Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qasam tas-Saħħa – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12354 u jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa matul l-2014 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-professjonijiet rispettivi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2014 ġew ingaġġati dawn li ġejjin: Allied Health Professional 23 CareWorker 5 Clinical Chairperson 7 Consultant 20 Cooks 6 Dosimetrist 1 Enrolled Nurse 4 Environmental Health Officer 6 Health Screening Co-Ordinator 9 Procurement Manager 3 Precincts Officer 2 Principal Scientific Officer 3 Pharmacy Technician 4 Pharmacist 28 Paramedic Aide 63 PAC Co-Ordinator 1 Midwife 24 Staff Grade on Locum Basis 6 Project Manager ESF 4.175 1 House Officer 100 Higher Specialist Trainee 42 Resident Specialist 1 Staff Nurse 475 Nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt li numru mill-persuni ngaġġati hawn fuq kienu diġa mpjegati tas-servizz pubbliku.

Ċikli tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru cikli ta’ IVF matul is-sena 2014? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn irnexxew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li matul l-2014, wara l-ewwel fazi ta’ screening u stimulazzjoni, il- Gvern hallas ghal 28 ciklu tal-IVF li sar fil-privat. Minnhom 6 koppji hargu tqal waqt li 3 minnhom welldu tarbija.

Memorandum of Understanding – Università ta’ Pisa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12353 u jgħid x’xogħol sar matul din is-sena skont kif provdut fil-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma mal-Università ta’ Pisa f’Settembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ma hemm l-Ebda Memorandum of Understanding iffirmat mal-Universita ta’ Pisa. L-Memorandum of Understanding kien gie iffirmat mar-Regjun ta’ Toscana. Ma sar l-ebda xoghol fuq dan il-Memorandum matul is-sena 2014.

Pazjenti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Gvern qed jippjana li jibda jġib pazjenti barranin f’Malta fuq bażi kummerċjali (imsejjaħ ukoll turiżmu mediku) biex isirilhom trattament ġewwa faċilità tal-Gvern, minkejja li għad hemm waiting lists twal għal pazjenti Maltin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Dan il-gvern qed iwettaq hidma intenziva biex inaqqas il-waiting lists ezistenti u diga kiseb rizultati pozittivi. Dan il-gvern ser jibqa ffukat biex itejjeb is-servizz li jinghata.

Servizzi tas-Saħħa – Introduzzjoni ta’ Electronic Patient Record

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12349, jista’ l-Ministru jgħid konkretement x’inhuma l-pjanijiet ta’ implimentazzjoni ta’ Electronic Patient Record integrata fis-servizz tas-saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali ta’ l-eHealth, il-Gvern qed jippjana l-kreazjoni ta’ National Electronic Health Record li tintegra d-dettalji kliniċi tal-pazjenti minn diversi sistemi f’oqsma differenti tas-servizzi tas-saħħa u li b’hekk tippermetti iżjed kontinwità fil-kura tal-pazjenti.

CPAS — implimentazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12350, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jaddotta s-sistema CPAS bħala l-Electronic Patient Record tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

.Nirreferi lill-Onorevoli interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 13224

CPAS — ċertifikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12351, jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sistema CPAS hija sistema approvata mill-MITA?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkoncernat.

CPAS — ċertifikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12351, jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sistema CPAS hija sistema li hija aderenti (compliant) mal-istandard HL7?

Response (MIZZI, KONRAD)

CPAS titrasmetti ‘data’ lil sistemi oħra permezz tal-HL7 standard.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12345 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-MAM ġietx ikkonsultata dwar il-proġett mal-Barts School of Medicine u jekk hemmx qbil magħha dwar l-operat f’dan il-proġett?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba ghad-domanda numru 13215.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12345 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-KSU u l-MMSA ġewx ikkonsultati dwar il-proġett mal-Barts School of Medicine u jekk hemmx qbil magħhom dwar l-operat f’dan il-proġett u kif dan jista’ jkun qiegħed jimpattahom bħala studenti tal-mediċina?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-dipartiment tas-sahha kellhu laqghat mal- MMSA fejn gie diskuss il-progett ta' Barts School of Medicine.

San Ġiljan – Ċentru Reġjonali għall-kura primarja – project brief

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12343 u 8075 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ l-Ministru jagħti data meta se jitlesta l-cost benefit analysis imsemmi fit-tweġiba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li bħalissa għaddej studju kif l-aħjar jiġu allokati fondi potenzjali mill-Ewropa.

Kartuna safra/roża – applikazzjonijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistosija parlamentari 12344 u 8085 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6535 (li kienet tirrigwarda applikazzjonijiet ġodda għall-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża minn Jannar 2012 sa Novembru 2013), jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-proċess tat-tender għas-sistema tal-entitlement baqa’ ma ġiex konkluż mill-Gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil-prezent, il-Ministeru qed jevalwa sistemi ġodda ta' IT biex jintużaw fl-istock control .

GP Trainees — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex din is-sena ma ħarġietx is-sejħa għall-GP Trainees kif kienet toħroġ b’mod regolari fis-snin li għaddew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninfurma l-Onor. Interpellant illi dan il- kaz qieghed il- qorti.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Dipartimenti - Tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba impjegati fid-dipartimenti kollha taħt il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad li qegħdin fih it-tobba u skont il-post fejn huma assenjati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ tobba li huma mpjegati fid-dipartimenti kollha taħt il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa illum huwa ta’ 923

Ċentri tas-Saħħa — Spiża Kapitali għall-2014

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi spiża kapitali matul is-sena 2014, għal kull Ċentru tas-Saħħa, ċentru b'ċentru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed inpoggi t-tghairf mitlub fuq il-mejda tal-Kamra

Sistema pubblika tas-saħħa — reġistru

Question

Minħabba li l-informazzjoni mitluba hija parti mill-leġiżlazzjoni ta’ pajjiżna, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12331 u 8274 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-reġistru li fih jinkludi l-benefiċċji, servizzi, interventi u t-trattamenti kollha pprovduti mis-sistema pubblika tas-saħħa, u l-ispiża u/jew it-tariffi ma’ kull tali benefiċċju, servizz, intervent u trattament hekk kif ipprovdut fl-Att dwar is-Saħħa (Kap. 528)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil -prezent il-gvern qieghed jaggorna l-informazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Formularju – lista ta’ mediċini mneħħija

Question

Peress li l-prassi użata fil-Parlament hija li materjal li l-Ministru jgħid li jinstab online xorta waħda jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jiġi mitlub jagħmel dan, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8484 u 12332 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mediċini kollha li ġew imħassra mill-formolarju tal-Gvern minn Marzu 2013 sal-lum u f’kull każ jgħid meta l-mediċina rispettiva ġiet imħassra mill-imsemmi formolarju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba f’din l-interpellamza

Outpatients — appuntamenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12338 u 10075 u jgħid kemm hemm appuntamenti tal-outpatients iffissati għas-sena 2016? Jista’ jaqsamhom, xahar b’xahar skont id-dipartiment rispettiv (eżempju Orthopeadics, Neurology eċċ.)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant

Pazjenti – Interventi barra minn Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12339, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u ċjoè ’jgħid x’kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Peress illi l-ftehim mal-Ingilterra huwa dwar in-numru ta’ pazjenti u mhux dwar l-ispiza, informazzjoni dwar spiza ma tingabarx.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 7940 u 12341, u peress li issa l-Gvern ilu kważi sena li ħabbar dan il-proġett, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni konkreta dwar il-proġett tal-ftehim li l-Gvern għamel mal-Barts School of Medicine?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li d-diskussjonijiet ghadhom ghaddejjin.