Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ ristrutturar ser jittieħdu matul din is-sena fl-Airmalta u kif dawn ser jimpattaw fuq il-ħaddiema?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri ta’ ristrutturar li qiegħdin jittieħdu mill-Air Malta huma ntiżi proprju sabiex il-linja tal-ajru tilħaq il-miri stabbilti tagħha u b’hekk jiġu salvagwardjati l-impjiegi tal-ħaddiema. Għaldaqstant, suċċess mir-ristrutturar ikun ifisser impatt pożittiv fuq il-ħaddiema.
Rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu matul din is-sena, nagħmel referenza għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlmentari 14613, illi fiha ġew imsemmijin il-punti saljenti tal-oqsma li fihom qed isir ristrutturar, hekk kif miftiehem mal-Kummissjoni Ewropeja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jikkunsidra li jipprivatizza, parti jew kollha, lill-Airmalta u jekk iva, x’tip ta’ investitur qed ifittex għal dan il-għan? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm diskussjonijiet f’dan is-sens fl-aħħar 14-il xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa kommess li l-pajjiż ikollu linja tal-ajru b'saħħitha u kummerċjalment vijabbli. Illum, l-Air Malta waslet fl-aħħar sena tar-Restructuring Plan u l-management tal-Air Malta u l-Gvern, bħala shareholder, huma kommessi li l-linja tal-ajru ssir kummerċjalment vijabbli sal-2016.
Però, m’huwiex biżżejjed illi wieħed jiffoka biss fuq it-tmiem tar-Restructuring Plan, jiġifieri Marzu 2016, imma bħala pajji¿ irridu nħarsu lil hinn minn dik id-data u jrid ikollna pjan long-term għall-qasam tant importanti għal pajjiżna.
Dan il-Gvern hu kommess sabiex iwettaq il-wegħda fil-Manifest Elettorali tal-2013 fejn sħaqna illi “nagħtu valur ewlieni lill-importanza strateġika tal-Air Malta billi tibqa’ l-linja tal-ajru nazzjonali u parti integrali mill-istrateġija turistika ta’ pajjiżna. Għalhekk, naħdmu biex naraw li l-Air Malta tissaħħaħ u tespandi f’kuntest reġjonali”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew appuntati persuni fuq bażi ta’ position of trust fil-Ministeru u fl-entitatjiet kollha li jaqgħu taħtu, fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 14946 datata 11 ta’ Marzu 2015 u 15369 1 t’April 2015.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol imwettaq s’issa mill-Gvern dwar il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżna fl-użu tal-fondi taħt il-European Fund for Strategic Investments?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi MALTA ħadet sehem attiv fil-Project Team li sar fl-aħħar kwart tas-sena ’l oħra qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li verament hemm bzonn tal-EFSI. Il-proposti li ressqet MALTA qegħdin inklużi fir-rapporti finali li ħarġu l-EIB u li ntbagħtu lill-Kummissjoni.
Bħalissa għaddej xogħol biex l-EFSI titwaqqaf u tibda topera sal-aħħar tas-sena flimkien ma’ Advisory Hub u European Project Directory. Għalhekk s’issa m’hemmx każ ta’ użu ta’ fondi ta’ l-EFSI u anke meta jkun jaħdem dan il-mekkaniżmu mhux ser jagħti fondi forma ta’ grants iżda finanzjament ta’ natura risk bearing biex jimla vojt fis-swieq finanzjarji, iżda dawn ikunu fuq bażi kummerċjali.
Malta wkoll ħadet sehem attiv fl-ad hoc Working Party fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li ddiskuta l-proposta leġislattiva tal-Kummisjoni biex jitwaqqaf dan il-European Fund for Strategic Investments, l-Advisory Hub, u l-European Project Directory.
Waqt it-taħdidiet li saru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ġew identifikati l-aħjar modi kif għandu jkun hemm ko-operazzjoni bejn l-EFSI, l-EIB u l-banek nazzjonali tal-iżvilupp tal-pajjiżi membri.
F’dan is-sens Malta wkoll qed taħdem biex jitwaqqaf Bank Nazzjonali għall-Iżvilupp u proposti għal dan jitressqu fil-parlament dalwaqt.
Ix-xogħol fil-Kunsill tal-Unjoni issa ġie konkluż iżda l-abbozz għadu jrid jiġi eżaminat mill-Parlament Ewropew. Wara dan, jibdew in-negozjati trilaterali bejn il-Presidenza, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat dwar kif il-Gvern indirizza l-aħħar sett ta’ Country Specific Recommendations li għamlet il-Kummissjoni Ewropea dwar pajjiżna?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi ta’ inċentivi ġodda ser jitniedu matul din is-sena għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi ta’ inċentivi ġodda għall-Intrapriżi Żgħar u Medji li ser jitniehdu din is-sena huma:
1. Il-Malta Enterprise qegħda bħalissa taħdem fuq żewġ skemi ġodda għal start-ups: waħda ta’ seed funding għal min jixtieq jibda n-negozju tiegħu u oħra ta’ Mezzanine Finance fejn il-Korporazzjoni ħa tgħin billi id f'id mal-benefiċċjarju kif ukoll (fejn neċessarju) ma investituri privati, jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi neċessarji biex il-kumpanija tkun tista’ tistabbilixxi fis-suq li tkun qed topera fih.
2. Certify, li l-għan ta’ din l-iskema ħa jkun li tinkuraġixxi kumpaniji dejjem itejbu il-kwalita’ tal-prodott, servizzi u/jew proċessi tagħhom billi jakkwistaw ċertifikati relatati mall-industrija li joperaw fiha. Din l-iskema ħa tkun qed tgħin lil kumpaniji jikkompetu fi swieq internazzjonali.
3. Għajnuna għall-iżvilupp tal-workshops u ħwienet ġewwa Ta' Qali u Dbieġi Crafts Village.
4. Small Enterprise Finance Guarantee immirata li tiffaċilita self lill-kumpaniji li ma kienux mgħejuna finanzjarjament ħabba nuqqas ta' sigurta’ jew track record. Din il-garanzija ħa tgħin lill-kumpaniji jaċċessaw fondi li mingħajr din l-għajnuna ma jkunux approvati.
5. Bħalissa għaddej studju ta’ fattibilita’ dwar il-possibilita’ li jiġi varat programm ta’ Mentorship għal start-ups innovattivi u dawk kreattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-2014 fil-qasam tad-digital games, x’kumpaniji bdew joperaw f’dan il-qasam fl-aħħar 18-il xahar u kemm qed jimpjegaw persuni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2014 tkompliet il-ħidma biex ikunu attirati proġetti oħra fil-qasam ta’ digital games u gamification kif ukoll f’dawk li huma oqsma fejn dawn ikunu applikati għall-użu ta’ taħriġ u riċerka medika.
Fl-istess sena, Malta Enterprise ħadet inizjattivi u ffinanzjat diversi korsijiet kemm ma’ l-Universita’ ta’ Malta u anke l-MCAST kif ukoll istituti privati għat-taħriġ fil-qasam. Malta Enterprise sponsorjat ukoll inizjattivi diversi immirati biex studenti fi skejjel sekondarji jitħajru jitħarrġu f’dan is-settur. Dan huwa parti minn programm aktar wiesgħa li Malta Enterprise qed taħdem fuqu biex tqarreb l-industrija u l-edukazzjoni lejn xulxin.
Fl-2013 u l-2014 bdew joperaw tmien kumpaniji fil-qasam ta’
digital games
, fosthom uħud li huma meqjusa bħala
leaders
fil-qasam, li bejniethom jimpjegaw 116-il ħaddiem. Ma’ dawn hemm 13-il kumpanija oħra li qegħdin fi stadju li mistennija li jibdew joperaw fiż-żmien li ġej.
Ta’ min jinnota li, minħabba traskurar tal-problema serja ta’ nuqqas ta’ Maltin adegwatament imħarrġa f’dan il-qasam, numru sostanzjali ta’ mpjiegi f’dan il-qasam mhumiex jimtlew minn Maltin. Għalhekk, Malta Enterprise qed taħdem biex tirrisolva din il-problema li ntirtet minn żmien amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista.
Ta’ min jinnota wkoll li għażliet diżastruzi f’dan il-qasam li saru taħt amministrazzjoni Nazzjonalista qed ifixklu l-ħidma attwali ta’ Malta Enterprise.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jistima l-Gvern li jinġieb investiment dirett barrani fl-2015, eskluż is-servizzi finanzjarji?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija l-entità responsabbli għat-tkattir ta’ Investiment Dirett Barrani. Il-gvern jestima li matul l-2015 il-livell ta’ Investiment Dirett Barrani mhux se jkun inqas mis-sena 2014.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mat-tħaddim u regolamentazzjoni tal-Venture Capital Framework li ħabbar il-Gvern fi Frar 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-Gvern permezz tal-MIMCOL u Malta Enterprise qed tiżviluppa l-qafas għal Venture Capital flimkien mal-partijiet interessati ewlenin inkluż il-Ministeru tal-Finanzi, u l-Borza ta’ Malta. Dan qed isir sabiex jiżguraw li l-qafas huwa mibni fuq strateġija olistika għall-żvilupp ta 'sistema eko VC.
Il-Gvern se jkun qiegħed jintroduċi introduzzjoni ta 'sistema ġdida ta' krediti tat-taxxa (kif speċifikat fl-aħħar baġit) sabiex jiffaċilita u jindirizza l-investiment privat lejn lis-
start-ups.
S’issa il-Gvern mhuwiex iħares lejn investiment ta’ fondi pubbliċi f’dawn il-
ventures
iżda se tkun żviluppata s-sistema eko VC bħala parti minn inizjattiva kollaborattiva flimkien ma' kumpaniji professjonali li jiprovdu servizzi lokali.
Aktar dettalji se jkun ippubblikat wara aktar konsultazzjoni
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jagħlqu l-leases tal-ajruplani fil-flotta preżenti tal-Airmalta u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-kumpanija f’dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-kirjiet tal-ajruplani ma jagħlqux kollha fl-istess żmien u dawn jibdew jiskadu b’mod gradwali minn Jannar tal-2016 sa Marzu tal-2019. Il-kumpanija għandha l-ħsieb illi għaż-żmien li ġej tibqa’ tuża l-faċilità tal-leasing għall-flotta tagħha u attwalment għaddejja b’diskussjonijiet dwar liema tip ta’ ajruplani ser ikunu meħtieġa għall-Air Malta fis-snin li ġejjin. Dan abbażi ta’ studji fuq ir-rotot u l-pjan kummerċjali tal-kumpannija li qiegħed f’fażi ta’ diskussjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini tar-referenza tas-Senior Appointments Advisory Committee?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-termini tar-referenza tas-Senior Appointments Advisory Committee joħorġu minn Artikolu 9(1) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, KAP 497:-
“9. (1) Għandu jkun hemm Kumitat Konsultattiv għall-Ħatriet Anzjani, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-Kumitat, li għandu:
(a) jikkonsulta lill-Ministru rilevanti dwar id-dmirijiet marbutin ma’, u r-riżultati li jkunu mistennija minn, xi pożizzjoni ta’ Kap li tkun vakanti jew li tkun mistennija li titbattal;
(b) jidentifika kandidati għall-pożizzjoni skont l-artikolu 21(2), fil-parametri stabbiliti bil-Kostituzzjoni; u
(c) jagħti rendikont dwar il-kandidati u jipproponi għall konsiderazzjoni tal-Prim Ministru l-kandidat li fl-opinjoni tiegħu jkun l-aħjar fuq il-bażi ta’ mertu biex jimla l-pożizzjoni.”
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew appuntati uffiċjali għolja fis-Servizz Pubbliku mingħajr ma kien hemm sejħa għall-applikazzjonijiet fl-2013 u fl-2014?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega x’jifhem bil-frażi ‘uffiċjali għolja fis-Servizz Pubbliku’.
Centre for Development, Research and Training — ħidma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma tas-Centre for Development, Research and Training għas-sena 2014?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Matul l-2014, Iċ-Ċentru Għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ wettaq ħidma intensiva fuq proġetti ġodda u oħrajn diġa mibdija f’dak li għandu x’jaqsam mal-Iżvilupp tal-uffiċjali pubbliċi u riċerka dwar l-amministrazzjoni pubblika. Tagħrif dettaljat ta’ din il-ħidma qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi ta’ inċentivi jeżistu preżentament għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs)?
Response (CARDONA, CHRIS)
L-skemi ta’ inċentivi għall-intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) huma:
1. Investment Aid Tax Credits 2014-2020
2. MicroInvest 2014
3. Business Advisory Services
4. Business Development Scheme
5. Gozo Transport Grant Scheme
6. Network Support Scheme
7. Strengthening Market Entry and Internationalisation
8. R&D Feasibility Studies 2014-2020
9. Research and Development 2014-2020
10. Royalty Income from Patents
11. MicroGuarantee
12. Interest Rate Subsidies
13. Loan Guarantees
14. Soft Loan
15. Go Global
16. Global Growth
Il-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u SantaVenera – intrapriżi
Question
Jista’ l-Minsitru jgħid kemm hemm intrapriżi li għandhom liċenzji tal-kummerċ fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u Santa Venera?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-każ tal-azzjonisti tal-La Vallette Manager Property Fund tal-Preferred Perpetual Securities (PPS) li kienu mwegħdin mill-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni, li kienu se jingħataw il-kapital tagħhom lura, fil-każ tal-PPS, u jingħataw kumpens aħjar fil-ka¿ tal-Property Fund?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu qiegħed jevalwa s-sitwazzjoni u se jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa fil-ħin adattat.