Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22334 u jagħti aġġornament dwar il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżna fl-użu ta’ faċilitajiet taħt il-European Fund for Strategic Investments (EFSI)?
Response (GRECH, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-qafas regolatorju u l-parametri relatati li jirrigwarda l EFSI komplew jigu żviluppati bejn l-istituzzjonijiet Ewropej matul s sena li għaddiet. Nfakkar li l-EFSI jikkonsisti f’finanzjament ta’ proġetti ta’ natura kummerċjali li jkollhom riskju ogħla minn proġetti li tradizjonalment jigu ffinanzjati mill- European Investment Bank jew l- banek kummercjali.
F’Malta wkoll saret ħidma sabiex jiġu identifikati proġetti ta’ natura kapitali tal-Gvern permezz ta’ konsultazzjoni li għaddejja mad-diversi Ministeri u entitajiet pubbliċi konċernati. L-istudji neċessarji fuq wħud mill-proġetti huma fi stadju avvanzat u permezz tagħhom wieħed jiddetermina l-użu tal-EFSI għalihom. Sabiex ikompli jinforma lis-settur privat dwar l-skop ta’ dan il-Fond fil-ġimghat li ġejjin ser isir konferenza speċjalizzata bil –parteċipazzjoni ta’esperti barranin mill- EIB/ EIF. Barra minn dan, hu ippjanat li titkompla l-ħidma sabiex ikun hawn aktar għarfien f’pajjiżna dwar l-finanzjament kif ukoll servizzi ohra pprovduti mill-EFSI.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22335 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti break down dettaljat tal-investimenti barranin (FDI) f’Malta fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 maqsuma skont is-setturi li fihom sar dan l-investiment?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l- Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 22322 sal-lum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati u disponibbli jkopru s-sena finanzjarja li għalqet f’Marzu 2015. Is-sena finanzjarja 2016 għadha kurrenti u għaldaqstant rapport finanzjarju jiġi ppubblikat fix-xhur li ġejjin wara li l-istess sena finanzjarja tingħalaq u l-kontijiet jiġu awditjati. Nserraħ moħħ l-Interpellant illi sa llum, l-indikazzjonijiet juru li l-Air Malta miexja mal-previzjonijiet mogħtija fl-aħħar laqgħa Ġenerali Annwali.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22326, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-ammont ta’ flus li ntefqu f’Malta, tħallsu persuni ta’ nazzjonalita Maltija jew intrapriżi reġistrati f’Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-guidelines tal-inċentivi għall-industrija tal-Films jgħidu ċar li dawn japplikaw biss fuq flus li jkunu ntefqu f’Malta u Għawdex. L-inċentivi jingħataw fuq persuni li jkunu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex u l-istess japplika għal kumpaniji. L-industrija tal-films qed tiġġenera miljuni kbar fl-ekonomija u dan il-ġid qed igawdu minnu mhux biss il-ħaddiema u kumpaniji li jaħdmu direttament fl-industrija, i¿da ħafna oħrajn li b’mod indirett qed jiggwadanjaw minn din l-industrija wkoll. Huwa fatt magħruf li l-industrija tal-films għandha wieħed mill-għola ‘multiplier effects’ fl-ekonomija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP) minn meta beda jitħaddem il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont f’liema stadju ta’ proċessar waslu?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mifdija ċnus b’ċedoli depożitati fil-Qrati bejn l-2008 u l-2015, sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Iċ-Ċedoli ta’ depożiti ppreżentati fil-qrati Maltin sabiex jinfdew ċnus bejn l-2008 u l-2015 kien hekk:
Sena
Numru ta’ ċedoli ta’ fidi ta’ ċens
Malta
Għawdex
2008
837
87
2009
839
22
2010
748
46
2011
851
35
2012
890
37
2013
812
43
2014
905
45
2015
1031
46
Il-Belt Valletta – stabbilimenti ta’ divertiment u bars
Question
Jista’ l-Prim Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 22320 dwar stabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li joperaw tali attivitajiet fil-Belt Valletta sal-lum?
Kunsill Lokali Belt Valletta – Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta m’huwiex f’pożizzjoni li jiffinalizza l-Financial Statements tiegħu u x’ser jagħmel il-Gvern biex isolvi din is-sitwazzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-applikanti li applikaw għall-Individual Investor Programme (IIP) u waslu fl-istadju li ddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account:
a. xtraw proprjetà skont il-parametri tal-iskema tal-IIP?
b. krew proprjetà skont il-parametri tal-iskema tal-IIP?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-applikanti li applikaw għall-Individual Investor Programme (IIP) u waslu fl-istadju li jiddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account, waqqfu kumpanija f'pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Peress li uffiċjali għolja ta’ Identity Malta kienu stqarrew li wieħed mill-parametri li fuqhom tiġi determinata l-applikazzjoni ta’ min japplika għall-Individual Investor Programme (IIP) hija kontribut lejn għaqdiet filantropiċi/NGOs/organizzazzjonijiet simili, mingħajr ma’ neċessarjament jagħti l-isem tal-applikant, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet li saru jew ġew kommessi minn dawk l-applikanti li waslu fl-istadju li ddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma meta saru l-laqgħat tal-komunità fil-lokalitajiet kollha fis-snin 2014 u 2015? Għal kull laqgħa jista’ jgħid kif kienu infurmati r-residenti u kemm attendew?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP) minn meta beda jitħaddem il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont il-pajjiżi li tagħhom l-applikanti huma ċittadini?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm iddaħħlu persuni l-isptar isoffru minn xi forma ta’ overdose ta’ droga (jew sintomi relatati) fl-2015 u jaqsam din l-informazzjoni skont l-età tal-pazjent?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2015, kien hemm 23 kaz f’Kategorija A, 138 kaz f’Kategorija B u 135 kaz f’Kategorija C.
Kategorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi
Kategorija B: Attentat ta’ suwiċidju jew ikkaġunar ta’ offiża fuqha nnifisha, ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna (individwali) għamlet użu mit-trattament tal-methadone fis-sena 2015 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-età (fi brackets ta’ 10 snin)?