Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25899 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Marsa – Triq il-Ħaddiema – twaħħil ta’ street lights

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex pjan li twaħħal lampi (street lights) fi Triq il-Ħaddiema fil-Marsa matul is-sena 2016? Jekk iva, meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Enemalta hija responsabbli biss mill-konessjoni tal-lampi mas-sistema tad-distribuzzjoni wara li jkunu jew installati mill-awtoritajiet kompetenti.

Il-Marsa – Triq il-Ħaddiema – twaħħil ta’ street lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Marsa għandux pjan li jwaħħal lampi (street lights) fi Triq il-Ħaddiema fil-Marsa matul is-sena 2016? Jekk iva, meta?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kunsilli Lokali joperaw b’mod awtonomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess Kunsilli Lokali. ċId-domanda tal-Onor Interpellant tirrigwardja l-operat ta’ Kunsill Lokali partikolari u mhux tad-dekasteru tiegħi

Liċenzji ta’ burdnara — operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi li għandhom liċenzja ta’ burdnara?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni jew impriżi illi għandhom liċenzja t’operatur għall-ġarr stradali ta’ merkanzija huwa kif ġej: Liċenzja ta’ Operatur għall-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija f’Malta - 34 Liċenzja ta’ Operatur għall-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija fil-Komunità - 50

Road Transport – Certificate of Professional Competence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi lokali li għandhom Certificate of Professional Competence u li għalhekk jistgħu joperaw servizz ta’ road transport fuq il-kontinent?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru t’operaturi u sewwieqa ta’ vetturi tal-ġarr ta’ merkanzija illi għandhom Ċertifikat ta’ Kompetenza Professjonali huwa kif ġej: Ċertifikat ta’ Kompetenza Professjonali fit-Trasport Stradali tal-Merkanzija f’Malta - 114 Ċertifikat ta’ Kompetenza Professjonali fit-Trasport Stradali tal-Merkanzija fil-Komunità - 80 Ċertifikat ta’ Kompetenza Professjonali għas-Sewwieqa ta’ Vetturi tal-Ġarr ta’ Merkanzija fil-Komunità - 3,359

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – entitajiet – ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b’sena mill-2013 ‘l hawn u jgħid f’liema gradi ġew ingaġġati u jekk ġewx ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – entitajiet – tnaqqis ta’ carbon footprint

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu mill-entitajiet li jaqgħu fil-Ministeru tiegħu biex jitnaqqas il-carbon footprint tal-operat tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet dawn l-inizzjattivi sabiex jitnaqqas il-carbon footprint fl-operat: - Fis-sena 2014 ġiet installata photovoltaic plant fuq l-uffiċini tal-Awtorita’ ġewwa l-Marsa fuq spazju ta’ 1,290m2 ta’ PV panels . Permezz ta’ din is-sistema qed jiġu ffrankati 165 tunnellata ta’ gass CO2 fis-sena; - F’Ġunju 2014 bdew jintużaw tlettax-il vettura tal-elettriku bħala parti mill-flotta tal-Awtorita’. Permezz ta’ dawn il-karozzi qed jiġu ffrankati 20.99 tunnellati ta’ gass CO2 fis-sena. Il-Grand Harbour Regeneration Corporation tagħmel użu minn photovoltaic plant li jinsab fuq l-uffiċini tagħha ġewwa l-Furjana. Permezz ta’ din is-sistema qed jiġu ffrankati 20 tunnellata ta’ gass CO2 fis-sena;

Servizz ta’ trasport pubbliku – puntwalità — statistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar kemm is-servizz tat-trasport pubbliku huwa puntwali u jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika relattiva minn meta beda jopera l-operatur il-ġdid?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa kelli l-opportunita’ li nispjega fit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 24225, minn Marzu ta’ din is-sena l-metodu li bih tiġi imkejla l-puntwalita’ tas-servizz tat-trasport pubbliku nbidel. Dan it-tibdil fisser li issa r-rotot kollha qegħdin jiġu segwiti l-ġurnata kollha permezz tal-informazzjoni miġbura mis-sistemi tal-GPS li hemm installati fuq kull karozza tal-linja li hemm fis-servizz tat-trasport pubbliku. Dan jikkuntrasta ma’ dak li kien isir qabel fejn l-eżerċizzju kien jiddependi fuq osservazzjonijiet fiżiċi li persuni mqabbda minn Transport Malta kienu jagħmlu. Dawn l-osservazzjonijiet kienu jittieħdu fuq perjodu ta’ ħamest ijiem fuq kampjun ta’ rotot u mhux fuq ir-rotot kollha. Għaldaqstant, il-kejl tal-andament tar-rotot li qed isir fil-preżent huwa aktar akkurat. L-istatistika miġbura minn Transport Malta tindika li l-puntwalita’ medja għas-sena 2015 kienet ta’ 93% filwaqt li dik tal-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena kienet ta’ 96%.

Programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet il-funzjoni u l-operat tal-programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015, sena b'sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ispiża fuq l-operat tal-programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga hija kif qed tidher fil-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Couriers services door-to-door lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji li joffru courier service door-to-door lokali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ir-reġistru ta’ entitajiet awtorizzati li joffru servizzi postali huwa disponibbli fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fuq dan l-indirizz: http://www.mca.org.mt/sites/default/files/pageattachments/2016.03.10%20Register%20-%20Postal.pdf . Dawn l-entitajiet ma jeħtieġu ebda awtorizzazzjoni speċifika oħra sabiex joffru courier service door-to-door lokali. Kull entita li isimha jidher fuq ir-reġistru tista’ toffri s-servizz door-to-door.

Ftehim bejn il-Gvern u l-Caritas

Question

B’referenza għall-ftehim li ġie ffirmat reċentement bejn il-Gvern u l-Caritas dwar servizzi li l-Caritas ser tagħti fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga, jista’ l-Ministru jgħid: a) x’inhuma s-servizzi li ser jingħataw lill-gvern; b) x’inhu l-perjodu li jkopri dan il-ftehim; c) xi ħlas ser jagħti l-Gvern, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelant illi, is-servizzi li se jingħataw lill-Gvern huma servizzi relatati mar-riabilitazjoni ta’ droga. Il-ftehim ikopri l-perjodu bejn Jannar 2016 sa Diċembru 2018. Il-ħas li ser ikun qiegħed jagħti l-Gvern jammonta sa massimu ta’ €860,000 fis-sena.

Caritas — Riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas flus il-Gvern lill-Caritas b’rabta mar-riabilitazzjoni mid-droga, fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015, sena b'sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti li l-Gvern ħallas lill-Caritas b’rabta mar-riabilitazzjoni mid-droga, huma kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena (€) 2010 643,881 2011 646,000 2012 646,000 2013 646,000 2014 850,000 2015 850,000

Ftehim bejn il-Gvern u l-Caritas

Question

B’referenza għall-ftehim li ġie ffirmat reċentament bejn il-Gvern u l-Caritas dwar servizzi li l-Caritas ser tagħti fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-ftehim huwiex addizzjonali għall-għajnuna li tingħata normalment mill-Gvern lill-Caritas jew jekk hux intiż biex ikopri wkoll is-servizzi li jingħataw normalment?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant illi, il-ftehim li ġie ffirmat riċentament bejn il-Gvern u l-Caritas ikopri s-servizzi li kienu diġa’ jingħataw u servizzi oħra ġodda. Ftehim ieħor bejn il-Gvern u l-Caritas dwar riabilitazzjoni mid-droga għal ¿għa¿agħ ta’ taht it-18 il sena, ser ikun iffirmat aktar tard matul din is sena.

Persuni li għaddew minn programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għaddew minn programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga fid-diversi programmi li hawn f’pajjiżna, sena b’sena fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 u jaqsam din l-informazzjoni skont il-programmi rispettivi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, in-numru ta’ persuni li attendew l-Aġenzija Sedqa għall-programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. 2010 2011 2012 2013 2014 2015 SMIPU - Dar l-Impenn 267 211 203 180 169 208 KSM – Komunita Santa Marija 57 51 49 36 28 41 ASU – Assessment and Stabilisation Unit - - - 56 46 57 NB: Tajjeb li wieħed jgħid li s-servizz tal-Assessment and Stabilisation Unit beda jiġi offrut fl-aħħar xahar tas-sena 2012 u allura l-ewwel statistika disponibbli hi dik għas-sena 2013.

Programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix lista ta’ stennija għall-programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm bħalissa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-lista ta’ stennija għas-servizzi ta’ riabilitazzjoni mid-droga offruti mill-Aġenzija Sedqa huwa kif ġej: 1. Dar l-Impenn : L-ebda lista ta’ stennija. Numru ta’ klijenti ingħataw data ta’ dħul għal ġimgħat li ġejjin u bħalissa qed jiġu ppreparati. 2. Assessment and Stabilisation Unit : 4 persuni fil- waiting list . 3. Komunita’ Santa Marija : L-ebda lista ta’ stennija. Numru ta’ klijenti ingħataw data ta’ dħul għal ġimgħat li ġejjin u bħalissa qed jiġu ppreparati biex jibdew it-tali programm.

Freeport ta’ Malta — TEUs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għaddew TEUs mill-Freeport ta’ Malta bejn l-2010 u l-2015 u jaqsam l-informazzjoni skont jekk dawn kenux għal transhipment jew għal-lokal?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Regolamentazzjoni/ċertifikazzjoni/liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ regolamentazzjoni/ċertifikazzjoni/liċenzji huma rikjesti sabiex operatur ekonomiku jopera kumpanija/aġenzija ta’ freight forwarding?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regoli li jirrigwardjaw id-dħul fil-professjoni u l-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija b’kiri jew b’kumpens (li jinkludi freight forwarding) huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009; kif ukoll fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009. Dawn ir-regoli japplikaw għal impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq tal-merkanzija b’kiri jew b’kumpens, permezz ta’ vetturi bil-mutur jew gruppi ta’ vetturi li l-massa awtorizzata tagħhom meta mgħobbija taqbeż it-3.5 tunnellati. Skont dawn ir-regoli, impriżi ta’ dan it-tip iridu jiksbu Liċenzja Komunitarja li tinħareġ mill-awtorità kompetenti (Transport Malta fil-każ ta’ Malta) wara li jkunu issodisfaw il-kriterji li ġejjin: a) ikollhom stabbiliment effettiv u stabbli f’Malta; b) ikunu ta’ reputazzjoni tajba; c) ikollhom pożizzjoni finanzjarja adatta; u d) ikollhom il-kompetenza professjonali meħtieġa. Sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ kompetenza professjonali, l-impriża trid taħtar tal-anqas persuna fiżika waħda, il-maniġer tat-trasport, li xogħolha jkun li tmexxi l-attivitajiet ta’ trasport tal-impriża b’mod effettiv u kontinwu. Din il-persuna trid tkun ta’ reputazzjoni tajba u tkun kisbet ċertifikat ta’ kompetenza professjonali li jinħareġ mill-Awtorità jew minn korp maħtur għal dan il-għan wara li dik il-persuna tkun attendiet kors adatt u għaddiet minn eżami obbligatorju. Il-liċenza Komunitarja tinħareġ f’isem it-trasportatur u mhix trasferibbli. Kopja vera attestata tal-liċenza Komunitarja trid tinżamm f’kull vettura tat-trasportatur u għandha tiġi preżentata b’talba ta’ uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

Port tal-Belt – attività kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-attività kummerċjali li ġiet reġistrata fil-Port tal-Belt bejn l-2010 u l-2015?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika li tindika l-attivita’ kummerċjali fil-Port il-Kbir bejn is-snin 2010 u 2015.
Leg 12 PQ #25517 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Volumi ta’ containers u tonnage

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika għal dawn l-aħħar tliet snin marbuta ma’ volumi ta’ containers u tonnage importat u esportat minn u lejn Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Courier Services — kumpaniji/entitajiet reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji/entitajiet reġistrati li joffru servizz ta’ courier services?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Preżentament hawn sitta u għoxrin entita’ li joffru servizz ta’ courier services, u li skond il-liġi huma awtorizzati li jipprovdu servizzi postali li joħorġu ’l barra mill-iskop tas-servizzi universali.