Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna/koppja bbenefikat mill-iskema tal-First Time Buyers, u jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar skont meta sar il-kuntratt finali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità Tal-Pietà u għal kull xogħol jgħid:
a) fiex se jkun jikkonsisti u fejn se jsir;
b) meta hu ppjanat li se jsir; u
c) kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’din il-lokalita’, bħalissa għaddejjin dawn ix-xogħlijiet:
Triq
Stima
Triq il-Marina (
footpaths
)
€ 10,000
Triq G'Mangia u Triq Hockham Frere (
surfacing
)
€ 340,000
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità tal-Furjana u għal kull xogħol jgħid:
a) fiex se jkun jikkonsisti u fejn se jsir;
b) meta hu ppjanat li se jsir; u
c) kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ23909 6APR PAPERS LAID MTI.docPQ23909 6APR PAPERS LAID GHRC.docPQ23909 6APR PAPERS LAID TM.doc
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità tal-Marsa u għal kull xogħol jgħid:
a) fiex se jkun jikkonsisti u fejn se jsir;
b) meta hu ppjanat li se jsir; u
c) kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura se jibda r-restawr tal-faċċata u estensjoni taċ-ċimiterju tal-Lhud. Ix-xogħol għandu jinbeda hekk kif jinħarġu l-permessi u t-tenders neċessarji. L-istimi ta’ dan il-proġett għadhom qed jinħadmu.
Minn naħa ta’ Transport Malta, minbarra xogħlijiet ta’ manutenzjoni u upgrades fil-lokalità tal-Marsa, hemm pjan li ssir pelican crossing ġewwa Triq Ħal Qormi, liema xogħol huwa mistenni li jiswa €38,336.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità ta’ Santa Venera u għal kull xogħol jgħid:
a) fiex se jkun jikkonsisti u fejn se jsir;
b) meta hu ppjanat li se jsir; u
c) kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet fil-lokalità ta’ Santa Venera qegħdin f’diversi stadji ta’ preparamenti. Il-perjodu tax-xogħol se jiddependi fuq il-proċess tat-tendering, fondi disponibli u prijoritajiet kurrenti.
Triq
Stima
Cannon Rd
€330,000.00
n/s in Triq San Gorg
€86,400.00
Adeleide Cini c/w Vivion / Markiz Scicluna
Stima għadha qed tiġi maħduma
Tumas Dalli c/w Triq il-Ferrovija
Stima għadha qed tiġi maħduma
Pelican crossing
at Triq San Ġużepp
€5,617.12
ETC – persuni reġistrati bħala persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm hemm persuni rreġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ bħala persuni b’diżabilità li ġew ingaġġati ma’ entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll ma’ kumpaniji privati bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew ingaġġati kien ta’ 72 persuna mal-entitajiet pubbliċi u ta’ 685 persuna mal-kumpaniji privati.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22362, jista’ l-Ministru jagħti timelines ta’ kif huwa mistenni li jiġi implimentat dan il-proġett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-timeline ta’ kif inhu mistenni li jiġi implimentat il-proġett ta’ introduzzjoni tat-tablets fl-iskejjel hu kif se nsemmi:
· F’Settembru 2015 sar l-ewwel taħriġ lill-għalliema kollha (kemm tal-iStat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti) li hu maħsub li jkunu qed jgħallmu r-Raba’ Sena (Y4) f’Ottubru tal-2016.
· Matul s-sena skolastika 2015-2016: tqassam il-ktieb Teaching with Tablets lil kull għalliem tal-Y4. Dan il-ktieb jiffoka fuq pedagoġija attwali dwar kif tgħallem bit-tablet b’mod effettiv.
· F’Jannar-Marzu 2016 tnieda taħriġ lil grupp ta’ għalliema mill-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti biex ikunu ta’ sapport għall-kollegi tagħhom fl-iskejjel. Struttura simili hija maħsuba biex tagħti servizz fl-iskejjel tal-iStat.
· Matul it-tielet term, sena skolastika 2015-2016 se jingħata kors ta’ taħriġ onlajn lil kull min jixtieq jitħarreġ f’metodi ta’ tagħlim bit-tablet.
· F’kollaborazzjoni mal-Universitá ta’ Malta qed jingħata taħriġ lill-istudenti-għalliema li se jkunu fl-iskejjel waqt teaching practice fis-sena 2016.
· F’Lulju 2016 madwar 470 għalliem, LSAs ( kif ukoll SMTs) li se jkunu jgħallmu Y4 f’Ottubru 2016 se jingħataw tlett ijiem taħriġ obligatorju dwar l-użu tat-tablets.
· F’Settembru 2016 madwar 470 għalliem u LSAs li se jkunu jgħallmu l-Ħames Sena f’Ottubru 2017 se jingħataw tlett ijiem taħriġ obligatorju.
· F’Ottubru 2016 mistenni li jibdew jitqassmu t-tablets lill-istudenti kollha tal-Y4.
· F’Lulju 2017 madwar 440 għalliem u LSAs li se jkunu jgħallmu s-Sitt Sena f’Ottubru 2018 se jingħataw tlett ijiem taħriġ obligatorju.
· Settembru 2017 madwar 430 LSA li se jkunu fis-Sitt Sena f’Ottubru 2018 se jingħataw tlett ijiem taħriġ obligatorju dwar l-użu effettiv tat-tablets.
Stakeholders importanti (MAPPPS, Skejjel tal-Knisja u Indipendenti, MUT, Universitá ta’ Malta u MEDE) qed jiltaqgħu regulari biex jaraw il-proċess tat-tablets u jiddiskutu fost oħrajn ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-pedagoġija, MOU u Acceptable use Policy.
F’Jannar 2016 tnidiet sensiela ta’ laqgħat filgħodu u filgħaxija għall-ġenituri fl-għaxar kulleġġi.
Tragward MistenniDati
Ħruġ tat-TenderFrar 2016
Għeluq tat-TenderApril 2016
Aġġudikar tat-TenderMejju 2016
Taħriġ tad-distribuzzjoniLulju 2016
L-ewwel fażi tad-distribuzzjoniOttubru 2016
It-tieni fażi tad-distribuzzjoniOttubru 2017
It-tielet fażi tad-distribuzzjoniOttubru 2018
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati ħaddiema taħt il-Construction Industry Skill Card (CISC) u taqsam l-informazzjoni skont it-trades rispettivi?
Response (DALLI, HELENA)
Biex tibda titħaddem is-sistema tal-iskill card hemm bżonn li ssir leġiżlazzjoni relattiva liema leġiżlazzjoni qiegħda tiġi mħejjija. Sadanitant mix-xahar id-dieħel se jibdew il-korsijiet fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq is-siti ta’ kostruzzjoni. Iċ-ċertifikat li jingħata għal dan il-kors hu rikjest sabiex wieħed japplika għall-iskill card.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-binjiet/proprjetajiet/siti okkupati minn dipartimenti tal-gvern u/jew entitajiet pubbliċi li għandhom Energy Performance Certificate (EPC)? F’kull każ jista’ jgħid meta nħarġu dawn l-EPCs għall-ewwel darba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ meta ltaqa’ l-Valletta Rehabilitation Committee fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016, il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt u l-Furjana ltaqa’ f’dawn id-dati:
2013 – 27 ta’ Settembru, 17 ta’ Ottubru, 18 ta’ Novembru, 3 ta’ Diċembru
2014 – 15 ta’ Lulju, 22 ta’ Ottubru, 4 ta’ Diċembru, 12 ta’ Diċembru
2015 – 12 ta’ Mejju
2016 - NIL
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità tal-Belt Valletta, u għal kull xogħol jgħid:
a. fiex ser ikun jikkonsisti u fejn ser isir?
b. meta hu ppjanat li jsir?
c. kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ23906 5APR PAPERS LAID MTI.docPQ23906 5APR PAPERS LAID GHRC.doc
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità tal-Ħamrun, u għal kull xogħol jgħid:
a. fiex ser ikun jikkonsisti u fejn ser isir?
b. meta hu ppjanat li jsir?
Ċ. kemm hemm budget allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta qiegħda taħdem fuq tenders għal dawn ix-xogħlijiet:
Lokalita’
Triq u dettalji tax-xogħol
Stima
Ħamrun
Xogħlijiet maġġuri fiċ-ċentru tal-lokalita’
€472,572.77
Furjana/ Ħamrun
Triq Nazzjonali -
safety fencing
€150,000.00
Ħamrun
Bypass (widening)
L-istima għadha qed tiġi maħduma
Il-perjodu tax-xogħol se jiddependi fuq il-proċess tat-tendering, fondi disponibli u prijoritajiet kurrenti.
Air Malta – ħaddiema — early retirement, voluntary redunancy jew skemi simili
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22327, u jgħid kemm-il impjegat f’kull grad tal-Air Malta ħa xi forma ta’ early retirement, voluntary redundancy u/jew xi skema simili ta’ tmiem tal-impjieg u kemm tħallsu komplessivament f’kull grad u jagħti l-informazzjoni mitluba skont il-grad li kienu jokkupaw l-impjegati konċernati bejn l-2008 u l-2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ impjegati f’kull grad li ħadu xi forma ta’ early retirement, voluntary redundancy u/jew xi skema simili, skond l-aħħar skema maħruga mill-Air Malta fis-sena 2012, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22323, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ accounts irrispettivament liema metodu ta’ accounting tintuża?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22324, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn toħroġ li l-financial statements tal-Mediterranean Conference Centre (MCC) “huma ta’ natura kummerċjali” meta bħala kumpanija pubblika għandha l-obbligu li tippubblika tali statements?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mediterranean Conference Centre (MCC) tikkompeti ma’ kumpaniji u entitajiet oħra li joperaw fl-istess settur u għalhekk il-management għadu jinsisti li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk sensittiva.
Nfakkar lill-Interpellant f’diversi mistoqsijiet parlamentari li kienu saru lill-amministrazzjoni Nazzjonalista f’dan ir-rigward:
Mistoqsija Parlamentari 23300 datata 19/01/2007, fejn informazzjoni rigward taxxi, tariffi u mizati gew mitluba lill-Ministru Francis Zammit Dimech u fejn ġie mwieġeb “Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu l-uniċi tariffi li ġew riveduti matul l-2006 kienu dawk ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, li peress li huma ta' natura kummerċjali ma jkunx prudenti li jiġu pubblikati”;
Mistoqsija Parlamentari 27674 datata 26/09/2007, fejn fost affarijiet ohra, informazzjoni dwar kemm tiswa biex tikri serata f’kull teatru fl-MCC giet mitluba lill-Ministru Francis Zammit Dimech u fejn rega’ ġie mwieġeb li “minħabba li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummeċjali u għalhekk sensittiva, il-Bord iħoss li din m’għandiex tiġi svelata pubblikament”.
Mistoqsija Parlamentari 35529 u 38402 datati 26/06/2012 u 26/11/2012, fejn giet mitluba informazzjoni dwar entitajiet/servizzi ta’ internat audit fid-dekasteru tal-Ministru Mario De Marco, u fejn fiz-zewg okkazjonijiet gie mwiegeb “li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra”. L-informazzjoni baqgħet ma ngħatatx sa meta nhatret amministrazzjoni ġdida fix-xahar ta’ Marzu 2013.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tax-xogħol li għamel il-Building Industry Consultative Council (BICC) fis-snin 2014 u 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Annual Report 2014 (li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra) waqt li għas-sena 2015 ir-rapport annwali qed jiġi ppreparat u sa jkun impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjien.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba tlaqqa’ l-Bord Eżekuttiv tal-Building Industry Consultative Council (BICC)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li għalkemm rikjesti mill-liġi, l-Bord Eżekuttiv tal-Building Industry Consultative Council qatt ma’ ltaqa’ qabel l-2014.
Matul is-sena 2014 iltaqa’ 5 darbiet
Matul is-sena 2015 iltaqa’ 12-il darba
Minn Jannar 2016 sal-llum iltaqa’ 3 darbiet.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22441, jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva proposti l-Gvern u meta ser iħabbar l-eżitu tal-proċess?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern irċieva proposta waħda. L-eżitu tal-proċess jitħabbar mill-Gvern meta l-kompiti kollha neċessarji relatati ma’ dan ir-Request for Proposals ikunu ġew imwettqa b’mod metikoluż.