Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratturi ta’ prodotti farmaċewtiċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta’ Novembru 2014? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni qed titqieghed fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagament pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta’ Novembru 2014? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei — average length of stay

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgha b’ġimgha, bejn Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Emerġenza — ticket of referrals

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja u kemm kienu self-referral? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Listi ta’ mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: a. mediċini (f’kull forma u/jew doża); b. prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża); c. apparat mediku; d. disposables jew consumables li huma out of stockjew pending order jew low stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? Kemm kemm ilhom out of stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li din il-gimgha hemm biss 2 medicini li huma out of stock u 4 medicini li huma low stock mill-ispizeriji Tal-ghazla tieghek.

Lista ta’ kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. D-data meta ngħata; b. L-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri; c. Il-valur tiegħu; d. It-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. Il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. X’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Matei Dei għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.

Sptar Karen Grech — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karen Grech għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.

Foundation for Medical Services — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Services għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.

Ċikli tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jsiru ċikli ta’ IVF matul is-sena 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2015 huma ppjanati 6 sessjonijiet ta’ IVF bis-servizz jigi offrut lil 30 koppja kull sessjoni.

IVF — ħlas għall-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena, il-koppji hux se jibqgħu jintalbu li jħallsu għall-medicini (hormonal treatment) involuti fiċ-ċiklu tal-IVF jew jekk il-Gvern hux se jimxi mal-wegħda oriġinali tiegħu li l-IVF ikunu kollu b’xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal- IVF qed jingħata kollu b'xejn u dan jinkludi s-sessjonijiet tal-Infertility Counselling, kull investigazzjoni meħtieġa (bloodwork, genetic testing, andrology tests), follicle tracking, il-proċess tal-IVF / ICSI kif ukoll l-cryopreservation tal-gameti. L-intitolar ta' mediċina b'xejn huwa separatament mis-servizz offrut, u sa issa dawn huma provduti mill-koppja.

GFLAC – lista ta’ mediċini

Question

Peress li t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12359 m’għandhiex x’taqsam mal-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-mediċini kollha li ġew approvati mill-GFLAC biex isiru parti mill-formolarju tal-Gvern minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ll-mediċini li jiġu approvati biex isiru parti mill-formolarju tal-Gvern, jiġu approvati mill-Advisory Committee on Healthcare Services.

Mediċini – lista ta’ suppliers

Question

Peress li dan il-ħlas sar minn fondi pubbliċi, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12360 u jagħti l-lista sħiħa tas-suppliers li mingħandhom xtara mediċini matul l-2013 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2014 u għal kull supplier jgħid b’kemm inxtraw mediċini fis-sena 2013 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.

Djar tal-Anzjani fil-Belt Valletta, Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 9946 u 12336, minħabba l-bżonn akut li hemm f’dawn il-lokalitajiet, jista’ l-Ministru jirrispondi b’mod aktar ċar u jgħid jekk hemmx pjani konkreti u/jew postijiet identifikati biex jinfetħu djar tal-anzjani, night shelters jew day centres għall-anzjani fil-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, l-Ħamrun, il-Pietà u Santa Venera u għal kull każ jgħid fiex se jkun qed jikkonsisti l-proġett, f’liema stadju qiegħed u meta se jibda jopera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-ministeru kkoncernat.

Management Accounts — accountability

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 12373, 12374, 12375, 12376, 12377 u 12378, peress li l-informazzjoni (management accounts) li qed tintalab hija għodda bażika ta’ accountability, jista’ l-Ministru jgħid għal xiex ma jridx jippubblika tali informazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-onorevoli interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12378

CPAS — Ċertifikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12351, jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sistema CPAS hija konformi mal-istandards tas-sigurtà tad-data taħt il-kategorija ISO/IEC 27000? Fil-każ li hija konformi jista’ jgħid min għamel l-audit neċessarju u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni rispettiva?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li s-serje ta’ standards ISO27000 tapplika ghal organizazzjonijiet mhux ghal sistemi individwali.

CPAS — approvazzjoni mill-MITA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistemi, proċeduri, mekkaniżmi u infrastruttura li fuqhom topera s-sistema CPAS humiex kollha approvati formalment mill-MITA?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-prezent ghadejjin diskussjonijiet mal-MITA sabiex l-arkitettura tas-sistemi tal-IT uzati fil-qasam tas-sahha tigi msahha.

CPAS — privatezza tad-data tal-pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni li s-sistemi, proċeduri, mekkaniżmi u infrastruttura li fuqhom topera s-sistema CPAS huma siguri biżżejjed u addattati biex jiggarantixxu l-privatezza tad-data tal-pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-access ghas- CPAS huwa kontrollat permezz ta’ sistema ta sigurta’ kif hija l-prassi f’sistemi informatici uzati mid-dipartmenti tal-Gvern. Kull min ghandu permess juza din is-sistema ghandu ‘login name’ u ‘password’ tieghu u jinghata livell ta’ access skont ir-rwol tieghu, u dan jigi monitorjat permezz ta audit trail.

CPAS – lista ta’ pagamenti

Question

Peress li dan il-ħlas sar minn fondi pubblici, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12352 u jagħti l-lista sħiħa ta’ pagamenti li ntalbu u/jew saru b’rabta mas-sistema CPAS minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull spiża, jista’ jgħid ta’ kemm kien l-ammont u lil min hu/kien dovut?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12352.