Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ingħataw eżenzjonijiet minn taxxa jew bolol dovuti lill-entitajiet mis-settur privat mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2015? F’kull każ, jista’ jagħti dawn id-dettalji;
a) l-isem tal-entità partikolari;
b) kemm kienet l-eżenzjoni f’termini ta’ flus; u
c) fuq liema bażi/kriterji ngħatat l-eżenzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22340 u jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dħul mill-Corporate Tax hekk kif preżentat fl-istatistika tal-NSO hux net mir-refunds li jitħallsu lura lit-tax payers għall-finijiet tal-Income Tax Management Act?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi nikkonferma li għall-fini tal-NSO News Release 201/2015 – ‘Tax Revenue: 2014’, il-Corporate Income Tax huwa rrapurtat net mir-refunds. Ta’ min jinnota li skont il-metodoloġija tal-ESA 2010 it-taxxi kollha huma rrapurtati net mir-refunds.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jibbenefikaw mit-taxxa għal Return Migrants u jagħti r-raġuni għalxiex dan il-benefiċċju huwa limitat għall-ħames snin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li bbenefikaw mill-iskema ta’ taxxa għal Returned Migrants matul is-sena ta’ stima 2015 kienu 122. Dan il-benefiċċju mhuwiex limitat għall-ħames snin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija (mingħajr ma jsemmi l-isem tal-kumpaniji) rreġistrat tnaqqis fl-esportazzjoni tagħha fis-snin 2014 (meta mqabbla mal-2013) u l-2015 (meta mqabbla mal-2014) u għal kull sena jgħid għal kemm kien jammonta dan it-tnaqqis kumplessivament?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-Garanziji Bankarji li l-Gvern ħareġ lill-entitajiet privati (li l-ishma tagħhom mhumiex 100% kontrollati mill-Gvern) f’dawn l-aħħar 15-il sena? Għal kull każ, jista’ jagħti d-dettalji kollha tal-imsemmija garanzija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ stimi li nħarġu mill-Periti tal-Gvern (wara li ġew eżaminati l-valuri tal-proprjetà) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 u għal kull sena jagħti wkoll kemm inħarrġu re-assessments, kemm tħallsu u kemm minnhom ġew appellati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Taxxa tad-dokumenti – persuni taħt it-18-il sena — wirt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt it-18-il sena li fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 wirtu proprjetà u ħallsu t-taxxa tad-dokumenti? Għal kull sena, jista’ jgħid kemm kienet tammonta din it-taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment m’għandux din l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-metodoloġija preżenti li hi addottata mill-Gvern dwar l-istimi tal-proprjetà u jekk u meta l-Gvern se jkun qed idaħħal fis-seħħ is-sistema fejn il-perit tal-applikant jagħti l-valuri rispettivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sistema fejn il-perit tal-applikant jagħti l-valuri rispettivi, ġiet fis-seħħ fil-15 ta’ Novembru 2014 permezz tal-Avviż Legali numru 465/2014, u emendata fl-Avviż Legali 147/2015.
Abbażi tal-karatteristiċi tal-propjeta nnifisha u l-lokalita fejn qegħda, il-periti tad-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty jagħmlu l-evalwazzjoni tal-istima tal-propjeta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi tal-Acquisition of Immovable Property (AIP) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-lokalità li fihom inħarġu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ammonta l-bejgħ ta’ proprjetà fejn inħarġu l-Acquisition of Immovable Property (AIP) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-lokalità li fihom inħarġu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jaqsam in-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, skont it-tip ta’ proprjetà mibjugħa (bħal penthouse, maisonette, appartament, art, raba’ eċċ.)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jaqsam in-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, skont kemm mill-partijiet involuti kenux fiżiċi jew legali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jaqsam in-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, skont jekk kienx hemm aġenti tal-proprjetà jew sensara involuti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jgħid kemm min-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 kienu xerrejja ċittadini tal-Unjoni Ewropea, iżda mhux Maltin u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-pajjiżi rispettivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jgħid kemm min-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 kienu xerrejja ċittadini ta’ pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-pajjiżi rispettivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.