Legislature:
Category:
Reset
Active:

FDI – Qasam tal-Life Sciences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ Investiment Dirett Barrani (FDI) fil-qasam tal-Life Sciences fl-2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015, l-investiment dirett barrani (FDI) f'pajjiżna fil-qasam tal-Life Sciences, hekk kif ippjanat abbażi ta' proġetti li fuqhom il-Malta Enterprise approvat assistenza matul il-perjodu 2013-2015, jammonta għal €25,741,775. Dawn jinkludu kumpaniji tal-farmaċewtika u 'medical devices'. Apparti dan l-investiment, matul is-sena 2015, il-Malta Enterprise approvat ħames proġetti ġodda b'investiment barrani fis-settur tal-Life Sciences li se jkunu qegħdin joperaw mill-Life Sciences Centre u li bejniethom mistennija li jwettqu investiment ta' iktar minn seba’ miljun ewro fuq perjodu ta' tlett snin li ġejjin. Iktar proġetti f'dan il-qasam mistennija jiġu approvati matul din is-sena.
Leg 12 PQ #24076 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Multilateral Trading Facility – termini fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex min jinvesti fil-Multilateral Trading Facility bl-isem Prospects mhux se jkollu t-termini fiskali li huma applikabbli fil-każ ta’investiment fil-listing prinċipali tal-Borża ta’ Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa, il-Borża ippreparat numru ta benefiċċji fiskali applikabbli sew għal dawk il-kumpaniji, kif ukoll għall-investituri fil-każ ta investimenti f’titoli ammessi fuq Prospects. Dawn qed jiġu studjati u evalwati sabiex wieħed ikun ċert li ma jiksrux ir-regoli ta l-State Aid.
Leg 12 PQ #24077 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Multilateral Trading Facility — konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-konsultazzjoni li saret mill-Gvern qabel ma daħal fis-seħħ il-Multilateral Trading Facility bl-isem Prospects?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-regoli ta Prospects ġew imfassla wara stħarriġ li sar mil-Borża permezz ta survey, kif ukoll laqgħat individwali ma numru ta SME’s (madwar 70), li wrew interess fil-proposta tal-Borża biex isir suq li jindirizza l-bżonnijiet tagħhom. Barra mil-SME’s il-Borża kellha wkoll laqgħat u bagħtet ir-Regoli għal kummenti tagħhom lil numru ta entitajiet li ndikaw l-interess tagħhom li jkunu Corporate Advisors. Fl-istess waqt, il-Borża wkoll iddiskutiet dan is-suq il-ġdid matul laqgħat li kellha mal-College of Member Firms. Il-Borża ukoll ħarset lejn numru ta swieq oħra simili li diġa kienu joperaw f’pajjiżi oħra kif ukoll ħarset lejn id-Direttivi Ewropej relevanti li japplikaw għal dawn it-tip ta swieq. Ir-Regoli ta Prospects ġew approvati mir-Regolatur Finanzjarju kif inhu meħtieġ mil-Financial Market Rules, wara s-sottomessjoni ta diversi drafts u wara li –Regulatur kien sodissfat li-Regoli ta Prospects kienu jissodisfaw id-Direttivi ta l-EU relevanti.
Leg 12 PQ #24078 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Tax Credits lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’tax credits lill-kumpaniji mill-2004 sal-2015, sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Kunsill Lokali Belt Valletta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23878 u jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mhuwiex f’pożizzjoni li jiffinalizza l-Financial Statements tiegħu u x’ser jagħmel il-Gvern biex isolvi din is-sitwazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Malta Industrial Parks – spazji industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispazji industrijali kollha li l-Malta Industrial Parks qed tippjana li żżid fis-snin 2016, 2017 u 2018?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala indikazzjoni u fuq informazzjoni tal-passat, l-MIP ser iżid dawn l-ispazji kull sena: Ready Built Factory Space - Bejn 25-30 unit ta' circa 1,000/sq mt kull waħda Lease of Land Area - Bejn 10-15 land area ta' bejn 1500 -2500 sq mt. Barra minn dawn ikun hemm bżonn li jiġu allokati spazji għal proġetti ta' ħafna aktar kobor minn dawn. Fost dawn jista' jkun hemm espansjonijiet u proġetti kbar oħra.

FDI – analiżi tal-investiment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra analiżi tal-Investiment Dirett Barrani (FDI) f’pajjiżna fl-2015 u jaqsam ir-riżultati skont is-setturi rispettivi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qasam tal-E-Commerce – programmi u inizzjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi/inizjattivi ttieħdu biex l-intrapriżi żgħar ikunu aktar attivi fil-qasam tal-e-commerce u jgħid ukoll kemm investa l-Gvern għal dan il-għan fis-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Fintech — stabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel b’mod tanġibbli l-Gvern biex jistabbilixxi u jkattar l-qasam tal-FinTech f’pajjiżna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, kienet ittieħdet inizjattiva biex din il-linja ta’ industrija ġdida fis-servizzi finanzjarji, Malta tibda tibbenifika minnha. Kien għalhekk li ltqajna ma’ diversi setturi u stakeholders differenti li spjegawlna l-importanza li nindirizzaw dan it-tip ta’ invewstiment ġdid anki mill-aspett tal-qasam leġiżlattiv. Kienet bdiet konsultazzjoni wiesgħa ma’ persuni differenti li potenzjalment setgħu jikkontribwixxu biex naslu li f’pajjiżna jkollna qasam leġiżlattiv li jkun robust biżżejjed għal din l-industrija u sussegwentement inkattru l-opportunitajiet tagħna fejn jidħlu opportunitajiet fl-ICT u servizzi finanzjarji li huma pilastri ewlenin tal-ekonomija tal-pajjiż.

Abbozz ta’ Liġi dwar l-Intrapriża Soċjali — diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Intrapriża Soċjali u jgħid ukoll jekk u meta se jitressaq għad-diskussjoni fil-Parlament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li L-Abozz tal-Liġi dwar l-Intrapriżi Soċjali kien ippubblikat f’white paper. Tul dawn l-aħħar xhur kien qed issir ravizzjoni tal-feedback li wasal lura minn dan il-konsultazzjoni mal-pubbliku u issiru l-ammendi neċessarji fl-abozz ta’ dawk ir-rakkomondazzjonijiet li setgħu jiġu integrati fl-abozz. Illi l-abbozz finali qiegħed jiġi konkluz minnufih u fit-tmiem ta’ dan l- eżerċizzju ser jitressaq il-Kabinett għall-approvazzjoni sabiex il-abozz jitressaq il-Parlament.
Leg 12 PQ #24056 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CDAU – budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-budget taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) għall-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget tac-CDAU għal din is-sena huwa ta’ €555,560.00 filwaqt li dak għas-sena 2015 kien €527,103.33.
Leg 12 PQ #24057 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CDAU — complement

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement approvat taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u dak eżistenti llum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 46 impjegat jaħdem fi ħdan ic-CDAU. Il- Project Complement dejjem jista’ jvarja skont l-iżvilupp tas-servizz u servizzi ġodda li jkun hemm pjanat u skont il-ħtiġijiet u eżiġenzi tal-pajjiż.