Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u ezercizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid: (a) X’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; (b) Meta tqabbad; (ċ) Kemm sewa jew se jiswa; (d) Kif intgħażel il-kuntrattur; (e) Min għażel il-kuntrattur; u (f) Meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei u Sptar Karen Grech — pazjenti long-term

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Karen Grech jistennew li jkunu trasferiti għall-faċilità oħra bejn bejn Ottubru u Novembru 2014, xahar b’xahar, fl-ahhar jum ta’ kull xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta Ottubru kien hemm 106 pazjent long term jistenna biex jiġi trasferit fl-Isptar Mater Dei u 109 fl-Isptar Karin Grech filwaqt li fix-xahar ta’ Novembru kien hemm 102 pazjent fl-Isptar Mater Dei u 111 fl-IsptarKarin Grech.

Sptar Mater Dei u Sptar Karen Grech — pazjenti trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei u mill-Isptar Karen Grech għal kull faċilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Ottubru u Novembru 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Ottubru ġew trasferiti 151 pazjent minn Karin Grech u 128 pazjent minn Sptar Mater Dei. Fix-xahar ta’ Novembru ġew trasferiti 82 pazjent minn Karin Grech u 92 pazjent minn Sptar Mater Dei.

Sptar Mater Dei — Elective Surgeries

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm elective surgeries fl-Isptar Mater Dei li ġew ikkanċellati bejn Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ elective surgeries li ġew kkanċellati f’Ottubru 2014 kienu 143, filwaqt li f’Novembru 2014 kienu 109. Dawn jiġu kkanċellati għal bosta raġunijiet fosthom għaliex il-pazjent ma jkunx f’qada stabbli biex jiġi operat.

Qasam tal-kura tas-saħħa mentali – organisation chart

Question

Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12411, il-post ta’ Chief Operations Officer tal-Isptar Mount Karmel mhux imniżżel, jista’ l-Ministru jgħid min qed jokkupa l-post ta’ CEO tas-servizz tas-saħħa mentali u jgħid ukoll x’inhi l-paga tiegħu/tagħha u l-benefiċċji kollha li għandu/ha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ic-CEO tal-Isptar Mount Karmel huwa Dr. Clifton Grima.

FMS – direttur maniġerjali – salarju u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha li għandu d-direttur maniġerjali preżenti tal-FMS li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fi ħdan l-FMS m'hemm ħadd li jokkupa l-pożizzjoni ta’ Direttur Maniġerjali.

Sptar Mater Dei — Sezzjoni tal-Customer Care - ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014, kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

F’Ottubru 2014 kien hemm 78-il kaz ta’ ilmenti li dahlu ghand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, filwaqt li F’Novembru kien hemm 73-il kaz. Apparti ilmenti l-customer care section fl-isptar Mater Dei ircieva ukoll numru ta rikjesti li ammontaw ghal 320 f’Ottubru u 260 f’Novembru. Ma hemm l-ebda kaz ta’ customer care pendenti.

Spiżeriji tal-Gvern u l-POYC — mediċina skaduta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014, u kemm kienet tiswa?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.

Ċentru tas-Saħħa — house visits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ottubru 2014 saru 1,590 house visits miċ-Ċentri tas-Saħħa u f’Novembru 2014 saru 1,649.

Ċentru tas-Saħħa — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li marru f`kull ċentru tas-saħħa, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Ottubru 2014 marru 47,072 (sebgħa u erbgħin elf, tnejn u sebgħin) pazjent fiċ-Ċentri tas-Saħħa. 302 (tlett mija u tnejn) ġew irreferuti għad-Dipartiment tal-Emerġenza. F’Novembru 2014 marru 49,165 (disgħa u erbgħin elf, mija, ħamsa u sittin) pazjent fiċ-Ċentri tas-Saħħa, li 191 (mija, wieħed u disgħin) minnhom ġew referuti għad-Dipartiment tal-Emerġenza

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12395 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid kemm ilhom jistennew skont il-perjodi li ġejjin: a. anqas minn tliet xhur; b. tliet xhur u sitt xhur; c. seba’ xhur u 12-il xahar; d. 13-il xahar u 24 xhar; e. 25 xahar u 36 xahar; u f. Aktar minn 36 xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil-preżent qed isiru updates fis-sistema u għalhekk l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei — Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rapport mitlub huwa kummerċalment sensittiv u għalhekk ma jistax jingħata.

Sptar Mater Dei — bed occupancy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-average bed occupancy tas-soddod fl-Isptar Mater Dei li jintużaw għal in-patients hija kif tidher fit-tabella hawn taħt: 2014OttubruNovembru % Average Bed Occupancy85%85%

Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, bejn Ottubru u Novembru 2014, kategorija b`kategorija?

Response (MIZZI, KONRAD)

F’Ottubru 2014 saru 4704-il operazzjoni, filwaqt li f’Novembru 2014 saru 4438-il operazzjoni.

Operazzjonijiet — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014 konsulent b’konsulent u jagħti l-isem tal-konsulent rispettiv?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.

Pazjenti jistennew fuq stretcher

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher f’xi kurudur, fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei li mhux ward, bejn Ottubru u Novembru 2014? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (MIZZI, KONRAD)

F’Ottubru tal-2014 kien hemm 123-il pazjent waqt li fl-istess perjodu fl-2011 kien hemm 376-il pazjent. F’ Novembru tal-2014 kien hemm 124-il pazjent waqt li fl-istess perjodu fl-2011 kien hemm 637-il pazjent.

Kura barra minn Malta — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbgħat għall-kura barra minn Malta bejn Ottubru u Novembru 2014? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn Ottubru u Novembru intbghatu 138 pazjent ghal-kura barra min Malta. Ma tinzamx informazjoni rigward kemm sewa kull kaz. L-Isptarijiet fejn intbghatu huwa kif jidher fit-tabella. Name of Hospital Oct Nov Total Addenbrooke's Hospital Cambridge 1 0 1 Birmingham Children's Hospital 1 0 1 Great Ormond Street Hospital 11 11 22 Guy's Hospital 1 4 5 Hammersmith Hospital 0 2 2 Heart Hospital 2 1 3 ISMETT 0 1 1 John Radcliffe 1 1 2 King's College Hospital 1 3 4 Manchester Royal Infirmary 0 1 1 Moorfields Eye Hospital 9 6 15 National Hospital 4 8 12 Nuffield Orthopaedic Centre Oxford 10 1 11 Policlinico di Monza 1 3 4 Queen Victoria Hospital Sussex 0 1 1 Royal Brompton 1 1 2 Royal Free Hospital 1 3 4 Royal London Hospital 1 1 2 Royal Marsden Hospital 10 5 15 Royal National Orthopaedic Hospital 2 2 4 Royal National Throat, Nose and Ear 0 1 1 Royal Surrey Country Hospital 1 0 1 San Raffaele Milan 1 2 3 Southampton General Hospital 1 0 1 St Bartholomew's Hospital 0 1 1 St Mark's Hospital 3 0 3 St Thomas Hospital 1 0 1 Sussex Eye Hospital 1 0 3 University College London Hospital 9 5 14 Total 138

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Hemm 39-il azzjoni industrijali fil-prezent. Dawn jinkudu azzjonijiet li ilhom mil-2011 u inhargu mill- MUMN, UHM, u MAM.

Central Procurement and Supplies Unit — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.

POYC — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.