Legislature:
Category:
Reset
Active:

Electronic Payment Gateway — transazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru transazzjonijiet minn fuq l-electronic payment gateway tal-Gvern u għalkemm kienu jammontaw globalment fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Servizzi elettroniċi fully transaction based

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ servizzi elettroniċi fully transaction based li huma operazzjonali llum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Servizzi elettroniċi fully transaction based

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ servizzi elettroniċi fully transaction based li se jidħlu fis-seħħ sal-aħħar tal-2016 u għal kull servizz jagħti d-data indikattiva meta dan se jibda jopera?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MCAST – korsijiet tal-ICT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti f’korsijiet tal-Information and Communications Technology (ICT) mill-MCAST fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Provdituri edukattivi privati – korsijiet tal-ICT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti f’korsijiet tal-Information and Communications Technology (ICT) mill-provdituri edukattivi privati fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla bdiet il-ġbir tad-data dwar gradwati mis-sena akkademika 2014/2015. In-numru ta' gradwati fil-programmi fil-qasam tal-Information and Communication Technology (ICT) fis-sena akkademika 2014/2015 kien 915. L-isem tal-korsijiet u n-numru ta' gradwati għal kull kors huma kif muri fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista tinkludi l-korsijiet kollha offruti mill-provdituri edukattivi privati fis-sena akkademika 2014/2015. Dan ifisser li din il-lista tal-korsijiet tinkludi korsijiet akkreditati kif ukoll korsijiet mhux akkreditati mal-NCFHE. Din il-lista tinkludi wkoll korsijiet li huma kwalifiki kif ukoll korsijiet li huma ‘short course s’ .

Skejjel primarji u sekondarji – tagħlim ta’ coding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qiegħed jikkunsidra li jdaħħal aktar tagħlim ta’ coding fil-livelli primarji u sekondarji sabiex l-istudenti jkollhom aktar apprezzament ta’ kif effettivament taħdem it-teknoloġija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ilu għal dawn l-aħħar tlett snin jaħdem bis-sħiħ u jagħmel riċerka biex jiżdied it-tagħlim ta' coding li hemm attwalment fil-livell kemm primarju u sekondarju. Fil-livell primarju, l-istudenti għandhom bosta riżorsi bħal ”Beebots” u “Probots” f'kull klassi, filwaqt li għandhom ukoll aċċess għal-Lego WeDo kits. Dawn kollha jservu biex isir tagħlim ta' coding f'livell primarju permezz ta' metodu ta’ tagħlim kross-kurrikulari. Jiġifieri l-għalliema jkunu qed jinvolvu l-coding f'suġġetti bħal matematika, letteratura, etc. F'livell sekondarju il-coding bħalissa jkompli fid-disa’ sena permezz tas-suġġetti fakultattivi, fejn l-għażla hija f'idejn l-istudent. Dawn huma Computing u IT VET. Wara riċerka li saret fis-sena 2014 bl-isem “Computing as a core competency” ġie deċiż li għandu jkun hemm aktar enfażi fuq dan it-taħriġ. Fil-fatt, tħaddnu proposti li ser jibdew jidħlu fis-seħħ permezz tal-introduzzjoni tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim. Dawn it-tibdiliet fil-qosor huma: l-introduzzjoni ta' kisbiet speċifiċi għal-livell primarju b'forma ta' tagħlim kross-kurrikulari, l-introduzzjoni ta' suġġett ġdid minflok l-ICT attwali fil-livell sekondarju li jmur lil hinn mill-ECDL u jagħti taħriġ li huwa mmirat sabiex jipprovdi l-ħiliet tas-seklu 21 għall-istudenti biex ikunu jistgħu jaħdmu u jgħixu fid-dinja diġitali ta’ għada. Id-Dipartiment tal-Elearning għadu wkoll kemm għamel investiment f'xiri ta’ Lego WeDo kits biex ikun hemm din ir-riżorsa wkoll f'kull klassi tal-primarja. Dan imur id f'id mal-avvenimenti kontinwi nazzjonali li jorganizza l-Ministeru, bħal Hour of Code li saret f'Diċembru tal-2015 li introduċiet il-coding f'kull skola f'Malta u Għawdex u ħadu sehem fiha aktar minn erbat elef student. Permezz ta' “Technology Clubs” li qed isiru darba fil-ġimgħa, it-tim tal-Computing u ICT jħaddmu technology club fejn issir siegħa coding, siegħa robotika u siegħa diskussjoni fuq teknoloġija u karrieri tat-teknoloġija.
Leg 12 PQ #24053 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CDAU — assessments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru assessments miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u jagħti din l-informazzjoni skont it-tip ta’ assessments li saru maqsumin skont l-etajiet tat-tfal?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015 saru 3564 assessment gewwa Child Development Assessment Unit (CDAU). Dawn l-assessments kienu kollha kazijiet godda. Is-servizzi ta’ assessjar fis-CDAU jinkludu dawk Mediċi/Pedjatriċi, dawk ta’ Psikologu, assessjar mis-Speech Therapist, Occupational Therapist u Physiotherapist. Nirrimarka li matul dawn l-ahhar snin, lis-stennija sabiex il-professjonisti jaraw lil-pazjenti taghhom fi hdan ic-CDAU naqqset drastikament. Fost dawn insemmu s-servizz tal-Psikologi, li minn stennija ta’ 18 il-xahar fis-sena 2013, illum hija ta’ madwar 7 gimghat. It-tabella ta’ hawn taht turi l-eta’ u l-ammont ta’tfal li ghamlu assessment Mediku/Pedjatriku: Eta' Ammont ta' tfal 1 28 2 37 3 110 4 151 5 74 6 62 7 66 8 66 9 18 10 43 11 20 12 14 13 4 14 6 15 3 16 2
Leg 12 PQ #24054 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CDAU — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jagħti ċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jagħti servizzi prinċipalment ta’ assessjar ta’ tfal li jippreżentaw b’nuqqasijiet fl-iżvilupp bikri tagħhom jiġifieri preżentazzjonijiet hekk imsejħa neurodevelopmental. Dawn ivarjaw minn preżentazzjonijiet bażikament mediċi bħal Down Syndrome, Cerebral Palsy, Spina bifida eċċ; imġibiet assoċjati ma nuqqas ta’ attenzjoni u attivita żejda (ADHD); nuqqas ta’ żvilupp fil-komunikazzjoni soċjali u fl-interess li wieħed jingaġġa ma dawk ta’ madwaru (social interaction), tfal fi ħdan il-firxa wisgħa ta’ awtiżmu (Autism Spectrum); nuqqas fl-iżvilupp tad-diskors u l-lingwa, fl-iżvilupp tal-koordinament fiżiku u mixi, jew nuqqas ta’ żvilupp globali. Ħafna tfal jippreżentaw b’diffikultajiet ta’ tagħlim, assoċjati ma’ dawn l-istess preżentazzjonijiet mediċi kif ukoll diffikultajiet aktar speċifiċi u iżolati fil-qari u fil-kitba. Is-servizz mediku u pedjatriku jinvolvi assessjar holistiku u jipprovdi direzzjoni kemm għas-servizzi assoċjati mas-CDAU msemmijja hawn fuq, kif ukoll għal servizzi oħra mediċi li jkun indikati mill-kliniċi tal-Outpatients l-isptar Mater Dei tal-paediatric neurology, tal-genetics, orthopaedic, paediatric surgery u oħrajn, kif ukoll għas-servizzi mic-Children and Young People Services (CYPS) fejn ikun hemm diffikultajiet li jinħtieġu aktar sapport kontinwu ta’ psikologisti u psikjatri tat-tfal. Barra dan is-servizz tal-assessjar, il-familji ta’ dawn it-tfal jigu referuti għas-servizzi ta’ terapija u interventi edukattivi bikrija, kif ukoll għas-servizzi ta’ sapport soċjali. Ir-rapporti li jiġu provduti mis-CDAU jgħinu biex it-tfal jiġu assessjati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni permezz tal-iStatementing Moderating Panel u jiġu provduti b’sapport adekwat fl-iskejjel.
Leg 12 PQ #24055 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CDAU – rendikont tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li twettaq miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) fl-2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella ta’ hawn taħt, filwaqt li nirrimarka li n-numru totali ta’ każijiet huwa ta’ 32,222 għas-sena 2015. Dawn jinkludu kemm każijiet ġodda (new cases) u kif ukoll follow-ups fi ħdan id-dipartimenti tac-CDAU: Każijiet għas-sena 2015: Numru totali ta’ każijiet: (kemm ġodda u kif ukoll follow-ups ) Mediku 2270 Psikologiku 739 Speech Therapy 447 Occupational Therapy 22,124 Physiotherapy 6642

Proċess biex jiġi identifikat li tifel/tifla għandu learning disability

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhu l-proċess li permezz tiegħu jiġi identifikat li tifel/tifla għandu learning disability u x’inhu l-proċess stabbilit li jidħol fis-seħħ meta ssir id-dijanjosi rispettiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta l-ġenituri jew l-għalliema jinnotaw li tifel/tifla għandhom diffikultajiet, dawn jirreferuhom lill-iSchools Psychological Services (SPS) jew is-CDAU, sakemm il-ġenituri ma jkunux iridu jagħmlu użu minn servizzi privati. Hemm it-tifel/tifla jiġu assessjati biex il-problema tiġi identifikata u jinbena pjan ta’ azzjoni kif it-tifel/tifla jistgħu jiġu megħjuna. Fost is-servizzi disponibbli hemm il-psycho-social teams fil-Kulleġġi u għalliema speċjalizzati. F’każijiet oħra is-sapport ta’ LSA jista’ jigi indikat wara li l-każ tat-tifel/tifla jkun tressaq quddiem l-iStatementing Board.

Learning Disability — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li joffri l-Gvern fir-rigward ta’ tfal li għandhom jew jista’ jkollhom learning disability?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi offruti mill-Gvern mid-Dipartiment Servizzi għall-Istudent fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi huma dawn li ġejjin: Early Intervention Service, Schools Psychological Service (SPS), Access Communication Technology Unit (ACTU) u Autism Spectrum Support Team (ASST).

Tfal li għandhom LSA fi skejjel pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal fi skejjel pubbliċi li għandhom Learning Support Assistant (LSA) fuq bażi individwali u jaqsam din l-informazzjoni skola b’skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija inkluża fit-tabelli li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24356.

Skejjel pubbliċi – LSA — tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal fi skejjel pubbliċi li għandhom Learning Support Assistant (LSA) fuq bażi shared u jaqsam din l-informazzjoni skola b’skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija inkluża fit-tabelli li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24356.

Programmi/inizjattivi għal tfal b’learning disability

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi/inizjattivi qed jagħmel il-Gvern biex jgħin lil dawk il-familji li jkollhom tfal b’learning disability?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent jingħataw dawn is-servizzi: Early Intervention Service, Schools Psychological Service (SPS), Access Communication Technology Unit (ACTU) u Autism Spectrum Support Team (ASST). Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol juża wkoll is-servizzi ta’ NGOs (Inspire u Equal Partners) biex, bil-programmi tagħhom, ikunu jistgħu jgħinu u jagħtu sapport lil dawn it-tfal u l-familji tagħhom. Dawn is-servizzi huma intiżi biex jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ tfal b’diżabbiltà li jattendu fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti (inkluż iċ-Ċentri ta’ Riżorsa). L-għan ġenerali tas-servizz huwa li jipprovdi approċċ ħolistiku li jinkludi kemm lill-individwu kif ukoll il-familja tiegħu/tagħha b’mod sistematiku u integrat, biex b’hekk tiġi żgurata l-inklużjoni sħiħa fl-iskejjel u fil-komunità.

Università ta’ Malta – korsijiet tal-ICT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti f’korsijiet tal-Information and Communications Technology (ICT) mill-Università ta’ Malta fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi bin-numri ta’ studenti fl-Università ta’ Malta li ggradwaw fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, kemm mill-Fakultà tal-Information and Communication Technology (ICT) (Tabella 1), kif ukoll minn fakultajiet u istituti oħra u li kellhom qasam ta’ studju fl-ICT jew qasam simili (Tabella 2).
Leg 12 PQ #23974 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Project Malta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22429 fejn il-mistoqsija kienet biex jippubblika l-aħħar sett ta’ Financial Statements ta’ Projects Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija pubblika.
Leg 12 PQ #23975 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemed – Financial Statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22430 fejn il-mistoqsija kienet biex jippubblika l-aħħar sett ta’ Financial Statements tal-Enemed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22430 (tnejn u għoxrin elf, erba’ mija u tletin).
Leg 12 PQ #23976 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – Ġenerazzjoni tal-Elettriku — spiża

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża (per Kwh) tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-Enemalta fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt informat mill-kumpanija EneMalta plc li l-informazzjoni li qed tintalab għandha valur kummerċjali, u skont il-prassi tal-istess kumpanija fl-aħħar snin, din l-informazzjoni ma kenitx issir pubblika. Is-sitwazzjoni ma nbidlitx.
Leg 12 PQ #23977 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet ta’ Għawdex u San Luqa – proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22428 fejn it-terminu “kummerċjalizzazzjoni” jfisser il-proġett tal-Gvern li permezz tiegħu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech se jitmexxew mis-settur privat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-process wasal fil-fazi ta’ Transition Planning.
Leg 12 PQ #23984 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

ITS – proposti għal sit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22331, u jagħti lista ta’ min tefa’ l-proposta tiegħu għall-użu tas-sit tal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) u jgħid (b’mod ġenerali) x’kienet il-proposta ta’ kull min tefa’ l-offerta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.