Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proċedura ta’ Intrathecal Baclofen

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12364 u jgħid kemm hemm tfal taħt is-16-il sena jistennew biex isirilhom il-proċedura ta’ Intrathecal Baclofen?

Response (MIZZI, KONRAD)

Hemm erbat itfal li kienu identifikati għal din il-proċedura.

Qasam tas-Saħħa — ingaġġ ta' aktar riżorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn (bħala Dipartiment), f’liema gradi u b’kemm għandu bżonn jingaġġa aktar riżorsi matul l-2015 biex l-operat tal-qasam tas-saħħa jkun qiegħed jopera kif jixraq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Ministeru bħalissa għaddej b’eżerċizzju biex jifforma HR plan għat-tliet snin li ġejjin.

Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla — Public Private Partnership

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-mudell li qed jiġi kkontemplat biex jintuża biex isir il-Public Private Partnership fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla, hekk kif imħabbar fid-diskors tal-Baġit ta’ din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-istakeholders dwar kif il-privat jista’ jaħdem id f’id mal-Gvern fit-tmexxija taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla.

Ċentru tas-Saħħa — Public Private Partnership

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se toħroġ sejħa pubblika għall-Public Private Partnership fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla li tħabbar fid-diskors tal-Baġit ta’ din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13206.

Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla — Public Private Partnership - vot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li jonfoq fl-2015 għall-Public Private Partnership fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla u minn taħt liema Vot se jittieħdu l-flus għal dan il-għan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13206.

Ċentri tas-Saħħa — spiża kapitali għall-2013

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi spiża kapitali matul is-sena 2013, għal kull Ċentru tas-Saħħa, ċentru b'ċentru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiza kapitali għall-matul is-sena 2013 għaċ-Ċentri tas-Saħħa kienet : €643,214

Migrazzjoni mill-Isptar Boffa għal Sptar Sir Anthony Mamo — Dipartiment tad-Dermatoloġija

Question

Issa li bdiet il-migrazzjoni ta’ Sptar Boffa lejn Sptar Sir Anthony Mamo, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12361 u jgħid fejn se jiġi rikolat id-Dipartiment tad-Dermatoloġija ġaladarba ssir il-migrazzjoni tal-operat fl-Isptar Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-Trasferiment tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija se tifforma parti minn pjan ħolistiku dwar l-infrastruttura tas-saħħa li se jitħabbar fiż-żmien li ġej.

Sptar tal-Onkoloġija — kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm kuntratturi in delay jista’ jelenka min huma, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qeghdin in delay?

Response (MIZZI, KONRAD)

Risposta tingħata f’seduta oħra

Migrazzjoni ta' kull dipartiment mill-Isptar Boffa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tad-dati ta’ meta se ssir il-migrazzjoni ta’ kull dipartiment preżentement fl-Isptar Boffa kif ukoll ta’ dawk li se jiġu ttrasferiti mill-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-Dipartimenti tal-Paeditaric Outpatients u tal-Haematology Outpatients se jlestu l-migrazzjoni lejn l-Isptar Sir Anthony Mamo f’April waqt li l-kumplament tad-Dipartimenti mistennija jirrilokaw f’Mejju.

Isptar Boffa — proċess ta' migrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proċess ta’ migrazzjoni mill-Isptar Boffa (u ż-żewġ dipartimenti mill-Isptar Mater Dei) se jieħdu sitt xhur meta n-numru ta’ soddod huwa biss ta’ 96?

Response (MIZZI, KONRAD)

Parti essenzjali tal-proċess tal-migrazzjoni lejn iċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo hija l-commisioning tal-apparat istallat. Dan qiegħed isir kemm minn esperti Maltin kif ukoll barranin. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li n-numru ta’ soddod fl-Isptar Sir Anthony Mamo se jkun ta’ 113 (mija u tlettax).

Sptar Sir Anthony Mamo — parkeġġ għall-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn se jipparkjaw il-ħaddiema tal-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo ġaladarba dan ikun qed jopera kompletatment?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li meta titlesta l-migrazzjoni lejn iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sit Anthony Mamo, huwa pproġettat li jkun hemm madwar 140 (mija u erbghin) post tal-parkeġġ għall-ħaddiema.

Sptar tal-Onkoloġija — parkeġġ tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx qbil mal-MUMN dwar il-kwistjoni li kienet ippronunzjat ruħha dwarha dwar il-parkeġġ tal-ħaddiema fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-diskussjonijiet mal-MUMN għadhom għaddejjin.

Dipartiment tad-Dentistrija – pazjenti jistennew intervent jew trattament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew intervent, trattament, jew appuntament fid-Dipartiment tal-Dentristija, u jagħti din l-informazzjoni skont dawk li huma qegħdin jistennew għalih (eżempju: intervent, viżta outpatient, eċċ.)?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li fid-Dipartiment tal-Orthodontics hemm 491 pazjent jistennew intervent fil-waqt li fl-Oral Surgery hemm 268 pazjent jistennew li jsirilhom intervent. Fil-prosthetics hemm 300.

Dipartiment tad-Dentistrija – ħlasijiet għal servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjent jistax jintalab xi ħlas għal xi servizz fid-Dipartiment tad-Dentistrija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is-servizzi li jingħataw mill-impjegati tal-Gvern fl-Isptar Mater Dei huma kollha bla ħlas.

Dipartiment tad-Dentistrija – riżorsi umani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tad-Dentistrija għandux complement ta’ riżorsi umani adegwati? Jekk le, jista’ jgħid f’liema gradi hemm in-nuqqas u b’kemm-il ħaddiem full-time huwa dan in-nuqqas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bħalissa fid-Dipartiment tad-Dentistrija hemm xi vakanzi fil-gradi ta’ House Surgeon u Registrar li meta jintlew mistennija jkomplu jtejbu s-sitwazzjoni. Fil-każ tar-Reġistrar diġà saru l-interviews u mistennija jkunu ingaġġati fiż-żmien li ġej.
Leg 12 PQ #13195 Sitting 231 2015-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta — Triq id-Dejqa - Creativity and Multi-Cultural Hub

Question

B’referenza għall-pjanijiet imħabbra mill-Gvern u l-MEPA biex Triq id-Dejqa fil-Belt Valletta tiġi ttrasformata f'Creativity and multi-Cultural Hub, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’konsultazzjoni saret mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-NGOs tal-Belt dwar din it-trasformazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-oġġettivi tar-reviżjoni tal-Pjan Lokali tal-Belt fir-rigward ta’ Strada Stretta ġew ipubblikati f’Ottubru tal-2014 għall-konsultazzjoni pubblika għal ġimgħatejn u l-MEPA rċeviet sottomissjoni waħda fil-ħin u tnejn oħra wara li kien għalaq iż-żmien tal-konsultazzjoni. Is-sottomissjoni li daħlet fil-ħin issa ġiet ippubblikata mad-dokument ta’ policy. Id-dokument ta’ policy ġie ppubblikat għal konsultazzjoni pubblika għal tmien ġimgħat liema konsultazzjoni għalqet fit-23 ta’ Jannar. Saret ukoll laqgħa pubblika fil-Belt li għaliha seta jattendi kulħadd. Attenda s-sindku tal-Belt Valletta li ressaq diversi punti li issa ser jittieħdu in konsiderazzjoni waqt ir-revizjoni tal-policy.
Leg 12 PQ #13196 Sitting 231 2015-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta — Triq id-Dejqa - Creativity and Multi Cultural Hub

Question

B’referenza għall-pjanijiet imħabbra mill-Gvern u l-MEPA biex Triq id-Dejqa fil-Belt Valletta tiġi ttrasformata f’Creativity and multi-Cultural Hub, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iqisx li l-attività indikata bħala 'late night operating times such as bars and music venues' m’hijiex konsistenti mal-fatt li fil-madwar ta’ din il-parti tal-Belt hemm hafna djar residenzjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-policy qed tipproponi “Core” għall-multicultural hub fejn hu prophost li jkun hemm koncentrazzjoni ta’ ċerta attivita u “periphery” fejn din l-attivita’ għanda tkun inqas intensiva. Il-“Core” huwa dominat minn bini vojt u abbandunat li ilu mitluq għal snin twal u li ħadd ma ried jersaq lejh wisq inqas jinvesti fih. Il-maġġoranza kbira tar-residenti ta’ Strada Stretta jgħixu fil-“periphery” u għalhekk saret din id-distinzjoni. Ta’ min jgħid ukoll li 'late night operating times such as bars and music venues' ma jfissirx “free for all”. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li Strada Stretta ma tkunx sempliċiment żona ta’ divertiment oħra izda l-emfasi ser tkun ukoll fuq kultura b’rispett lejn l-ambjent storiku tal-post u anke fuq l-użi oħra li jeżistu fil-madwar.

Allied Health Care Professionals — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti konferma li sal-aħħar ta’ Frar 2015 dawk kollha li ggradwaw bħala Allied Health Care Professionals se jkunu ingaġġati mal-Gvern biex jibdew jagħtu s-servizz tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet mal-UHM biex dawk l-istudenti li qed jirreferi għalihom ikunu ingaġġati mas-servizz pubbliku fiż-żmien li ġej.

Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa –professional indemnity insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi tkopri l-professional indemnity insurance ta’ dawk il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma koperti minn din il-professional indemnity insurance?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-professjonisti huma liberi li jagħżlu liema polza jridu bħala Professional Indemnity Insurance sakemm din tkun xierqa meta jitqiesu n-natura u l-grad tar-riskji involuti.

Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa –professional indemnity insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mingħand min akkwista l-professional indemnity insurance għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, x’inhu l-perjodu li tkopri, kemm qed iħallas għaliha u jgħid ukoll xi proċess intuża biex intgħażlet il-kumpanija tal-assigurazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil-qasam pubbliku l-imdemnity jipprovdiha il-Gvern. Fil-qasam privat, professjonisti huma liberi li jagħżlu il-polza li tgħodd għalihom.