Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-kumpaniji/ entitajiet reġistrati li joffru servizz ta’ courier service huma aġenziji lokali ta’ ISOs (International Services Providers)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ir-reġistru ta’ entitajiet awtorizzati li joffru servizzi postali huwa disponibbli fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fuq dan l-indirizz: http://www.mca.org.mt/sites/default/files/pageattachments/2016.03.10%20Register%20-%20Postal.pdf . Dawn l-entitajiet ma jeħtieġu ebda awtorizzazzjoni speċifika oħra sabiex jirrappreżentaw ISOs. Mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità, ħmistax minn dawn l-entitajiet awtorizzati għandhom imsieħba internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ siti li l-Environmental Landscapes Consortium Ltd (ELC) hija nkarigata li tieħu ħsieb u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit; u
c. fiex jikkonsisti (bħal
roundabout
, ġnien, masġar, eċċ.)
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas annwali li l-Gvern iħallas lill-Environmental Landscapes Consortium Ltd (ELC) u jagħti break down ta’ kif inhuma maqsuma l-ħlasijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget annwali jvarja minn sena għal sena. L-allokazzjoni għas-sena 2016 hija ta’ €9,050,000. Il-ħlasijiet dovuti jitħallsu wara ċertifikazzjoni mill-MELP f’pagamenti mensili.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti ta’ ħolqien ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi ġodda li twettqu mill-Gvern mill-2013 ‘il hawn u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit;
c. kemm sewa l-
embellishment
; u
d. kif tħallas?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Tweġiba
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, proġetti ta’ ħolqien ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi ġodda, illi twettqu mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu jinkludu:
Proġett 1
a.
Attrazzjoni turistika fil-ponta tal-Qawra li tinkludi f’akkwarju għall-publiku, estensjoni tal-promenade, ħolqien ta’ pjazza u faċilitajiet oħra
b.
Madwar 3,600 kilometru
c.
Madwar €15.35 miljun u l-pjazza ta’ San Pawl ġiet tiswa madwar €900,000
d.
Dan il-proġett sar fuq bazi ta’ PPP mal privat u €8.85 miljun mill-proġett ħarġu minn fondi Ewropej u ġew investiti aktar minn €6.5 miljun mill-kuntrattur privat
Proġett 2
a.
Walking/Cycle Track li tgħaqqad lill-Pembroke mat-Torri tal-Madliena
b.
Madwar 2,500 kilometru
c.
€500,000
d.
Dan il-proġett kien ko-finanzjat mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropeja
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti ta’ embellishment ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi ġodda li twettqu mill-Gvern mill-2013 ‘il hawn u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit;
c. kemm sewa l-
embellishment
; u
d. kif tħallas?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, proġetti ta’ embellishment ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi ġodda, illi twettqu mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu jinkludu:
Proġett 1
a.Estensjoni u tisbiħ tal-promenade ta’ San Pawl il-Baħar, li jikkonsisti f’tisbiħ ta’ belvedere ġewwa Triq San Publiju, tisbiħ ta’ passaġġ li qiegħed viċin il-Menqa ta’ San Pawl il-Baħar, kif ukoll tisbiħ ta’ belvedere fi Triq il-Luzzu
b.Il-belvedere ġewwa Triq San Publiju hija ta’ madwar 200 metru kwadru, it-tisbiħ ta’ passaġġ viċin il-Menqa huwa ta’ madwar 600 metru kwadru, waqt li t-tisbiħ tal-belvedere fit-Triq il –Luzzu huwa ta’ madwar 200 metru kwadru
c.Flimkien mall-Kunsill Lokali u l-Ministeru tat-Turiżmu, l-MTA ser tkun qed tinvesti €150,000
d.Dawn il-proġetti ser ikunu mħallsa minn fondi tal-Gvern Lokali
Proġett 2
a.Ħlantun (EAFRD) l/o Żurrieq/Safi
b.3,552 metru kwadru
c.€500,380
d.EU Funding (€336,995) waqt li l-kumplament mill-fondi ta’ l-MTA
Proġett 3
a.Maqluba (EAFRD) Misraħ Maqluba, Pjazza San Mattew, Qrendi
b.3,562 metru kwadru
c.€464,342
d.EU Funding (€338,818) waqt li l-kumplament mill-fondi ta’ l-MTA
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi kummerċjali reġistrati f’Malta u jaqsam l-informazzjoni skont it-tip ta’ vettura?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li sa’ l-aħħar ta’ Marzu 2016, l-ammont ta’ vetturi kummerċjali rreġistrati f’Malta kien ta’ 47,697 li jinqasam hekk:
Goods Carrying Vehicles
Special Purpose Vehicles
Road Tractors
43,137
3,448
1,112
Żvilupp fil-Belt Valletta – permessi maħruġa mill-MEPA
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23888 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ permessi li nħarġu mill-MEPA għal żvilupp fil-Belt Valletta fl-2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra
Il-Belt Valletta – stabbilimenti ta’ divertiment u bars
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23889 u jaġġorna l-informazzjoni mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 22320 dwar stabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li joperaw tali attivitajiet fil-Belt Valletta sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet, Full Development Applications, li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati ma’ stabbilimenti ta’ divertiment u bars fil-Belt Valletta wara li ngħatat it-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari nru 22320.
B’referenza għall-ftehim imħabbar illum jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li permezz tiegħu qiegħed jgħaddi s-sit tal-Marsa Shipbuilding lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hux ser tiġi stabbilita xi forma ta’ Free Zone fil-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex ser tkun tikkonsisti u kif ser tkun regolata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti ta’ ħolqien ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi ġodda li twettqu mill-Gvern mill-2013 ‘il hawn u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit;
c. kemm sewa l-
embellishment
; u
d. kif tħallas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward proġetti ta’ ħolqien ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti ta’ embellishment ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi ġodda li twettqu mill-Gvern mill-2013 ‘il hawn u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit;
c. kemm sewa l-
embellishment
; u
d. kif tħallas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward proġetti ta’ embellishment ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti ta’ playgrounds pubbliċi li twettqu mill-Gvern mill-2013 ‘il hawn u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit;
c. kemm sewa l-
embellishment
; u
d. kif tħallas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward proġetti ta’ playgrounds mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23879 u jgħid kemm minn dawk l-applikanti li applikaw għall-Individual Investor Programme (IIP) u waslu fl-istadju li ddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account:
a. xtraw proprjetà skont il-parametri tal-iskema tal-IIP?
b. krew proprjetà skont il-parametri tal-iskema tal-IIP?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma li Onor. Interpellant illi sat-30 t’April 2016 kien hemm 143–il applikant illi lestew il-proċess kollu b’suċċess.
Minn dawn kien hemm 116-il applikant illi krew propjeta’ b’investiment totali ta’ €12,245,835.88 fuq perjodu ta’ 5 snin filwaqt illi kien hemm 27-il applikant li xtraw propjeta’ b’investiment totali ta’ €25,475,744.41.
Dan kollu jawgura tajjeb għal iktar tkabbir tal-ekonomija Maltija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23880 u jgħid kemm minn dawk l-applikanti li applikaw għall-Individual Investor Programme (IIP) u waslu fl-istadju li jiddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account, waqqfu kumpanija f'pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi kien hemm 23-il applikant illi fetħu kumpanija f’Malta. L-ammont ta’ kumpaniji jammontaw għal 27. Ta’ min jikjarifika illi dawn huma biss il-kumpaniji illi l-Agenzija Identity Malta ġiet infurmata dwarhom u m'huwiex eskluż li hemm kumpaniji oħra li twaqqfu iżda li l-Aġenżija ma ġietx informata dwarhom.
IIP Account — kontribuzzjonijiet lil għaqdiet filantropiċi/NGOs
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23881 u peress li uffiċjali għolja ta’ Identity Malta kienu stqarrew li wieħed mill-parametri li fuqhom tiġi determinata l-applikazzjoni ta’ min japplika għall-Individual Investor Programme (IIP) hija kontribut lejn għaqdiet filantropiċi/NGOs/organizzazzjonijiet simili, mingħajr ma’ neċessarjament jagħti l-isem tal-applikant, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet li saru jew ġew kommessi minn dawk l-applikanti li waslu fl-istadju li ddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi minn meta beda l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment sat-30 t’April 2016, kien hemm 68-il għotja illi ngħatat lil għaqdiet filantropiċi/NGOs jew organizazzjonijiet simili, b’total globali ta’ €791,900.
Dawn huma għotjiet li l-Aġenzija Identity Malta ġiet informata dwarhom. M'huwiex eskluż li kien hemm għotjiet oħra li saru u l-Aġenzija ma ġietx informata dwarhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23882 u jinforma meta saru l-laqgħat tal-komunità fil-lokalitajiet kollha fis-snin 2014 u 2015? Għal kull laqgħa jista’ jgħid kif kienu infurmati r-residenti u kemm attendew?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23883 u jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP) minn meta beda jitħaddem il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont il-pajjiżi li tagħhom l-applikanti huma ċittadini?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li sat-18 ta Marzu 2016 Identity Malta rċeviet 1128-il applikazzjoni għal-residenza li minnhom kien hemm 610-il applikazzjoni li komplew għaċ-ċittadinanza.
Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant illi Identity Malta tgħaddi lir-Regolatur informazzjoni dwar dawn l-applikazzjonijiet skont kif trid il-liġi. Ir-Regolatur huwa mbagħad obbligat jippubblika rapport dwar l-operat ta' Identity Malta, għal darb' oħra skont kif trid il-liġi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23884 u jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP) minn meta beda jitħaddem il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont f’liema stadju ta’ proċessar waslu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi mill-bidu tal-progamm fis-sena 2014, sal-aħħar ta’April 2016, l-Aġenzija Identity Malta, irċiviet applikazzjonijiet skont kif indikati fit-tabella t’hawn taħt:
Fażi
Ammont
1. Applikazzjonijiet għal residenza
1208
2. Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza
667
3. Applikazzjonijiet li ġew approvati
274
4. Applikazzjonijiet li ġew rifjutati
84
5. Applikazzjonijiet li għadhom għaddejjin minn fażi ta’ skrutinju
328
6. Applikazzjonijiet li lestew il-proċess kollu u ħadu ċ-ċittadinanza
143
Ta’ min wieħed jikjarifika d-differenza bejn l-ammont ta’ applikazzjonjiet li lestew il-proċess kollu b’suċċess (143) imsemmija fit-tabella t’hawn fuq u l-ammont imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari numru 23677 li kien jammont ghal 54-il applikazzjoni.
L-ammont imsemmi fit-tabella t’hawn fuq jinkorpora l-ammont sa mill-bidu tal-programm filwaqt illi l-ammont imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari 23677 jinkludi biss applikazzjonijiet li l-Aġenzija irċeviet matul is-sena 2015.