Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kemm hawn employers f’pajjiżna li jħaddmu n-numru ta’ nies fil-kategoriji kif murija hawn isfel, fuq bażi ta’ full-time:
a. inqas minn 3 ħaddiema;
b. bejn 3 u 5 ħaddiema;
c. bejn 6 u 10 ħaddiema;
d. bejn 11 u 15-il ħaddiem;
e. bejn 16 u 25 ħaddiem;
f. bejn 26 u 50 ħaddiem;
g. bejn 51 u 70 ħaddiem;
h. bejn 71 u 100 ħaddiem;
i. bejn 101 u 150 ħaddiem;
j. bejn 151 u 250 ħaddiem;
k. bejn 251 u 500 ħaddiem;
l. bejn 501 u 750 ħaddiem;
m. bejn 751 u 1000 ħaddiem;
n. bejn 1001 u 1500 ħaddiem u
o. ‘il fuq minn 1501 ħaddiem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mogħtija hawn taħt turi kemm hawn employers fis-settur privat f’pajjiżna li jħaddmu n-numru ta’ nies fil-kategoriji murija fil-mistoqsija fuq bażi ta’ full-time fl-aħħar ta’ Settembru 2015.
Kategoriji / Settur
Numru ta’ organizzazzjonijiet fis-Settur Privat
inqas minn 3 ħaddiema
23,869
bejn 3 u 5 ħaddiema
2,905
bejn 6 u 10 ħaddiema
1,296
bejn 11 u 15-il ħaddiem
526
bejn 16 u 25 ħaddiem
456
bejn 26 u 50 ħaddiem
355
bejn 51 u 70 ħaddiem
111
bejn 71 u 100 ħaddiem
91
bejn 101 u 150 ħaddiem
63
bejn 151 u 250 ħaddiem
50
bejn 251 u 500 ħaddiem
25
bejn 501 u 750 ħaddiem
9
bejn 751 u 1000 ħaddiem
3
bejn 1001 u 1500 ħaddiem
2
‘il fuq minn 1501 ħaddiem
2
Total
29,763
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar kif se jkun qed jintuża l-Isptar Boffa ġaladarba l-funzjoni tal-Onkoloġija tkun spiċċat kompletament minn dan l-Isptar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li s-servizz tal-Onkoloġija ilu jinghata totalment miċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo sa minn Settembru, 2015. Mill-ewwel beda x-xoghol mehtieg ta’ tisbieħ fl-Isptar Boffa u li s'issa saru diversi xogħlijiet biex l-Isptar jerġa' ikun disponibbli għall-pazjenti fosthom tranġar ta' membrane fuq is-soqfa tal-isptar kollu, installazzjoni ġdida ta' dwal li tinkludi s-sistema ta’ circuit breakers li kienu nieqsa fis-sistema preċedent, installazzjoni ta’ Fire Safety Detectors and Alarm, sistema ta’ nurse call moderna, bdil ta’ numru ta’ kmamar tal-banju, bdil ta’ tapiti tad-drapp ma’ tapiti tal-vynil, tikħil, kisi u tibjid tas-swali u l-kurituri, tibdil komplut tar-reception area, installazzjoni ta’ air conditioners u rranġar fejn kien meħtieġ, installazzjoni ta’ suffetti ġodda u rrangar ta' dawk ezistenti, manutenzzjoni tal-bibien interni, tibdil strutturali u mmodernizzar tal-B Pod station, manutenzzjoni tal-lifts eżistenti u tindif u manutenzzjoni tal-purtieri. L-Isptar Boffa se jkun qed isservi għall-pazjenti li għandhom bżonn kura fit-tul.
Raħal Ġdid – proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Schreiber
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proċess ta’ riġenerazzjoni ta’ Schreiber f’Raħal Ġdid?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan huwa proġett li jonvolvi diversi Ministeri. Rigward il-proġett għal regional hub tas-saħħa, d-dipartiment tas-saħħa jinsab għaddej bil-pjanijiet meħtieġa.
Raħal Ġdid u San Ġiljan – proġetti ta’ hubs tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-proġetti tal-hubs tas-saħħa ppjanati għal Raħal il-Ġdid u San Ġiljan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li għal l-ewwel parti tal-mistoqsija jirreferi għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 22434 filwaqt li nunfurmah li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, li jaqdi wkoll il-bżonnijiet tar-residenti ta’ San Ġiljan, se jkun modernizzat fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm tqassmu siringi b’xejn fl-2015 u jaqsam din l-informazzjoni skont l-età tal-persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ siringi li tqassmu biex jintazaw ghal diversi kundizjonijiet medici ghal matul is-sena 2015 kien ta’ 1,560,000.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-Maritime Hub fil-Marsa, meta se jiġi ffirmat il-kuntratt finali u meta se jibda x-xogħol fuq is-sit imsemmi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill- Onor Interpellant li sabiex il-propjeta tingħata lil offerent preferut fi stat liberu, it-tim tan-negozjati ltaqa’ mal-entitajiet kollha li b’xi mod għandhom relazzjoni ma’ din il-propjetà u issa wasalna fi stat li jibda jingħalaq dan il-proċess.
Saru diversi laqgħat ma’ Transport Malta li għandhom it-tmexxija tal-mollijiet, mar-rikazli tank cleaning, mal-Water Services, mal-Enemalta, mal-Marsovin, mal-Protezzjoni Civili, u mal-Go plc.
Għawdex – Cruise liner terminal — privatizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Cruise Liner Terminal f’Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tar-Rikjesta għal-Proposti għal-Koncessjoni għad-Dizinn, Bini u Operat ta’ Cruise Liner Terminal u Faċilitajiet ta’ Irmigg u Yacht Marina fil-Gzira ta’ Ghawdex qiegħed fl-istadju inizjali ta’ negozjati.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-White Rocks? Kemm-il kumpanija tefgħet l-offerta tagħha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-privatizzazzjoni tal-White Rocks Malta wasal fl-istadju ta' evalwazzjoni tal-proposti sottomessi. Għal dan il-proġett, ġew sottomessi żewġ proposti. L-istadju ta' dan il-proġett, kif ukoll il-kumpaniji li tefgħu il-proposti tagħhom ġew ippubblikati fil-website tal-Privatisation Unit fil-21 ta' Diċembru 2015.
Sptarijiet ta’ Għawdex u San Luqa – proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni marbut mal-Isptar t’Għawdex u dak ta’ San Luqa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika xi tfisser il-kelma kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li nirrimarka li s-servizz tas-saħħa ser jibqa’ b’xejn.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar s’issa fil-Proġett tal-Digital Hub?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istruttura tad-Digital Hub hija prattikament kompluta. Bħalissa qed isiru l-aħħar ftit attrezzaturi bħal-partitions, twaħħil ta’ bibien, twaħħil ta’ dwal u t-tkomplija tal-lifts.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-operaturi li hemm fil-Life Sciences Park u għal kull operatur jgħid:
a) l-isem tal-operatur;
b) x’inhi l-attività li qed jagħmel;
c) xi spazju qed jokkupa;
d) x’inhuma t-termini tal-użu tal-ispazju; u
e) kemm se jimpjega persuni u f’liema livell?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar s’issa b’riżultat tal-ftehim li kien iffirmat mal-Barts School of Medicine f’Marzu 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġie ffirmat il-kuntratt ta’ Barts, il-Gvern fittex li jiffirma agreements ma’ stakeholders differenti biex tiġi iffaċilitata l-operazzjoni ta’ Barts f’Malta.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk l-ispazji ta’ aktar minn 300 metru kwadru industrijali/kummerċjali li l-Malta Industrial Parks tat b’kera fl-2013, 2014 u 2015? Għal kull każ, jista’ jgħid:
a) id-data tal-kuntratt tal-kera;
b) it-terminu tal-kuntratt tal-kera;
c) l-isem tal-kumpanija lil min inkriet;
d) l-attività li għaliha inkriet (jiġifieri dak li bih intrabtet il-kumpanija benefiċċjarja); u
e) x’inhuma l-obbligi ta’ investiment u impjiegi ġodda li ġew imposti fuq il-kumpanija benefiċjarja?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk l-ispazji industrijali/kummerċjali li l-Malta Industrial Parks tat b’ċens fl-2013, 2014 u 2015? Għal kull każ, jista’ jgħid:
a) id-data tal-kuntratt tal-kera;
b) it-terminu tal-kuntratt tal-kera;
c) l-isem tal-kumpanija lil min inkriet;
d) l-attività li għaliha inkriet (jiġifieri dak li bih intrabtet il-kumpanija benefiċċjarja); u
e) x’inhuma l-obbligi ta’ investiment u impjiegi ġodda li ġew imposti fuq il-kumpanija benefiċjarja?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.