Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u l-Intrapriżi Żgħar – pagamenti mħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ pagamenti ta’ aktar minn €2,000 li saru matul is-sena 2014 mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu fd-dekasteru tiegħu, u għal kull każ jgħid:
(a) id-data meta sar il-pagament;
(b) min irċieva l-pagament;
(ċ) għal xiex tħallas il-pagament;
(d) min approva l-ispiża; u
(e) il-pagament kienx qed isir wara li min tħallas kien rebaħ tender jew intgħażilx b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati reati fil-Belt Valletta bejn l-2009 u l-2014 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont ir-reat għal kull sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ reati rrapportati lill-Pulizija matul is-snin 2009 u 2014 ġewwa il-Belt Valletta kien ta’ tlett elef, tlett mija u tlieta u sebgħin (3373) ir-rapport.
Informazzjoni dettaljata tar-reati rraportati, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 24 xahar, il-Pulizija kellhiex rapporti ta’ reati fi Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta u jekk fl-affermattiv, jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n- numru globali ta’ reati fi Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta rrapportati lill- Pulizija f’dawn l-aħħar 24 xahar, kien ta’ sitta u għoxrin (26) rapport. Informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-reati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment marbut ma’ storbju u/jew mużika tindaqq f’volum għoli fil-Belt Valletta daħal għand il-Pulizija fl-aħħar 24 xahar? Jista’ jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni dwar rapporti lill-Pulizija, ta’ ilmenti marbuta ma’ storbju u/jew mużika għolja ġewwa l-Belt Valletta, mill-1 ta’ Jannar 2013 sa l-aħħar ta’ Dicembru 2014, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ applikazzjonijiet tal-ippjanar li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat minn April 2013 sal-lum għal-lokalitajiet tal-Belt Valletta u l-Furjana u għal kull applikazzjoni jgħid:
(a) in-numru tar-referenza tal-applikazzjoni;
(b) id-dettalji tal-applikant; u
(ċ) l-indirizz tal-iżvilupp jew xogħol li għalih intalab il-permess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal-lokalitajiet tal-Belt Valletta u l-Furjana, u għal kull applikazzjoni jgħid:
(a) in-numru tar-referenza tal-applikazzjoni;
(b) id-dettalji tal-applikant; u
(ċ) l-indirizz tal-iżvilupp jew xogħol li għalih intalab il-permess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Kummissarju għas-Simplikfikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija – ħidma mwettqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma li għamel il-Kummissarju għas-Simplikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
F’dawn l-aħħar sitt xhur il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija ltaqa’ ma bosta għaqdiet u stakeholders differenti fejn intalbu jressqulna proposti jew suġġerimenti relatati ma’ simplifikazzjoni jew tnaqqis ta’ burokrazija li kienu tal-aktar prijorità għalihom.
Dawn il-proposti ġew evalwati u issa bdiet it-tieni fażi fejn qed inlaqqgħu lill-istakeholders ma Ministeri u Dipartimenti kkonċernati, sabiex flimkien niddiskutu kif nistgħu nimplimentaw l-ideat mressqin għandna.
Paralelli ma’ dan saru sitt
round table conferences
bis-sehem ta’ diversi
stakeholders
, Ministri u Segretarji Parlamentari differenti fejn ġew diskussi xogħol li ġie mwettaq, xogħol ieħor li qed issir il-ħidma fuqu, kif ukoll xi proposti oħra li tqajmu dak il-ħin minn dawk preżenti.
Sar studju flimkien mal-OPM, mal-Law Commission u mal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fejn il-qofol tiegħu ntlaħaq fir-Repeal’s Day.
Apparti minn hekk, il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija ħa sehem ukoll f’diversi konferenzi u laqgħat oħra li ġie mistieden għalihom.
Dan kien kollu parti minn proċess ta’ konsultazzjoni fejn apparti dan kollu tajna dehra ġdida lis-sit uffiċjali tagħna simplification.gov.mt u l-helpline 153 sabiex il-pubbliku jkun aktar aġġornat u jkollu l-opportunita’ jressaq is-suġġerimenti tiegħu.
Din il-ħidma kienet kollha kkordinata mas-Segretarju Prinċipali Permanenti u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-simplifikazzjoni.
B’referenza għat-tweġiiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12369, jista’ l-Ministru jgħid jekk Valletta FC hux se jiġu kkumpensati tal-ispejjeż li għamlu b’rabta mas-sit oriġinali li ngħata lilhom u issa se jittieħdilhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern mill-Isptar Mater Dei u mill-Isptar Karen Grech bejn Jannar u Novembru, xahar b’xahar, u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat (inkluż ir-Residenza San Vinċenz de Paul)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ pazjenti li ddaħħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u fir-Residenza San Vincenz de Paul mill-Isptarijiet Mater Dei u Karen Grech bejn Jannar u Diċembru 2014 huwa ta’ 270 kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Djar tal-Anzjani tal-Gvern — Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti dirett mill-komunità fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern inkluż fir-Residenza San Vinċenz de Paule, bejn Jannar u Novembru 2014, u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ pazjenti li ddaħħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u San Vinċenz de Paul bejn Jannar u Diċembru 2014 huwa ta’ 221, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Djar tal-Anzjani — postijiet vakanti għall-pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern (inkluż fir-Residenza San Vinċenz Paul) bejn Jannar u Novembru 2014, xahar b’xahar, u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ postijiet vakanti li nħolqu għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u f’San Vincenz de Paule bejn Jannar u Diċembru 2014 huwa ta’ 558.
Dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern (inkluż fir-Residenza San Vinċenz de Paul) bejn Jannar u Novembru 2014, xahar b’xahar, u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ pazjenti li mietu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern u San Vincenz de Paul bejn Jannar u Diċembru 2014 huwa ta’ 510.
Dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?
Response (MIZZI, KONRAD)
In-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew għal CT-Scan u MRI huma kif gej: MRI 2934,
CT 1708
Qed isiru medja ta‘ 200 CT MRI fil-gimgha, u 500 CT scan fil-gimgha
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta’ Novembru 'l hawn kienx hemm tfal taħt it-18-il sena f’xi ward fl-Isptar Mount Carmel (jiġfieri mhux il-YPU)? Jekk iva, jista' jgħid kemm kellhom età u f’liema ward kienu qegħdin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fil-preżent hemm pazjenta waħda ta’ ħmistax-il sena u din qiegħda fis-sala Female Ward 1.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlestew il-faċilitajiet għat-tfal u addoloxxenti li s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa rrefera għalihom fis-Seduta 224 ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-pjan baqa ma nbidilx u x-xogħol strutturali fuq il-faċilità tal-YPU se jkun lest fit-tieni kwart ta’ din is-sena.
B’referenza għat-twegibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 8505 u 12365, jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir mir-rilokazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 8505.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12366, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni V-18 tagħmilx management accounts u jekk tagħmilhom, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set, peress li fit-tweġiba l-Ministru poġġa l-financial statements u mhux il-management accounts?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hi prassi li l–Management Accounts jiġu ppreparati għall-użu intern tal-Management u għaldaqstant ma jkunux jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 9939 u 12367, minħabba li l-inizjattivi li jissemmew huma ta’ natura temporanja u mhux neċessarjament se jwasslu għal titjieb soċjali (b’mod partikolari fil-parti t’isfel tal-Belt), jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati proġetti li minnhom se jibbenefikaw ir-residenti Beltin b’mod tanġibbli bħal infrastruttura lokali, proġetti soċjali u/jew investiment aktar permanenti fil-qasam edukattiv?
Response (BONNICI, OWEN)
M’għandix dubju li l-Onor. Interpellant japprezza li l-Belt Valletta u r-residenti se jgawdu minn benefiċċji sostanzjali minn proġetti bħalma huma s-segwenti:
a) Ir-rinovazzjoni tal-ispazju li jinsab fl-iskola primarja ta’ Sant’Iermu għal użu komunitarju
b) Ir-riġenerazzjoni ta’ Strada Stretta
ċ) L-iżvilupp tal-Biċċerija f’hub kreattiv
d) It-titjib fl-infrastruttura inġenerali tal-Belt Valletta
e) Il-ftuħ tal-Forti Sant’Iermu wara r-rinovament li sarlu permezz ta’ fondi Ewropej
f) Il-ftuħ mill-ġdid tas-Suq tal-Belt
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12369, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit alternattiv għall-futbol grawnd ta’ Valletta FC instabx?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.