn kunsenja għal oħra. F’Ġunju tal-2014 il-prezz kien ta’ €0.02 għal kull tablet u f’Jannar 2015 niżel għal 0.0146 għal kull tablet.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – tiswijiet fl-arja kkondizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li xogħol li sar reċentement fuq is-sistema tal-arja kkondizzjonata fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex kellux jerġa’ jinqala’ u jsir mill-ġdid? Jekk dan hu minnu, jista’ jgħid x’wassal għal dan, xi swiet din il-bidla u kif intgħażel il-kuntrattur li ngħata dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

M`huwiex minnu li sar xi xogħol riċentament fuq is-sistema tal-arja kkondizzonata fl-Isptar Ġenerali t`Għawdex li kellu jerġa jinqala u jsir mill-ġdid.

Dipartiment tad-Dentistrija – medical supplies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi medical supplies (inkluż braces) li huma out of stock fid-Dipartiment tad-Dentistrija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemm l-ebda medical supplies out of stock fid-dipartiment tad-dentistrija .

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: - l-isem tal-persuna appuntata; - il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; - id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; - min għażel lill-persuna; - il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; - x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; - min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; - jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; - jikkonferma jekk l-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni tinghata f'seduta ohra.

Kura barra minn Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12330, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari u jindika l-kundizzjoni li għaliha intbagħtu għall-kura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoggi l-inforazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.

Health Insurances – rebates fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed isiru d-diskussjonijiet li qed jagħmel il-Gvern dwar ir-rebates fiskali tal-Health Insurances?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet li qed jaghmel il-gvern dwar ir-rebates fiskali tal-Health Insurances huwa mal-Malta Insurance Association.

Ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa –professional indemnity insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kategoriji ta’ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma koperti bil-professional indemnity insurance?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.

Ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa pubblika –professional indemnity insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-professional indemnity insurance tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa pubblika tkoprix ukoll riskji/inċidenti li jinqalgħu barra l-ħin tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li inghata ghad-domanda numru 13101.

Ħaddiema casual jew part-time fil-qasam tas-Saħħa – professional indemnity insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi casual jew part-time fil-qasam tas-saħħa humiex koperti bil-professional indemnity insurance?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li inghata ghad-domanda numru 13101

Ingaġġ ta’ infermiera barranin — għażla

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12138, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet u jgħid ukoll fejn din ġiet ippubblikata?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ ta’ infermiera Spanjoli sar wara li saru taħdidiet bejn il-Ministeru tas-Saħħa Spanjol u dak ta’ Malta biex jiġu rekulati infermiera Spanjoli u preżenti għal dawn id-diskussjonijiet kien hemn l-union Spanjola SATSE li ħadet ħsieb il-marketing ta’ din is-sejħa.

Pazjenti barranin — ħlasijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12266, peress li l-entità inkwistjoni hija l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazjoni ghada qed tingabar u tinata f’seduta ohra.

Pazjenti barranin – Servizzi bi ħlas

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12267, peress li l-entità in kwistjoni hija l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Dawk il pazjenti li ma jaqghux taht il-kategoriji msemmija fit-twegiba ghal PQ 12265 huma mitluba jhallsu ghas-servizzi kolla provduti minn Mater Dei.

Sptar Mater Dei – ħlas għal servizzi tas-saħħa minn Pazjenti Barranin

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12265, jista’ l-Ministru jikkonferma li pazjenti li jkunu ta’ nazzjonalità Ċiniża, Indjana, Koreana jew Filippina, iridu jħallasu l-ammonti stipulati għal kull servizz li jieħdu mill-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-pazjenti kollha minbarra Ċitadini Maltin; Ċitadini Ingli¿i li jaqaw tħat l-arranġamenti brjn il-gvern Malti u l-Gvern Ingli¿; Ċitadini Ewropew li jaqaw taħt ir-regolament ta’ l-Unjoni Ewropej 883/04; Ċitadini Awstraljani fl-ewwel sitt xhur taż-żjaratagħhom f’Malta u pazjenti oħra li jistgħu ma jintalbux iħalsu minħabba raġunijiet umanitari iridu jħallasu l-ammonti stipulati għal kull servizz li jieħdu mill-Isptar Mater Dei.

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 11661 u 12227, minħabba li qabel dan ir-rapport kien jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll minħabba li ma fih l-ebda kontenut kummerċjali, jista’ l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħamel referenza għat-tweġiba Parlamentari b’risposta għal-mistoqsija parlamentari 11661.

Sptar Mater Dei u Sptar Boffa – sick leave

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 12292, 12293, 12294 u 12295, u peress li r-raġuni li għaliha qed tintalab din l-informazzjoni hija sabiex jiġi analizzat il-pattern tas-sick leave f’dawn l-entitajiet, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ġranet ta’ sick leave mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Ottubru 2014 fl-isptar Mater Dei kien ta’ 39,537 filwaqt li fl-isptar Boffa kien ta’ 2,669.

Mediċina Fampyra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jippjana li jpoġġi l-mediċina Fampyra fuq il-Formularju tal-Gvern biex jibdew jingħata bla ħlas lill-pazjenti li jkollhom bżonnhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fix-xhur li għaddew, il- ‘Government Formulary List Advisory Committee’ (GFLAC) evalwa l-applikazzjoni flimkien mar-riċerka li saret mid-dipartiment u ma rrakomandax li din il-mediċina tiġi nkluża fil-Formularju tal-Gvern.

Slipped Disc — operazzjoni ta' pazjent

Question

Peress li l-pazjent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separament qed isofri minn sintomi problematiċi minħabba numru ta' slipped discs, jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta se ssirlu l-operazzjoni li għandu bżonn?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-operazzjoni diġà saret, fil-fatt saret is-sena l-oħra.