Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati tal- Malta Investment Management Company Limited (MIMCOL)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu work permits mill-ETC fl-2013, 2014 u 2015, sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategorija ta’ xogħol li għalih ingħata permess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tliet tabelli li juru kemm inħarġu employment licences skont il-kategorija ta' xogħol mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig fl-2013, fl-2014 u fl-2015.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-21 ta' Lulju 2014, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ m'għadhiex l-unika entità Governattiva li toħroġ il-liċenzji biex persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi jaħdmu f’Malta. Għalhekk l-istatistika murija fit-tabelli tirreferi biss għal-liċenzji tax-xogħol maħruġa mill-Korporazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ introduzzjoni tat-tablets fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proċess wasal fi stadju avvanzat fejn it-tender documents qed jiġu finalizzati flimkien mad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Valletta FC se jingħataw is-sit alternattiv għall-football stadium tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar ġimgħat saru laqgħat bejn is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport u uffiċjali ta' Valletta FC fejn ġew diskussi xi siti sabiex jinbena grawnd tal-futbol mill-istess Valletta FC. Hu mahsub li dawn id-diskussjonijiet ser jitkomplew fiż-żmien li ġej sabiex ikun finalment deċiż is-sit alternattiv għall-football stadium tal-Valletta FC.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar s’issa fil-proġett tal-Lukanda f’Bighi li ssemma fid-diskors tal-Budget 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru numru ta’ konsultazzjonijiet ma’ diversi stakeholders potenzjali, sabiex dan il-proġett ikun jista’ jiġi żviluppat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret matul is-sena li għaddiet biex jissaħħaħ l-għarfien dwar il-problema tad-droga mit-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel pubbliċi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ħidma li saret matul is-sena li għaddiet biex jissaħħaħ l-għarfien dwar il-problema tad-droga mit-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel pubbliċi hija kif se nsemmi:
Programmi ta’ Prevenzjoni
Fis-sena skolastika 2014-2015 ġie ppublikat id-dokument ta’ gwida maħruġ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Wara dan, l-Anti-Substance Abuse Service beda jwettaq il-programmi ta’ prevenzjoni skont dan id-dokument. Għaldaqstant, matul is-sena 2014-2015 is-sessjonijiet ta’ prevenzjoni fl-iskejjel twettqu b’kollaborazzjoni mal-għalliema tal-Guidance u l-għalliema tal-PSCD skont kif ġie mitlub mill-iskejjel. L-Anti-Substance Abuse Service flimkien mad-Drama Unit u l- EOs tal-PSCD organizza prevenzjoni permezz ta’ drama u diskussjoni għall-istudenti tat-tielet sena Sekondarja. Barra minn hekk saru wkoll sessjonijiet ta’ prevenzjoni b’kollaborazzjoni mal-iskwadra tal-pulizija ta’ kontra l-vizzji għall-istudenti tal-ħames sena Sekondarja.
Programm ta’ prevenzjoni b’kollaborazzjoni mad-Drama Unit u l-EOs tal-PSCD
Dan il-programm ġie mwettaq mill-għalliema-atturi li jaħdmu fi ħdan id-Drama Unit b’kollaborazzjoni mal-Anti-Substance Abuse Service u l-EOs tal-PSCD. Il-programm ġie mtella’ kemm f’Malta, fit-teatru tad-Drama Unit, kif ukoll f’Għawdex. B’hekk intlaħqu 1842 student li jattendu kemm l-iskejjel tal-istat, kif ukoll l-iskejjel tal-knisja u indipendenti. L-istudenti ngħataw l-opportunità li jipparteċipaw f’diskussjoni dwar dak li kienu għadhom kemm raw. Ix-xogħol tkompla wkoll fl-iskejjel permezz ta’ lezzjonijiet ta’ tisħiħ immexxija mill-għalliema tal-PSCD.
Programm ta’ prevenzjoni b’kollaborazzjoni mal-pulizija, speċifikament mal-iskwadra ta’ kontra l-vizzji
L-Anti-substance Abuse Service b’kollaborazzjoni mal-iskwadra ta’ kontra l-vizzji organizza laqgħat għall-istudenti tal-ħames sena Sekondarja fil-Kulleġġi kollha tal-istat kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. F’dawn il-laqgħat il-pulizija tat tagħrif dwar l-aspett legali relatat mal-abbuż tad-drogi kif ukoll qasmet esperjenzi attwali li tiltaqa’ magħhom fil-ħidma tagħha.
Programm ta’ prevenzjoni mal-ġenituri
L-Anti-Substance Abuse Service jorganizza wkoll laqgħat ta’ informazzjoni u prevenzjoni mal-ġenituri, skont kif mitlub mill-iskejjel. Fis-sena skolastika 2014-2015 saru numru ta’ laqgħat minn dawn fl-skejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu u San Ġorġ Preca. Minbarra dan, is-servizz joffri taħditiet f’diversi ċentri tal-komunità skont kif mitlub.
Laqgħat, seminars u media
Fis-sena skolastika li għaliha qed issir referenza hawnhekk, l-Anti-Substance Abuse Service ġie mistieden biex jippreżenta wkoll laqgħat ta’ informazzjoni lill-għalliema u l-amministrazzjoni tal-iskejjel, waqt is-sessjonijiet tal-SDP. Matul dawn il-laqgħat ngħatat informazzjoni relevanti għall-għalliema fuq l-abbuż tas-sustanzi illegali, kif ukoll spjegazzjoni dwar it-tħaddim tal-Policy fl-iskejjel (Tackling Substance Abuse).
L-għalliema fi ħdan l-Anti-Substance Abuse Service jattendu wkoll programmi tat-televiżjoni u r-radju sabiex isaħħu l-għarfien fuq l-abbuż tad-drogi fost iż-żgħażagħ.
Programm ta’ prevenzjoni b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard
Matul l-istess sena skolastika l-Anti-Substance Abuse Service organizza programm ta’ kontra t-tipjip b’kollaborazzjoni mad-direttorat għall-promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard. Dan sar ġewwa l-ALP ta’ Raħal Ġdid.
In-service Course
F’Lulju ta’ din is-sena skolastika għall-ewwel darba sar ukoll in-service course fuq bażi volontarja għall-għalliema. F’dan il-kors ġew indirizzati diversi aspetti b’rabta mal-abbuż tas-sustanzi b’mod partikulari fost iż-żgħażagħ. Ingħatat ukoll stampa dwar ix-xogħol li jsir mal-istudenti fl-iskejjel b’rabta ma’ dan il-qasam.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ Sezzjoni 3.22 – Health and Well Being, l-Aġenzija Żgħażagħ hija fid-dover li taħdem id f`id mad-Dipartiment tas-Saħħa. Għalhekk parti mill-ħidma tal-youth workers waqt li jsir outreach fl-iskejjel hi li jitqassam materjal dwar ħidmet is-Sedqa sabiex ikompli jikber l-għarfien fost iż-żgħażagħ. Il-youth information one stop shop ukoll jagħti l-informazzjoni neċessarja u jagħmel enfasi wkoll sabiex jintuża s-servizz ta` Kellimni.com fejn żgħażagħ bi problemi fosthom ta` droga jkunu jistgħu jingħataw gwida.
Reġistru tax-xogħol — programmi/inizzjattivi/proġetti/skemi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ programmi/inizjattivi/proġetti/skemi li twettqu (jew qed jitwettqu) mill-Ministeru tiegħu mill-2013 ‘l hawn sabiex persuni li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol jinqatgħu mir-Reġistru permezz ta’ ingaġġ fi skema partikolari (jiġifieri eskluż dawk li jsibu impjieg indipendentament minn programmi/inizjattivi/proġetti/skemi msemmija? Għal kull wieħed mill-programmi/inizjattivi/proġetti/skemi, jista’ jgħid kemm sewa u kemm inqatgħu persuni mir-Reġistru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. It-tabelli jikkonċernaw il-programmi/inizjattivi/skemi ta' Youth Guarantee, Work Exposure, Traineeship u Community Work Scheme.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-allokazzjonijiet mill-Awtorità tad-Djar u jagħti l-informazzjoni skont il-lokalità li minnhom ġejjin l-applikanti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, għandha 3,116-il talba pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva, kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna (individwali) għamlet użu mit-trattament tal-methadone fis-sena 2015 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-etajiet (fi brackets ta’ 10 snin)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, in-numru ta’ persuni li għamlu użu mit-trattament tal-methadone, fl-2015 huwa kif ġej:
19-il sena jew iżgħar - 2 persuni
20-29 sena: - 194 persuna
30-39 sena: - 455 persuna
40-49 sena: - 248 persuna
50-59 sena: - 62 persuna
60 sena jew iktar: - 12 –il persuna
Total: - 973 persuna
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li għamlet is-Sedqa fl-2015 in konnessjoni mal-problema tal-abbuż tad-droga?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li matul l-2015, l-Aġenzija Sedqa, l-Aġenzija Nazzjonali kontra l-Abbuż tad-Droga, l-Alkoħol u l-Logħob tal-Azzard, wettqet diversi ħidmiet permezz tas-servizzi tagħha fil-qasam tad-droga, inkluż fosthom:
- Id-
Drugs Community Team
, li ħadem ma’
322 –il
każ ġdid
u offra l-appoġġ lil numru ta’ persuni l-qorti waqt xi każijiet li kellhom f’awli differenti, fejn saru xejn inqas minn 286 –il intervent differenti. Is-servizzi pprovduti minn dan it-tim jinkludu servizz ta’
social work
,
counselling
u akkumpanjament ta’ klijenti biex jaċċessaw servizzi oħra.
- Iċ-
Ċentru Detox
li kellu madwar
1,100 persuna
li attendew għal xi servizz li joffri, fosthom
110 persuni li bdew jattendu għas-servizzi tiegħu matul din is-sena jew li rritornaw
għas-servizz wara perjodu ta’ żmien
. Is-servizzi mogħtija mid-Detox kienu jinkludi għoti tal-methadone, servizz ta’ spiżerija, u assistenza medika Dawn il-persuni ġew ukoll pprovduti b’servizz ta’
social work
f’każijiet ta’ kriżi.
-
208 persuna li ġ
ew mogħtija servizz min Dar l-Impenn fuq bażi
ta’ in-patients
. Dan is-servizz kien jinkudi proċess ta’ ditossifikazzjoni u żmien ta’ stabilizazzjoni fuq il-methadone.
-
41 persuna li ġew pprovduti servizz mill-Assessment and Stabilisation Unit
. Dan hu servizz residenzjali li hu intiż għal dawk li jkollhom bżonn perjodu ta’ rkupru wara xi intervent mediku akut relatat mal-vizzju tad-droga jew ikollhom bżonn li jsirilhom pjan multidixxiplinarju ta’ kura fit-tul.
- Il-
Kommunita’ Santa Marija li laqgħet 32 –il resident għal programm terapewtiku residenzjali
. Matul dan il-programm ġew offruti diversi servizzi mediċi, psikoterapewtiċi, ta’ social work u appoġġ għall-għejxien tagħhom.
- U wkoll diversi ħidmiet fejn tidħol il-
prevenzjoni, f’istituzzjonijiiet edukattivi, fil-kommunità u fuq il-post tax-xogħol, li jammontaw għal 1,393 –il intervent.
Diversi ħaddiema tal-aġenzija wkoll ipparteċipaw fuq programmi televiżivi, biex jinfurmaw lill-pubbliku fuq l-abbuż tas-sustanzi u l-logħob tal-azzard.
Club tal-football – għajnuna/assistenza/finanzjament
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-għajnuna/assistenza/finanzjament li ngħata kull club tal-football f’Malta u Għawdex fis-snin 2013, 2014 u 2015? Għal kull każ, jista’ jgħid:
a) x’kienet l-għajnuna/assistenza/finanzjament; u
b) meta ngħatat l-għajnuna/assistenza/finanzjament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għajnuna/assistenza/finanzjament li ngħataw klabbs tal-futbol f’Malta u Għawdex fis-snin 2013, 2014 u 2015 hija kif ġej:
2013
MFA -Doping Assistance – tests - € 20,000.00
MFA - Facility Improvement Scheme - football facilities - € 35,000.00
MFA - Equipment Assistance - laptops -portable couches-radio system- defibrillator - € 3,500.00
MFA – IPLA - Personnel for events during 2013 - € 3,000.00
MFA - Assigned Personnel - Secondment of personnel - € 88,012.00
YFA - Professional Services - Seminars part 1 - foreign speakers - € 15,000.00
YFA - Facility Improvement Scheme - € 58,000.00
YFA - Equipment Assistance - Office equipment - € 1,000.00
MAFA - Venue Assistance - Use of St Margherita College –Verdala - € 4,892.00
Cottonera UTD Nursery - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 12,776.00
Marsa FC - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 11,700.00
Msida St Joseph - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 19,890.00
Naxxar Lions FC - Venue Assistance - Use of KMS Facilities (Schools) - € 24,570.00
St George's FC - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 17,035.00
Malta Futsal Association - Equipment Assistance - office/Sports equipment - € 2,500.00
Paola Hiberians Football Nursery – School Annual Conferences and competitions Bed nights - € 24,000.00
Hamrun Spartans FC - Tony Bajada Memorial Tournament Bed nights - € 4,375.00
2014
MFA – various works at football grounds situated in Malta - €750,000.00
GFA – various works at football grounds situated in Gozo - €140,000.00
MFA – Doping - €6750
MFA – Venue for use of referee tests- subsidy - €450.00
MFA - Personnel Scheme - €31000.00 (personnel assigned with MFA through SportMalta)
Marsaxlokk YN - International Participation - €5000.00
Senglea Gunnners AFC – Facility Maintenance - €10000.00
St George’s FC - Facility Maintenance - €10000.00
Cottonera UTD Nursery - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 12,776.00
Marsa FC - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 5000.00
Msida St Joseph - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 19,890.00
St Venera FC - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 6700.00
Naxxar Lions FC - Venue Assistance - Use of KMS Facilities (Schools) - € 24,570.00
St George's FC - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 17,035.00
Hamrun Spartans FC - Tony Bajada Tournament Bed nights - € 4,375.00
Malta Football Association - Tournaments yearly Bed nights - €48,550.00
Fgura United - Training Camp - € 615.00
2015
MFA – various works at football grounds situated in Malta - €750,000.00
GFA – various works at football grounds situated in Gozo - €140,000.00
Hamrun Spartans FN – Flood lights - €1246
Marsa FN – assistance to cover pitch maintenance
Cottonera UTD Nursery - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 12,776.00
Msida St Joseph - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 19,890.00
St Venera FC - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 11,700.00
Naxxar Lions FC - Venue Assistance - Use of KMS Facilities (Schools) - € 24,570.00
St George's FC - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 17,035.00
Fil-preżent għaddejjin xogħlijiet fuq il-bini ta’ grawnd tal-futbol f’Birżebbuġa, liema grawnd ser jintuża min-nursery u t-tim tal-kbar ta’ Birżebbuġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu work permits mill-ETC fl-2013, 2014 u fl-2015, sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna li ngħata l-permess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tliet tabelli li juru kemm inħarġu liċenzji ta‘ xogħol skont in-nazzjonalità tal-persuna mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig fl-2013, fl-2014 u fl-2015.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-21 ta' Lulju 2014, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ m'għadhiex l-unika entità Governattiva li toħroġ il-liċenzji biex persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi jaħdmu f’Malta. Għalhekk l-istatistika murija fit-tabelli tirreferi biss għal-liċenzji tax-xogħol maħruġa mill-Korporazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mill-programm tal-IIP s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet li ġew depozitati ma’ Identity Malta fl-IIP account għal-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment jammonta għal EUR 119,875,100.00.
Infakkar li kieku kien għall-Oppożizzjoni – tenut kont il-kritika feroċi tagħha għal dan il-programm – pajjiżna kien jitlef dan id-dħul.
Pajjiżna qed jagħmel suċċess minn dan il-Programm.