Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u SantaVenera – intrapriżi

Question

Jista’ l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14702 u ċjoè jgħid kemm hemm intrapriżi li għandhom liċenzji tal-kummerċ fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u Santa Venera?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha s-Sezzjoni Liċenzi tal-Kummerċ, l-għadd ta' intrapriżi li għandhom liċenza tal-kummerċ f'dawn il-lokalitajiet li ġejjin, huma: Belt Valletta: 748 Il-Furjana: 114 Tal-Pieta': 153 Il-Ħamrun: 578 Il-Marsa: 371 Santa Venera: 260

Malta Enterprise – investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti kollha ta’ investiment barrani li l-Malta Enterprise irnexxiela ġġib fl-2015? Għal kull każ, jista’ jagħti: a) in-natura tal-investiment; b) in-nazzjonalità tal-investitur jew il- parent company li qed tinvesti; u c) in-numru ta’ ħaddiema ġodda li se tkun qed tingaġġa f’pajjiżna u meta se tingaġġahom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ pagamenti ta’ aktar minn €2,000 li saru matul l-ewwel disa’ xhur tal-2015 mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li huma fid-dekasteru tiegħu u għal kull każ jgħid: a) id-data meta sar il-pagament; b) min irċieva l-pagament; c) għal xiex tħallas il-pagament; d) min approva l-ispiża; u e) kienx qed isir pagament wara lil min tħallas kien rebaħ tender jew intgħażilx b’mod dirett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dekasteru tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ direct orders bid-dettalji għal kull direct order li ngħata minn dawn l-entitajiet matul l-2015: (a) il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar; (b) MIMCOL; (ċ) MGI; (d) MITA; (e) KGT; (f) MCA; (g) MGA; (h) Malta Enterprise; (i) Malta Industrial Parks; u (j) Malta Freeport Corporation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bejjiegħa tal-Monti — stalls

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il posta (stall) huma permessi li jarmaw il-bejjiegħa tal-Monti li għandhom permess li jarmaw fil-Monti tal-Belt (jiġifieri dak li jarma mit-Tnejn sas-Sibt fi Triq il-Merkanti tal-Belt)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li It-total ta' permessi huwa dak ta 74.

Suq tal-Belt — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern intrabatx mal-kumpanija li ngħatat il-kuntratt sabiex tiġġenera u tamministra s-Suq tal-Belt, sabiex jirriloka l-Monti tal-Belt (jiġifieri dak li jarma mit-Tnejn sas-Sibt fi Triq il-Merkanti tal-Belt) minn quddiem l-istess Suq tal-Belt?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Monti tal-Belt — offerti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bejjiegħa liċenzjati tal-Monti tal-Belt (jiġifieri dak li jarma mit-Tnejn sas-Sibt fi Triq il-Merkanti tal-Belt) ingħatawx offerta ta’ kumpens biex iċedu l-posta tagħhom fil-Monti??

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Industrial Parks u Malta Enterprise – spazji industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy li hija in vigore fir-rigward ta’ kif jiġu allokati l-ispazji industrijali mill-Malta Industrial Parks u/jew il-Malta Enterprise?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispazji industrijali jiġu allokati skond l-esiġenza tal-klijent u skond l-ispazzju disponibbli biex jiġi allokat f'dak iż-żmien

Malta Industrial Parks u Malta Enterprise – spazji industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jieħu d-deċiżjonijiet finali dwar l-allokazzjonijiet tal-ispazji industrijali jekk hux mill-Malta Industrial Parks u/jew mill-Malta Enterprise?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjonijiet finali dwar l-allokazzjonijiet tal-ispazji industrijali huma meħuda mill-Malta Industrial Parks.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u l-Intrapriżi Żgħar – pagamenti mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14598 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ pagamenti ta’ aktar minn €2,000 li saru matul is-sena 2014 mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u għal kull każ jgħid: (a) id-data meta sar il-pagament; (b) min irċieva l-pagament; (ċ) għal xiex tħallas il-pagament; (d) min approva l-ispiża; u (e) il-pagament kienx qed isir wara li min tħallas kien rebaħ tender jew intgħażilx b’mod dirett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bord tal-Koperattivi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar mill-Bord tal-Koperattivi fl-2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul 2015 fil- Bord tal-Koperattivi : 1. Ġew reġistrati żewg koperattivi ġodda. 2. Tkompla jissaħħaħ ix-xogħol regolatorju tal-Bord kemm bħala kuntatt mal-koperattivi, kif ukoll permezz ta’ policy amministrattiva. 3. Saret konsultazzjoni wiesgħa mal-i stakeholders kollha sabiex tħejja dokument dettaljat fuq ir-riforma tal-koperattivi fis-settur pubbliku. 4. Sar xogħol preparatorju u laqgħat ta’ diskussjoni mal-MFSA u stakeholders oħra fuq il-kunċett tal-promozzjoni u l-kreazzjoni ta’ Bank Koperattiv. 5. Komplew isiru laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-i stakeholders sabiex isiru proposti finalizzati għar-riforma fil-Fond Centrali tal-Koperattivi. 6. Sar ix-xogħol preparatorju u tfasslet kampanja ta’ promozzjoni u edukazzjoni fuq il-kunċett koperattiv permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra u l-mezzi tax-xandir li tnieda fl-2016. 7. Sar taħrig dwar il-kunċett ta’ koperattiva lil numru ta’ persuni li ser jaħdmu fiċ-centri tal- One Stop Shop .

Remote Gaming Licenses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu remote gaming licenses mis-sena 2008 ‘l hawn, sena b’sena u jaqsam din l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-Ultimate Beneficial Owners tal-operaturi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Bejjiegħa tal-Monti — permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bejjiegħa tal-Monti li għandhom permess jarmaw fil-Monti tal-Belt (jiġifieri dak li llum jarma mit-Tnejn sas-Sibt fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha s-Sezzjoni Liċenzi tal-Kummerċ, l-għadd ta' Bejjiegħa tal-Monti li għandhom liċenza biex jarmaw fil-Monti tal-Belt hu ta 73.

Malta Gaming Authority – Financial Statement

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set ta’ Financial Statements awditjati tal- Malta Gaming Authority?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar set ta’ Financial Statements tal-Malta Gaming Authority tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta numru 276 tal-1 ta’ Ġunju 2015.

Malta Enterprise – Financial Statement

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set ta’ Financial Statements awditjati tal-Malta Enterprise?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar set ta’ Financial Statements tal-Malta Enterprise tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta fis-seduta 276 tat-Tnejn, 15 ta’ Ġunju 2015.