Legislature:
Category:
Reset
Active:

Programm tal-IIP — flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jistima li jdaħħal flus il-Gvern mill-programm tal-IIP fis-snin 2016, 2017 u 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena 2016, kif spjegat fl-estimi tal-budget, Identity Malta qed tistma li ddaħħal €80 miljun. Stimi għas-snin ta' wara jiddependu mis-suċċess tal-programm li l-Gvern kommess li jkompli jaħdem favuru u li wieħed jawgura li l-Oppozizzjoni tagħmel l-istess.

Persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi tat-traffiku tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ traffiku ta’ droga, sena b’sena, fl-2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2012 u is-sena 2015 ġew mressqa l-Qorti ħames mija sebgħa u sebgħin persuna fuq akkużi tat-traffiku tad-droga. Dawn kienu mqassma kif ġej: Sena 2012 – 170 Sena 2013 – 152 Sena 2014 – 123 Sena 2015 – 132

Persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi ta’ drogi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga, fejn fil-każ rispettiv tagħhom it-traffiku kien qiegħed isir f’post ta’ divertiment, sena b’sena bejn l-2008 u l-2015? Jista’ jaqsam l-informazzjoni mitluba skont il-lokalità li fihom allegatament seħħ ir-reat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mis-sena 2008 u is-sena 2015 ġew mressqa l-Qorti mija u erbgħa persuni fuq akkużi ta’ droga, dawn kienu mqassma kif ġej: 2008 – 8 2009 – 3 2010 – 3 2011 – 4 2012 – 23 2013 – 29 2014 – 20 2015 – 14 Il-postijiet li fihom allegatament seħħ ir-reat jvarja bejn: Għajnsielem Għawdex, Rabat, Ħal Farruġ, Ta’ Qali, San Ġiljan, Buġibba, Paceville, St. Paul’s Bay, Ħal Luqa, il-Gżira, il-Mellieħa, il-Belt Valletta, ir-Raħal Ġdid u San Ġwann rispettivament.

Persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi ta’ drogi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga, fejn fil-każ rispettiv tagħhom it-traffiku kien qiegħed isir f’post ta’ divertiment, u l-persuni mressqa kienu impjegati, bouncers u uffiċjali tas-sigurtà, sidien jew organizzaturi tal-istess post, sena b’sena bejn l-2008 u l-2015? Jista’ jaqsam l-informazzjoni mitluba skont il-lokalità li fihom allegatament seħħ ir-reat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mis-sena 2008 sas-sena 2015, disa’ persuni li kienu jaħdmu f’postijiet ta’ divertiment ġew imressqa quddiem il-Qorti u ġew akkużati bi traffikar ta droga. Persuna oħra għad trid titressaq. Ħamsa min dawn kienu Bouncers, tnejn kienu barmen u tlieta kienu is-sidien tal-post ta’ divertiment. Ħamsa mil-każi seħħew ġewwa Paċeville, erbgħa San Pawl il-Baħar u każ ieħor ġewwa Għajnsielem, Għawdex. Dawn kienu mqassma kif ġej: Paceville – Sena 2011 -1, Sena 2013 – 1, Sena 2015 – 3 San Pawil il-Baħar – Sena 2013 – 4 Għajnsielem Għawdex – Sena 2013 – 1

Awtorità tad-Djar – postijiet allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mill-Awtorità tad-Djar fis-snin 2014 u 2015 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena u maqsuma skont il-lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 182 post fl-2014 u 98 post fl-2015, maqsuma skont il-lokalita’ kif qed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta National Laboratory Ltd — likwidazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess ta’ likwidazzjoni tal-Malta National Laboratory Ltd?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Likwidatur informa lill-Awtorita’ Maltija ghall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li l-proċess tal-Likwidazzjoni tal-‘Malta National Laboratory’ għandu jiġi konkluż sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Belt Valletta, tal-Pietà, tal-Ħamrun, tal-Marsa u Santa Venera — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet li saru fuq toroq ġodda jew resurfacing ta’ toroq mill-Gvern Ċentrali fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, tal-Pietà, tal-Ħamrun, tal-Marsa u Santa Venera fl-2015? Għal kull xogħol, jista’ jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkunttrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minnbarra diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, il-lista hija hekk kif ġej: Pieta’ · Beda xogħol ta’ resurfacing , Triq Gwardamangia, Triq Hookham Frere, Pieta, Estimate Euro 340,000,00, Asfaltar Constructions. Marsa · Road surface repair works , Triq Garibaldi, Marsa, Estimate Euro 11,012.26, Asfaltar Construction · Road surface repair works , Triq Aldo Moro, Marsa, Estimate Euro 225,019.07, Asfaltar Construction/Schembri Infrastructures · Road surface repair works fl- islip road fi Triq Diċembru Tlettax, Marsa, Estimate Euro 98,800,00, Philip Agius and Sons Ltd · Xogħlijiet ta’ tiswija fuq il- bridge ta’ Triq Diċembru 13, Marsa, Estimate Euro 50,000, Road Maintenance Services Ltd · Road surface repair works fil-Hamrun/Marsa Bypass, Marsa, Estimate Euro 281,200, Philip Agius and Sons Ltd · Installazzjoni ta’ pelican crossing , xogħlijiet ta’ upgrading fuq il- bus bay u footpaths fi Triq il-Labour, Marsa, Estimate Euro 8,000, Raymond Calleja and B. Grima and Sons Ltd · Triq it-Tigrija, Marsa, (direzzjoni lejn il-Marsa), Estimate Euro 310,000, Schembri Infrastructures · Road surface repair works fi Triq It-Tigrija, ħdejn ir-Race Course, Marsa , Estimate 250,00.00, Schembri Infrastructure Valletta · Major Patching , Triq il-Mediterran, Valletta, Estimate Euro 145,000,00, Asfaltar Constructions Sta Venera · Kostruzzjoni u asfaltar, p/o Triq l-14 ta’ Novembru u Triq il-Kanonku Bonnici, Santa Venera, Estimate Euro 90,572.50, Schembri Infrastructures Ltd. • Kostruzzjoni u asfaltar, n/s in Triq l-Imsida (Triq il-Madonna tal-Karmnu), Santa Venera, Estimate Euro 178,644,10,Denfar Excavators • Road surface repair works , Triq Guze Flores, Santa Venera, Estimate Euro 115,000,00, Schembri Infrastructures • Road surface repair works Triq Regjonali Sta Venera, Estimate Euro 65,000, Philip Agius and Sons

Belt Valletta – spazji ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tan-numru ta’ spazji ta’ parkeġġ li hemm fil-Belt Valletta u jaqsamhom skont kif ġej: a) spazji riżervati għall-Membri Parlamentari; b) spazji riżervati għall-Ministeri/entitajiet/Dipartimenti tal-Gvern; c) spazji riżervati li fihom jistgħu jipparkjaw biss ir-residenti; d) spazji li fihom jistgħu jipparkjaw biss ir-residenti wara s-7:00pm; u e) spazji li ma fihom ebda restrizzjonijiet (kaxxi bojod)?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li minn surveys li jsiru fil-belt, jirrizulta li totali fit-toroq u fil-parking areas hemm kif gej: a1) spazji riżervati għall-Membri Parlamentari filgħodu huma 40 a2) spazji riżervati għall-Membri Parlamentari wara nofs in-nhar huma 73 b) spazji riżervati għall-Ministeri/entitajiet/Dipartimenti tal-Gvern huma 118 Jien infurmat li minn suveys li saru fis-sena 2013, jirrizulta kif gej: c) spazji riżervati li fihom jistgħu jipparkjaw biss ir-residenti huma 255 d) spazji li fihom jistgħu jipparkjaw biss ir-residenti wara s-7:00pm huma 610 e) spazji li ma fihom ebda restrizzjonijiet (kaxxi bojod) huma 1172.

Skema IIP – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-IIP minn meta beda jitħaddem dan il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont il-pajjiżi li tagħhom huma ċittadini?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministeru konċernat.

Skema IIP — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-IIP minn meta beda jitħaddem dan il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont f’liema stadju ta’ proċessar waslu?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #22337 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

La Vallette Property Fund – Preferred Perpetual Securities

Question

Peress li issa għaddew kważi tliet snin minn din l-amministrazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-każ tal-azzjonisti tal-La Vallette Property Fund tal-Preferred Perpetual Securities?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Kif jaf l-Onor. Interpellant il-Parlament qiegħed fi stadju ta kumitat tal-abbozz ta’ liġi fit-twaqqif tal-uffiċċju tal-Arbitru tas-Servizzi Finanzjarji. Dan l-uffiċċju ikun f’pozizzjoni li jisma kazijiet simili jekk jirrispettaw il-kriteri fil-liġi.
Leg 12 PQ #22338 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Kompetittività – importazzjoni ta’ prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jieħu passi biex jassigura li intrapriżi lokali ma jibqgħux ibatu min-nuqqas ta’ kompetittività minħabba li individwi u operaturi barranin qed jimportaw prodotti u joperaw fis-suq lokali mingħajr ma jkunu qed josservaw l-obbligi regolatorji u fiskali kollha neċessarji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni dwar individwi u operaturi barranin li qed jimportaw prodotti u joperaw fis-suq lokali mingħajr ma jkunu qed josservaw l-obbligi regolatorji u fiskali kollha neċessarji għanu jinforma d-dipartiment konċernat. Barra minn hekk ninformah ukoll illi l-awtoritajiet konċernati jagħmlu eżerċizzju ta sorveljar regolari fuq l-operaturi kollha li qed imexxi attivita kommerċjali f’Malta.
Leg 12 PQ #22339 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — Kumpaniji Reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ kumpaniji li kien hawn reġistrati f’Malta (mal-MFSA) fl-1 ta’ Jannar 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014, 2015 u l-2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22340 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — Kumpaniji reġistrati - azzjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #22341 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Proprjetajiet — konvenji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji fuq proprjetà fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 u għal kull sena, jagħti l-ammont globali tat-trasferimenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22342 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Proprjetajiet — konvenji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta’ trasferiment ta’ proprjetà fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 u għal kull sena, jagħti l-ammont globali tat-trasferimenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22331 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – proposti għal sit

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min tefa’ l-proposta tiegħu għall-użu tas-sit tal-ITS u jgħid (b’mod ġenerali) x’kienet il-proposta ta’ kull min tefa’ l-offerta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għandu jindirizza d-domanda parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22332 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Belt Valletta – stabbilimenti ta’ divertiment u bars

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-MTA li joperaw tali attivitajiet fil-Belt Valletta u għal kull stabbiliment/post jgħid x’attività jew attivitajiet hu liċenzjat għalihom? Sa x’ħin jista’ jibqa’ miftuħ għall-attività tiegħu skont il-permess/liċenzji li għandu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22333 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

San Ġiljan – stabbilimenti ta’ divertiment u bars

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-MTA li joperaw tali attivitajiet f’San Ġiljan u għal kull stabbiliment/post jgħid x’attività jew attivitajiet hu liċenzjat għalihom? Sa x’ħin jista’ jibqa’ miftuħ għall-attività tiegħu skont il-permess/liċenzji li għandu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.