MCAST – korsijiet full-time fl-ICT – studenti li jiggradwaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti minn korsijiet (full-time) fl-ICT fl-MCAST sena b’sena mill-2012 sal-2015 u jgħid ukoll kemm huwa stmat li ser jiggradwaw din is-sena? Jista’ jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm iggradwaw studenti minn korsijiet (full-time) fl-ICT fl-MCAST sena b’sena mill-2012 sal-2015 kif ukoll kemm huwa stmat li ser jiggradwaw din is-sena, maqsuma skont il-korsijiet rispettivi, hi kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Università ta’ Malta — korsijiet full-time fl-ICT – studenti li jiggradwaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti minn korsijiet (full-time) fl-ICT fl-Università ta’ Malta sena b’sena mill-2012 sa l-2015 u jgħid ukoll kemm huwa stmat li ser jiggradwaw din is-sena? Jista’ jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li gradwaw minn korsijiet fuq bażi full-time offruti mill-Fakultà tal-ICT fl-Università ta’ Malta bejn l-2012 u l-2015 huwa kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din it-tabella turi wkoll in-numru ta’ studenti li huma stmati jiggradwaw fl-2016 minn korsijiet fuq bażi full-time offruti mill-Fakultà tal-ICT fl-Università ta’ Malta.
Attachments:PQ 28271 -L-Universita' ta' Malta - korsijiet full-time fl-ICT - studenti li gradwaw.pdf
Parteċipazzjoni ta’ Malta fl-użu ta’ faċilitajiet taħt l-EFSI
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżna fl-użu ta’ faċilitajiet taħt il-European Fund for Strategic Investments (EFSI)?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern beda x-xogħol neċessarju sabiex il-breakwater ta' Marsamxett jiġi ffinanzjat mill-EFSI.
Permezz tal-EFSI pajjiżna qed jibbenefika wkoll minn skema ta' garanziji lill-SMEs fejn intrapriżi Maltin qegħdin jibbenefikaw minn self fuq proġetti li jkollhom element ta' innovazzjoni.
Barra minn hekk, it-twaqqif tal-Bank Malti għall-Iżvilupp ser jagħmilha possibli sabiex SMEs f'Malta jkunu wkoll jistgħu jibbenefikaw aktar mill-EFSI biex b'hekk jkompli jiżdied l-investiment f'pajjiżna.
Nixtieq ukoll nirrimarka li qeghdin nikkunsidraw proġetti ohra li jistgħu jigi ffinanzjati mill-EFSI.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ser jibda jopera mis-sit li qabel kien jokkupa l-Café Premier?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq is-sit imsemmi biex ikun jista’ jibda jopera l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Dawn ix-xogħlijiet qed isiru mid-Direttorat tar-Restawr u kif diġa tħabbar pubblikament għandhom jitlestew fil-bidu tal-2017.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22430 u 23975, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements awditjati tal-Enemed?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – permessi tal-MEPA/PA
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26041 u jgħid x’permessi tal-MEPA/PA jeżistu llum fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hawn taħt tinsab tabella tal-permessi li ghadhom ma skadewx fiż-żona tat-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt.
PA No.
Location
PA/01086/11
Hotel Phoenicia Malta , The Mall, Floriana, Malta
PA/00697/12
Site, (near old national lottery and bus terminus area) at, Is-Sur ta' San Gakbu, Belt Valletta, Malta
PA/02767/12
Tritons Fountain, Ex Valletta Bus Terminus, Bieb il-Belt, Belt Valletta, Malta
PA/00202/14
Site at (Near Bus Terminus), St. James Bastion, Belt Valletta, Malta
PA/00069/14
Site at, Near Bus Terminus close to, Is-Sur ta' San Gakbu, Belt Valletta, Malta
PA/03881/15
Site at, Bieb Il- Belt, Belt Valletta, Malta
Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – applikazzjonijiet għall-permessi tal-PA
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26042 u jagħti lista dettaljata tal-applikazzjonijiet għall-permessi mingħand il-PA għal żvilupp/attività fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hawn taħt tinsab tabella tal-applikazzjonijiet għal żvilupp li huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fiż-żona tat-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt.
PA No.
Location
PA/05739/16
Site at, Biskuttin Area, Floriana, Triton Fountain Square, City Gate Shopping Arcade, Belt Valletta, Malta
Belt Valletta – permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb f’żoni residenzjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-PA mhux qed tagħti widen lir-residenti Beltin fil-ħruġ ta’ permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb f’żoni predominentement residenzjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Awtorità tal-Ippjanar tapplika l-policies tal-pjan lokali tal-Port il-Kbir, kif ukoll policies oħrajn fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ permessi. Għalkemm ċerti żoni huma indikati bhala residenzjali, jista jagħti l-kaz illi dawn huma kkaratterizzati minn ammont sostanzjali ta’ żvilupp kummercjali illi ma jipprekludix li jingħataw aktar permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb.
L-Awtorita’ tiehu konjizzjoni ta’ l-ilmenti tar-residenti f’kull każ illi dawn jigu registrati maghha, u fejn ikunu gustifikati, tiehu att ta’ dan u tirrifjuta l-għoti tal-permess.
Il-Marsa – Trasformazzjoni tas-Sit tal-power station tal-Enemalta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol biex is-sit tal-power station tal-Enemalta jiġi ttrasformat f’open space għall-komunità Marsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol ta’ żarmar u twaqqiegħ tal-Power Station fil-Marsa. Hekk kif l-impjant il-ġdid tal-gas jibda’ jopera, tkun tista’ tibda’ t-tieni parti tad-decommisioning tal-impjant li bħalissa qiegħed stand-by. Dettalji dwar ix-xogħol ta’ rijabilitazzjoni tal-inħawi jingħataw fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li, sena b’sena, ġew impjegati fis-servizz pubbliku minn barra mill-2013 sal-2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-gradi li fihom ġew impjegati?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif u min qiegħed juża l-power fibre link li jifforma parti mill-interconnector cable u li kien suġġett għal expression of interest aktar minn sena ilu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-power fibre link imsemmi qed jintuża mill-istess kumpanija bħala parti mis-sistema ta’ protezzjoni, kontroll superviżjonali u akkwist tad-data (SCADA).
Belt Valletta – Triq l-Arċisqof – permessi biex stabbilimenti joħorġu mwejjed u siġġijiet fit-triq
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ permessi li ngħataw biex stabbilimenti li jinsabu fi Triq l-Arċisqof, Valletta, joħorġu mwejjed u siġġijiet fit-triq u għal kull każ jgħid meta ngħata l-permess u għal xiex ingħata (jiġifieri kemm spazju f’metri kwadri jew in-numru ta’ mwejjed u siġġijiet)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub f’mistoqsija parlamentari 23974 u ċjoè l-aħħar sett ta’ financial statements ta’ Trade Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mistoqsija parlamentari 23974 kienet tirreferi speċifikament għall-financial statements ta’ Projects Malta.
Dwar il-
financial statements
ta’ Trade Malta Ltd, ninsab infurmat li l-proċess ta’ awditjar għadu għaddej.
Awtorità tal-Ippjanar – organizzazzjonijiet sportivi – rati preferenzjali għal permessi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk organizzazzjonijiet sportivi jgawdux minn rati preferenzjali meta japplikaw għall-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini li fuqhom tali rati huma komputati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt informat mill-Awtorita tal-Ippjanar,li strutturi ta’ faċilitajiet sportivi jew strutturi anċillari, eskluż l-użu ta’ Klassi 4C u 4D, li ma jkunux parti minn żvilupp kummerċjali, u fejn l-applikant ikun il-Kunsill Malti għall-iSport jew entità reġistrata mal-Kunsill Malti għall-iSport jaqgħu fil- kategorija ta’ soċjali/kulturali/sportiva/edukattiva/ċaqlieq meħtieġ skont Avviż Legali Numru 356 tal-2010.
Annessa tinsab tabella li tagħti ir-rati ta’ din il-kategorija.
DPF
Drenaġġ
Triq
Ħlas Ambjentali
Massimu
Rata (€)
Rata (€)
Rata (€)
Rata (€)
Rata (€)
Żvilupp
Kull m ²
Kull m ²
Kull m ²
Kull m ²
DPF
Ħlas Ambjentali
Soċjali/Kulturali/ Sport/Edukattiv/ ċaqlieq meħtieġ
4.00
2.20
1.20
0.12
35,000
2,000
Ħal Safi – Aviation Park – proġett ta’ espansjoni u tkabbir
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-proġetti (mingħajr ma jagħti l-ismijiet għal raġunijiet kummerċjali) ta’ espansjoni u tkabbir tal-Aviation Park f’Ħal Safi? Jista’ jindika liema huma s-siti li se jintużaw għal dawn il-proġetti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-pjan tal-Gvern għall-espansjoni tal-industrija tal-avjazzjoni sar tkabbir fil-Park tal-Avjazzjoni f'Ħal Safi.
Il-Proġetti jinkludu s-segwenti:
Kostruzzjoni ta' faċilita' għall-isprejjar tal-ajruplani, Kostruzzjoni ta' ħangar ġdid għall-manutenzjoni tal-ajruplani għal kumpanija li diġa qiegħda topera fil-park, Kostruzzjoni ta' faċilita' għall-manutenzjoni, tiswija u 'overhaul' ta' ajuruplani (Code B).
Is-siti li ser jintużaw għal dawn il-proġetti huma dawk li jaqgħu taħt żoni amministrati mill-Malta Industrial Parks Limited.
Parkeġġi riservati — Persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej proċess sabiex il-parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti u entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta jiġu riorganizzati.
Parkeġġi riservati — Persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta huma riservati biss waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba li hemm bosta ħaddiema f’Ministeri jew dipartimenti tal-Gvern li jaħdmu b’ħinijiet flessibli jew wara l-ħin, il-parkeġġi riservati għalihom m’humiex limitati għal waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.