Skejjel Pubbliċi — statistika/rapporti dwar learning disabilities
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar statistika/rapporti riċenti b’rabta mal-learning disabilities fl-iskejjel pubbliċi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin (2006-2015) in-numru tat-tfal li jattendu fi skejjel pubbliċi u li ġew statemented minħabba learning disabilities huwa kif gej:
2006200720082009201020112012201320142015
249282262290297345280360241181
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi żdiedu fil-qasam tal-e-Health fis-snin 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2014 u s-sena 2015 sar xogħol estensiv sabiex is-servizzi e¿istenti fil-qasam tal-eHealth jibqgħu operattivi, dan għaliex is-sistemi kellhom jigu aġġornati għall-ħtiġijiet tal-lum. Uhud mis-servizzi li ¿diedu fis-snin 2014 u 2015 jinkludu:
-Servizzi ta’ informazzjoni offruti permezz tal-website tas-Saħħa;
-Skema ta’ kunsens sabiex pazjent jaghti aċċess għar-rekords tas-Saħħa lit-tabib tiegħu mill-myHealth
-Servizz elettroniku sabiex professjonisti tas-Saħħa jirrappurtaw lill-awtoritajiet tas-Saħħa tilqim li jagħtu lill-pazjenti;
-Servizz sabiex professjonisti miċ-Ċentri tas-Saħħa jkunu jistgħu jikkonsultaw l-Entitlement ta’ pazjent għal mediċini permezz tal-iSchedule V (pazjenti li ju¿aw il-POYC);
-Servizz ta’ applikazzjonijiet elettroniċi għal-liċenzji maħruġa mill-Healthcare Standards Directorate;
-Servizzi ta’ notifikazzjoni permezz tal-email u l-sms lid-donaturi tad-demm;
-Servizz ta’ assessjar online tar-riskju ta’ kanċer tas-sider ibba¿at fuq ‘Family History’;
-Servizzi ta’ sostenn elettroniku rigward dijanjożi, trattament u follow-ups lill-professjonisti tas-Saħħa fil-qasam tal-Onkoloġija.
-Servizzi ta’ sostenn elettroniku rigward programmi ta’ Screening għal kanċer tas-sider, Colorectal u Cervical;
-Servizzi ta’ sostenn għal Anticoagulation;
-Servizz ta’ informazzjoni rigward saħħa sesswali;
-Servizz ta’ e-Portfolio rigward sapport għall-training speċjalizzat għal tobba postgraduate;
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22433 jista’ l-Ministru jispeċifika x’servizzi se jingħataw mill-Isptar Boffa u meta se jibdew jingħataw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Isptar Sir Paul Boffa qed jilqa fih pazjenti minn Mater Dei li jkunu jinhtiegu kura fit-tul. F’Dicembru tas-sena l-ohra tlestiet l-ewwel fazi fejn sar trangar u tisbieh fis-swali u f’April ta’ din is-sena tlestiet ukoll it-tieni fazi ta’ dan il-progett. B’kollox hemm 51 persuna rikoverati f’Sir Paul Boffa.
Raħal Ġdid – proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Schreiber
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22434, peress li l-proġett tax-Schreiber issemma f’żewġ budgets ta’ dan il-Gvern, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se jippubblika l-pjanijiet tiegħu għal dan il-proġett?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment tas-sahha issottometta l-applikazzjoni ghal-fond Ewropej ghal progett tal- Paola Health Hub fis-6 ta’ April ta’ din is-sena
Regional Hub ta’ San Ġiljan – proġetti ta’ hubs tas-saħħa
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22435, peress li l-mistoqsija kienet dwar il-hub ta’ San Ġiljan u mhux iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-proġett tar-regional hub ta’ San Ġiljan ġiex imwaqqaf?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn jirrigwardja r-residenti tan- Northern Harbour District ta’ Malta, d-dipartiment tas-sahha ser ikun qed jipprovdi il-kura primarja mill-polikinika tal-Gzira. Ghal dan il-ghan fix-xhur li gejjin ser jithabbru pjanijiet tar-refurbishment estenziv li se jsir fic-centru ezistenti.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22378 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u jagħti rendikont tax-xogħol li sar s’issa mill-organizzazzjoni Trade Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi TradeMalta:
· bejn Lulju u Diċembru 2015 ipprovdiet assistenza lil 62 (tnejn u sittin) kumpanija;
· organiżżat 7
outbound
missions
;
· organiżżat żewġ
Doing Business Seminars;
· ħadet ħsieb tipproduċi studju settorali li fffoka fuq is-settur tal-ICT f’Malta.
TradeMalta għandha wkoll 2 programmi u skema miftuħin:
· Go Global – programm li jassisti esportaturi ġodda biex jidħlu fi swieq internazzjonali;
· Global Growth – programm kompettitiv għal esportaturi stabbiliti;
· Internationalisation Scheme – skema fejn kumpaniji jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jesebixxu f’fieri internazzjonali.
Simultanjament ma’ din il-ħidma qed isiru l-aħħar preparamenti fuq business delegations ġodda u qed issir ukoll ħidma biex TradeMalta tilqa’ delegazzjonijiet kummerċjali f’Malta. TradeMalta qed tara wkoll li tkun preżenti f’Trade Fairs Internazzjonali.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22425, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra liema partijiet tas-sit li kien oriġinarjament jagħmel parti mill-proġett tal-Maritime Hubli se jkun inkluż fil-ftehim mal-kumpanija magħżula?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant l-offerent preferut ser ikun qed jingħata l-proprjeta' kollha li kienet ħarġet fl-RFP.
Għawdex – Cruise liner terminal — privatizzazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22426, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed isiru n-negozjati li saret referenza għalihom fit-tweġiba?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dwar il-Cruise Liner Terminal f’Ghawdex, qed isiru diskussjonijiet preliminari ma’ Kala Marina Development Consortium, li kien l-uniku proponent li ssottometta proposta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22335 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u jagħti break down dettaljat tal-investimenti barranin (FDI) f’Malta fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 maqsuma skont is-setturi li fihom sar dan l-investiment?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22336 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u jagħti break down dettaljat tal-investiment kapitali lokali f’Malta fis-snin 2013, 2014 u 2015 maqsuma skont is-setturi li fihom sar dan l-investiment?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-introduzzjoni tal-Electronic Patient Record?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern huwa fil-proċess li japplika għal fondi mill-European Regional Development Fund (ERDF) sabiex fost l-ohrajn jimplimenta Electronic Patient Record fil-qasam tal-kura primarja u National Electronic Health Record li tintegra d-dettalji kliniċi tal-pazjenti minn diversi sistemi f’oqsma differenti tas-servizzi tas-saħħa.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ siringi li tqassmu b’xejn fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u fl-ewwel xahrejn tal-2016 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-kundizzjoni għalxiex tqassmu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghat-tabella ta’ hawn taht. Nirrimarka li waqt li l-maggoranza ta’ siringi jitqassmu lill-pazjenti li jbatu bid-diabete jew kundizzjonijiet medici ohra, numru minnhom jitqassmu lill-individwi li ghandhom problema ta’ abbuz mid-droga.
Numru ta' Siringi li tqassmu b'xejn:
2012
2013
2014
2015
2016 (Jannar/Frar)
1,696,204
1,630,112
1,578,196
1,834,244
276,224
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22421, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-obbligi tal-Gvern fil-ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine f’Marzu 2015?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22421, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-għanijiet u l-miri li l-Barts School of Medicine mistennija li tilħaq tramite l-ftehim iffirmat magħha f’Marzu 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ta’ Barts and the London School of Medicine (Queen Mary University London), huwa li titwaqqaf skola tal-mediċina ġewwa Għawdex immirat lejn is-suq barrani.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22422, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ġew iffirmati agreements li saret referenza għalihom fit-tweġiba?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-ftehim li sar f’Marzu 2015 ma’ Barts and the London School of Medicine and Dentistry (Queen Mary University of London), komplew jitfasslu arranġamenti kontrattwali ma’ l-Universita ta' Malta (Fakulta tal-Mediċina u Kirurġija) mal-M.A.M., l-M.U.M.N. u unions oħra, mal-Kunsill Mediku u mal-Foundation' Programme. Dawn l-arraġamenti huma parti mit-tħejjija għal qafas istituzzjonali meħtieġ għall-funzjonar effettiv ta’ l-iskola ta’ Mediċina ta’ Barts ġewwa Għawdex.
Sadanittant il-preparamenti għal bini tal-iskola ġewwa Għawdex mexjin skond il-pjan. Ta’ min jinnota wkoll li sadanittant Barts u l-Universita ta’ Malta diġa bdew jikkoperaw fil-qasam tar-riċerka permezz ta’ simposja konġunti bil-għan li xjentisti miż-żewġ istituzzjonijiet jiffarmiljarizzaw ruħhom max-xogħol ta’ riċerka biex jippjanaw programmi flimkien. S’issa saret laqgħa xjentifika bl-isem
Comparing Research Agendas in Oncology
fil-23 ta’ Novembru 2015. Hemm laqgħa oħra pjanata għat- 2 ta’ Ġunju bl-isem
Haematological Diseases: from Genes to Innovative Targets and Therapies
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22423, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba mingħajr ma jsemmi l-isem tal-kumpaniji rispettivi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22424, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba mingħajr ma jsemmi l-isem tal-kumpaniji rispettivi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22368 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati tal-Malta Investment Management Company Limited (MIMCOL)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.