Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operaturi li għandhom Trade License — skont l-industrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi li għandhom Trade License f’Malta u jaqsam l-informazzjoni skont it-tip ta’ industrija li joperaw fiha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Operaturi li għandhom Trade License — skont il-lokalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi li għandhom Trade License f’Malta u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità li joperaw fiha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Operaturi li għandhom Trade License fil-qasam tar-retail

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi li għandhom Trade License f’Malta, li huma liċenzjati li joperaw fil-qasam tar-retail u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità li joperaw fiha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qasam tar-Retail – skemi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ skemi li implimenta dan il-Gvern mill-2013 ‘il hawn bil-għan li jsaħħaħ il-qasam tar-retail f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni Malta Enterprise tamministra erbgħa skemi ta’ assistenza bil-għan li jsaħħu l-qasam tar-retail f’pajjiżna hum dawn : Micro Invest. Din l-iskema ġiet riveduta sabiex toffri firxa akbar ta’ għajnuna Micro Guarantee Scheme . Din l-iskema ġiet riveduta wara proċess ta’ konsultazzjoni ma banek lokali li joffru self. Aid for the Development of Workshops and Associate Retail Outlets at the Ta’ Qali and Ta’ Dbieġi Crafts Village . Din l-iskema giet imnehdija fis-sena 2015 Business Advisory Scheme . Din l-iskema hija kontinwazzjoni ta’ skema li il-Korporazzjoni nehdiet fis-sena 2011.
Leg 12 PQ #26073 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Lab Technicians

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Lab Technicians jaħdmu fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li bħalissa hemm 12-il laboratory technician jaħdmu mal-Korporazzjoni. Tnejn minnhom jinsabu fuq unpaid leave.
Leg 12 PQ #26074 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ingaġġ ta’ lab technicians

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati Lab Technicians fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn l-2010 u l-2016 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-Lab Technicians fi ħdan il-Korporazzjoni ġew ingaġġati kif ġej: Sena Numru 2010 0 2011 0 2012 4 2013 1 2014 1 2015 4 2016 2 L-ammont ta’ Lab Technicians fl-2013 kien ta’ 10 u illum sar 12 (2 minnhom bl-unpaid leave). Fil-perjodu msemmi l-ammont ta’ testijiet fil-Laboratorju żdiedu u żdiedet ukoll l-effiċjenza tal-ħaddiema.
Leg 12 PQ #26075 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – lab technician — rotazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex se tinbidel is-sistema eżistenti ta’ rotazzjoni tal-Lab Technicians fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li minħabba l-komplessita’ ta’ testijiet ġodda, speċjalment dawk relatati ma’ proġetti ġodda, inħasset il-ħtieġa li l-Lab Technicians ikunu aktar speċjaliżżati fuq xogħol partikolari, u mhux dejjem iduru minn xogħol għall-ieħor. B’hekk tiżdied l-effiċjenza fil-laboratorju.
Leg 12 PQ #26041 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku — permessi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’permessi tal-MEPA/PA hemm eżistenti llum fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26042 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – applikazzjonijiet għall-permessi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista dettaljata tal-applikazzjonijiet għall-permessi mingħand il-PA għal żvilupp/attività fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26043 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bieb il-Belt – Twaħħil u manteniment ta’ street lighting

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema entità hija responsabbli għat-twaħħil u l-manteniment tal-lampi (street lighting) fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li t-Transport Malta, hija l-entita responsabbli għat-twaħħil u l-manteniment tal-lampi fl-msemmija żona.
Leg 12 PQ #26044 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Bieb il-Belt – terminus tat-trasport pubbliku – liċenzji tal-MTA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’liċenzji tal-l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu hemm eżistenti llum fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, skond l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu, hemm liċenzja waħda valida ta’ bar fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt.

Bieb il-Belt – terminus tat-Trasport Pubbliku – rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt bejn l-2010 u l-2016 (sa Mejju) u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena u skont ir-reat irrapurtat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valletta FC — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Valletta FC jingħataw l-art fejn jistgħu jiżviluppaw il-faċilitajiet sportivi tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom għaddejjin in-negozjati ma’ Valletta FC sabiex tinstab art adekwata fejn dawn jistgħu jiżviluppaw il-faċilitajiet sportivi tagħhom.

Bieb il-Belt – Terminus tat-trasport pubbliku – kiri ta’ gabbani/outlets/bankarelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti dwar kirjiet/titolu tal-gabbani/outlets/bankarelli kollha li joperaw fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt, u jagħti l-informazzjoni għal kull kirja/titolu individwali?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Bieb il-Belt – Terminus tat-trasport pubbliku – pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għaż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li bħalissa il-Grand Harbour Regeneration Corporation għaddejja bil-laqgħat mal-istakeholders biex tiffinalizza l-pjanti u l-applikazzjoni għal permess tal-Pjazza ta’ Tritoni bil-ħsieb li parti kbira tkun żona pedonali, isir pavimentar ġdid, tiġi organizzata lokazzjoni ta’ taxis u karozzini flimkien mal-kiosks u jinżergħu numru ta’ siġar.

Il-Belt – Yellow Garage – pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għaż-żona tal-Yellow Garage fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li bħalissa il-Grand Harbour Regeneration Corporation għaddejja bil-laqgħat mal-istakeholders biex tiffinalizza l-pjanti u l-applikazzjoni għall-permess għaż-żona tal-Yellow Garage bil-ħsieb li jsir ġnien b’ taħlita ta’ siġar u pjanti, inkluż pavimentar, bankijiet.Ser tibqa’ triq biex minnha jgħaddu biss dawk il-karozzi li jipparkjaw in-naħa ta’ St James Parking.

Bieb il-Belt – operatur tal-istabbiliment – kundizzjonijiet u titolu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’titolu u x’kundizzjonijiet għandu l-operatur tal-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hemm biswit l-entratura tal-ground tal-football fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku — Public Convenience

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħinijiet li fihom ikunu miftuħin il-public convenience li hemm fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-ħinijiet uffiċjali tal-latrina pubblika imsemmija huma bejn 7.00am sal-20.00pm.

Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – public convenience — superviżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ superviżjoni ssir fil-public convenience li hemm fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li jsiru 3 spezzjonijiet kuljum fil-latrina pubblika imsemmija.
Leg 12 PQ #25898 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Marsa – Triq il-Ħaddiema – twaħħil u manutenzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabiltà għat-twaħħil u manutenzjoni ta’ Triq il-Ħaddiema fil-Marsa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.