Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #22317 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-Art — sottomissjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-elenku tas-sottomissjonijiet in konnessjoni mas-sejħa ta’ interess għar-reklamazzjoni tal-art u jagħti deskrizzjoni ta’ kull proġett li hu propost?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-dettalji ta’ kull proposta jitħabbru wara li jingħalaq il-proċess kollu ta’ evalwazzjoni.
Leg 12 PQ #22318 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-Art – Sottomissjonijiet tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk tlestiex l-istudju tal-MEPA dwar is-sottomissjonijiet in konnessjoni mas-sejħa ta’ interess għar-reklamazzjoni tal-art u jekk iva jista’ jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill–MEPA, li s-sejħa li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant qed issegwi l-istess proċess li ssegwi kull sejħa ta’interess ohra.

Belt Valletta – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Belt Valletta fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Il-Ħamrun – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Ħamrun fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun matul is-snin 2013,2014 u 2015.

Il-Marsa – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastruttali li saru mill-Kunsill Lokali matul is-snin 2013,2014 u 2015.

Ta’ Pietà – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Pietà fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastruttali li saru mill-Kunsill Lokali matul is-snin 2013,2014 u 2015.

Il-Furjana – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Furjana fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali tal-Furjana matul is-snin 2013,2014 u 2015.

Il-Belt – Financial Statements tal-Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għas-snin 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport tal-2013. Għar-rigward ir-Rapport tal-2014, dan ir-rapport għadu ma wasalx għand l-Awditur Ġenerali. Nissolleċita lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li jirregola ruħu kemm jista’ jkun malajr.

Il-Ħamrun – Financial Statements tal-Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għas-snin 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Furjana – Financial Statements tal-Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Furjana għas-snin 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tal-Pietà – Financial Statements tal-Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Pietà għas-snin 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Santa Venera – Financial Statements tal-Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Financial Statements tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera għas-snin 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #21528 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond — encroachment jew titlu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex mogħti b'encroachment jew titlu? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji rispettivi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mid-Dipartiment Proprjeta tal-Gvern li l-fond imsemmi jikkonsisti minn blokk ta’ 4 appartamenti u garaxx ma ġenbu li jġieb in-numru 89A. Il-garaxx bin-numru 89A huwa mogħti b’titlu ta’ kirja filwaqt li l-appartamenti kienu mogħtija b’titlu ta’ cens temporanju li ġew ikkonvertiti f’cens perpetwu u wara nfdew miċ-censwalisti rispettivi. .

Twaqqif ta’ bank ta’ żvilupp

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat dwar l-idea li jitwaqqaf bank ta’ żvilupp f’pajjiżna?

Response (GRECH, LOUIS)

Ix-xoghol preparatorju fuq it-twaqqif ta’ dan il-bank ilu għaddej xi xhur. Inħatar Working Group biex fost affarijiet oħra: · Jagħmel xogħol ta’ riċerka; · Jagħmel studji tekniċi dwar is-suq; · Jissottometti rakkomandazzjonijiet dwar l-oġġettivi tal-Bank u jsemmi f’liema oqsma għandu jopera; · Isemmi x’tip ta’ skemi ta’ self jew finanzjarment jista’ joffri; · Jipproponi l-istruttura organizzativa tiegħu, kif ghandu jaħdem u kif għandu jkun sorveljat; · Jelenka l-kapital u riżorsi oħra meħtieġa; · Jipproponi l-istruttura ta’ ownership tiegħu u jfassal Statut. Il-Working Group kellu u għad għandu diskussjonijiet mad-Direttorat Ġenerali-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li jrid jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-twaqqif tal-Bank, kif ukoll mal-Eurostat. Saru wkoll diversi laqgħat ma’ banek promozzjonali oħrajn. F’dan il-kuntest ktibt lill-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Dr. Wolfgang Schauble dwar il-possibilità t’għajnuna u kollaboorazzjoni fit-twaqqif ta’ dan il-bank. B’sodisfazzjoni irrid nirrimarka li Dr. Schauble għan-nom tal-Gvern Ġermaniż wieġeb fil-pożittiv u wera ruħu disponibbli biex l-KfW tgħin lill-bank Malti b’expertise tekniku. Finalment, il-Working Grupp għad irid jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu u huwa ppjanat li sal-aħħar tas-sena jkun sar progress biżżejjed biex titressaq il-leġislazzjoni meħtieġa.

Malta National Laboratory Ltd — proċess ta' likwidazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess ta' likwidazzjoni tal-Malta National Laboratory Ltd?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-awdituri tal-Malta National Laboratory, Busuttil & Micallef, lestew l-awditjar u ġiet stabbilità l-pożizzjoni finanzjarja fid-data tat-22 ta’ Mejju 2011. Biss il-Likwidatur, is-sinjur John Busuttil, għadu ma kkonkludix il-proċess tal-likwidazzjoni.
Leg 12 PQ #15074 Sitting 265 2015-05-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA –applikazzjonijiet għal ippjanar approvati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14591, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-paragrafi (b) u (c) peress li ma ngħatatx fit-twegiba oriġinali minkejja li hija informazzjoni pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif kienet il-prassi fi żmien amministrazzjonijiet preċidenti ,id-dettalji mitluba mill-Onor Interpellant ma jistgħux jingħataw minħabba raġunijiet ta’ data protection.
Leg 12 PQ #15075 Sitting 265 2015-05-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – applikazzjonijiet pendenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14592, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-paragrafi (b) u (c) peress li ma ngħatatx fit-twegiba oriġinali minkejja li hija informazzjoni pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif kienet il-prassi fi żmien amministrazzjonijiet preċidenti ,id-dettalji mitluba mill-Onor Interpellant ma jistgħux jingħataw minħabba raġunijiet ta’ data protection.
Leg 12 PQ #15556 Sitting 265 2015-05-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta’ individwu — Kuntratt ta’ post ta’ residenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux mikri, hux suġġett ta’ ċens jew hux suġġett ta’ encroachment? Jekk iva, jista’ jagħti t-termini u l-iskadenza ta’ tali kuntratti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetà li d-dettalji dwara ngħataw separatament, mhiex mikrija u lanqas suġġetta għal xi ċens jew encroachment.