Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Shipbuilding Co. Ltd – Financial Statement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22369 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati tal-Malta Shipbuilding Co. Ltd?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dekasteru tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22392 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’direct orders bid-dettalji ta’ kull direct order li ngħataw minn dawn l-entitajiet matul l-2014: (a) il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar; (b) MIMCOL; (ċ) MGI; (d) Projects Malta; (e) MITA; (f) MCA; (g) MGA; (h) Malta Enterprise; u (i) Malta Industrial Parks?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Dekasteru tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22396 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ direct orders bid-dettalji għal kull direct order li ngħata minn dawn l-entitajiet matul l-2015: (a) il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar; (b) MIMCOL; (ċ) MGI; (d) MITA; (e) KGT; (f) MCA; (g) MGA; (h) Malta Enterprise; (i) Malta Industrial Parks; u (j) Malta Freeport Corporation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ITS – proposti għal sit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22331, u jagħti lista ta’ min tefa’ l-proposta tiegħu għall-użu tas-sit tal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) u jgħid (b’mod ġenerali) x’kienet il-proposta ta’ kull min tefa’ l-offerta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22421, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine f’Marzu 2015 jinvolvix użu ta’ faċilitajiet jew proprjeta pubblika?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligu tal-Gvern huwa li jipprovdi direttament jew ma' parti terzi il-binja tal-iskola. Din l-iskola ser tkun mibnija viċin l-isptar ġenerali ta' Għawdex.

Servizzi elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ kemm-il darba intuża (jiġifieri ngħata s-servizz sħiħ u/jew ġiet eżekwita transazzjoni elettronika) kull servizz elettroniku li huwa fully-transaction based u jagħti din l-informazzjoni xahar b’xahar għas-snin 2014 u 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MIP – eviction notices

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maħruġa eviction notices mill-Malta Industrial Parks (MIP) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill Onor Interpellant li fis-sena 2012 ma kienx hemm evictions notices, fl-2013 u fl-2014 kien hemm erba’ rispettivament u fis-sena 2015 kien hemm 10 evictions notices.

MIP — evictions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twettqu evictions mill-Malta Industrial Parks (MIP) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill Onor Interpellant li fis-sena 2012 ma kienx hemm evictions, fl-2013 kien hemm tlieta, fl-2014 kien hemm erba’ u fis-sena 2015 kien hemm għaxar evictions.

Entitajiet — Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ direct orders bid-dettalji ta’ kull direct order li ngħataw minn dawn l-entitajiet bejn Ottubru 2015 u Frar 2016 a. Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar b. MIMCOL c. MGI d. MITA e. MCA f. MGA g. Malta Enterprise h. MIP i. KGT j. Malta Freeport Corporation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta Government Investment – Financial Statement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22367 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati tal-Malta Government Investment?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Gaming Authority – professional fees

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-ispejjeż li huma klassifikati bħala professional fees fil-Malta Gaming Authority għas-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull spiża jgħid: a. min irċieva l-pagament; b. x’kienu s-servizzi professjonali; c. min approva l-ispiża; u d. l-pagament kienx qed isir wara li min tħallas kien rebaħ tender jew intgħażilx b’mod dirett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Gaming Authority – Financial Statements

Question

B’referenza għall-Financial Statements tal-Malta Gaming Authority għas-sena 2014 li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 276, jista’ l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni għaliex inħass il-bżonn li titniżżel is-somma ta’ €3,300,000 bħala Provision for Claims kif indikat f’nota 8 tal-istess Financial Statements?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Gaming Authority għamlet provi¿joni ta’ €3.3 miljun fil-Financial Statements għas-sena 2014 bi qbil ma' l-awdituri tagħha Ernst & Young. Dan sabiex l-Awtorita' tapplika il-prinċipju tal-prudenza fil-kontijiet tagħha li għandu jiġi applikat f'ċirkostanzi simili skond International Accounting Standard 37 (IAS37). Il-'Provision for claims' saret fir-rigward ta' 'claims' minn individwi li qed jinsistu li baqgħu ma tħallsux ammonti dovuti lilhom mill-operaturi licenżjati mill-Awtorita' u qegħdin iżommu lill-Awtorita' responsabbli għal dan in-nuqqas. L-Awtorita' talbet parir legali fuq dawn il-każijiet.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – għoti ta’ kuntratt

Question

Għal kull entità u/jew Dipartiment u/jew Aġenzija li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’kull sena għas-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015, kemm kien hemm każijiet fejn persuna/kumpanija appellat minn xi deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise għandhiex mekkaniżmu ta’ moniteraġġ li jkejjel b’mod kostanti l-performance tal-esportazzjoni tal-azjendi ewlenin li jesportaw f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Research & Policy Review Unit (RPRU) ta’ Malta Enterprise tosserva u tanalizza b’mod regolari l-esportazzjoni ndustrijali ta’ Malta. Dan isir fuq livelli diversi: totali, settorjali kif ukoll fuq bażi ta’ azjendi ndividwali skont il-ħtieġa. L-RPRU tosserva u tanalizza ukoll varjabbli oħra li jindikaw l-istat ta’ saħħa tal-industrija ta’ Malta fuq il-livelli kollha msemmija, inkluż il-produzzjoni u l-impjiegi. Dawn il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ huma nkwadrati fl-isfond ta’ osservazzjoni u analiżi tal-ekonomija dinjija u l-ekonomija nazzjonali ta’ dawk il-pajjiżi lejn fejn Malta tesporta u minn fejn joriġina l-investiment dirett barrani f’Malta. L-RPRU tosserva u tanalizza ukoll il-performance ta’ dawk il-gruppi nternazzjonali li għandhom investimenti diretti f’Malta, b’attenzjoni partikolari fuq strateġiji ta’ mergers and acquisitions. L-RPRU tiffoka wkoll fuq issues li jiddeterminaw il-kompetittivita’ tal-esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi ndustrijali, inkluż per eżempju, fatturi loġistiċi. Ta’ min jinnota li sal-aħħar ta’ Marzu 2013 kien hemm biss persuna waħda responsabbli għar-ricerka fil-Malta Enterprise, u dan fuq bażi sporadika. Illum hemm sitt persuni full time u persuna part-time li jażdmu fuq riċerka, u dan skont programm ta’ xogħol ċar u sistematiku.
Leg 12 PQ #23932 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Kompetittività – importazzjoni ta’ prodott

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22338, jista’ l-Ministru jgħid jekk ikkonsultax mal-Kamra tal-Kummerċ u l-GRTU dwar din il-problema?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi jkollu diskussjonijiet regolari ma l-Imsieħba Soċjali, inkluż il-Kamra tal-Kummerċ u l-GRTU, fejn jiġu diskussi l-andament ġenerali u speċifiku tas-setturi tal-ekonomija.
Leg 12 PQ #23933 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji u entitajiet tal-Gvern — xoljiment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-kumpaniji u entitajiet kollha tal-Gvern li jinsabu fi stat ta’ xoljiment? Għal kull każ individwali, qed jintalbu d-dettalji segwenti: a) isem tal-kumpanija jew entità; b) id-data meta beda l-proċess ta’ xoljiment; c) l-istemm tal-istralċjatur; u d) kemm tħallsu flus lill-istralċjatur għal xogħlu/xogħlha?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #23934 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Malta Shipyards Limited – ingaġġ ta’ nies

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ kemm ġew ingaġġati nies mal-Malta Shipyards Limited mid-data ta’ xoljiment sal-31 ta’ Diċembru 2015 kemm bħala impjegati kif ukoll bħala kuntratturi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.